Newsline: Malta għadha tal-Maltin?

Newsline tal-lum is-Sibt 17 ta' Frar fuq RTK 103FM, se jiddiskuti l-popolazzjoni Maltija li skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika żdiedet għal-460,000. Kif tinħadem l-istatistika tal-popolazzjoni Maltija? Fuq dan se nitkellmu ma' Michael Pace Ross u ma' Ranier Fsadni. 
Fost temi oħra li se jiġu diskussi fil-programm, se nitkellmu wkoll dwar l-industrija tax-xogħol f'Malta, l-ispazji pubbliċi, u l-każ ta' Wied Għomor u tal-McDonald's f'Ħaż Żabbar. 
Newsline jixxandar kull nhar ta' Sibt fl-10am fuq RTK 103FM bi preżentazzjoni ta' Fr Joe Borg u Manuel Delia