Filmat: L-unjin tal-edukaturi b’rakkomandazzjonijiet għall-Gvern

Read in English.

L-Unjin għall-Edukaturi Professjonali għaddiet diversi rakkomandazzjonijiet lill-Ministeru għall-Edukazzjoni b’rabta ma’ azzjonijiet li għandhom jittieħdu bi prevenzjoni għall-coronavirus.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, il-President tal-Unjin, Graham Sansone, qal li fil-laqgħa li kellha l-unjin mal-Ministeru għaddiet diversi lmenti ta’ għalliema u numru ta’ rakkomandazzjonijiet.

Il-UPE qalet li tħoss li l-Gvern għandu jgħalaq l-iskejjel, nurseries u universitajiet kollha taħt il-gwida tal-Awtoritajiet għas-Saħħa Pubblika. Dan sakemm ikun hawn riżultat sodisfaċenti li jassigura li assolutament ma hemm l-ebda riskju.

Intant l-unjin qalet li jekk dan ikollu jiġri, m’għandux ikun hemm estensjoni tas-sena skolastika. Qalu dan ladarba l-iskejjel m’għandhomx dak kollu neċessarju biex jakkomodaw lezzjonijiet fis-sħana tas-sajf.

LIVE: Konferenza tal-aħbarijiet minn unjin tal-edukaturi

Posted by Newsbook.com.mt on Wednesday, March 11, 2020

L-unjin qalet li b’dan ma tridx toħloq paniku fost l-edukaturi, iżda hija talba għall-gvern sabiex isegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika biex il-virus ma jinfirixx.