Filmat: Il-Gvern u l-Oppożizzjoni jiddibattu l-miżuri

Read in English.

Illejla fil-Parlament sar dibattitu dwar il-miżuri li ħabbar il-Gvern fid-dawl tal-pandemija tal-coronavirus.

X’kienu l-punti ewlenin?

  • Il-PM Robert Abela jgħid li l-Gvern għamel sew ma tax każ il-proposti li għamel il-PN
  • Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jappella għall-rikonoxximent għall-front-liners
  • Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna jgħid li x-xogħol huwa l-akbar strument li jnaqqas il-faqar f’Malta
  • L-MP tal-PN Mario De Marco jgħid li l-Gvern irid jattira t-turisti imma mbagħad ma ħariġx miżuri dwar dan
  • Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri jgħid li l-pustiera se jgħejjew iqassmu ċekkijiet lill-familji
19:00 Jintemm id-dibattitu, grazzi talli segwejtu dan il-live blog. Saħħa!
Christoph Schwaiger
18:59 Abela jikkonkludi u jgħid li għada se jkun aħjar minn pit għada
Christoph Schwaiger
18:58 L-Ispeaker isikket lil Delia
Christoph Schwaiger
18:56 Il-PM jgħid li l-Oppożizzjoni tiddejjaq meta l-Gvern jimxi bl-integrità
Christoph Schwaiger
18:56 Abela jgħid li l-Kabinett qed iressaq bniedem integru u serju
Christoph Schwaiger
18:55 Abela jissuġġerixxi li l-Oppożizzjoni għandha ssaqsi domandi diffiċli u dwar każi speċifiċi lill-Angelo Gafà, il-kandidat tal-Kabinett għall-kariga ta' Kummissarju tal-Pulizija
Christoph Schwaiger
18:53 Abela jgħid li l-PN qed ikun negattiv
Christoph Schwaiger
18:50 L-MPs jinfexxew f'għajjat
Christoph Schwaiger
18:50 Karol Aquilina jagħmel point of order li l-Ispeaker jgħid ma kien point of order xejn
Christoph Schwaiger
18:49 Abela jirringrazzja lil Karol Aquilina talli allegatament reġa' ssoġġetta l-Kabinett taħt inkjesta maġisterjali
Christoph Schwaiger
18:48 Jgħid li Delia ppropona vouchers ta' €50 filwaqt li l-Gvern qed jgħati €100
Christoph Schwaiger
18:48 Ifakkar fir-roħs tad-dawl
Christoph Schwaiger
18:47 Abela jgħid li n-negozji qalu lill-Gvern li m'hemmx għalfejn jiġi estiż il-wage supplement. Qal li l-Gvern iddeċieda jestendih xorta waħda
Christoph Schwaiger
18:45 Jgħid li t-taxxi fuq ix-xiri tal-proprjetà ġew estiżi fuq proprjetajiet kummerċjali
Christoph Schwaiger
18:43 "Imnalla ma nieħdu qatt il-pariri tagħkom" – Abela
Christoph Schwaiger
18:43 Abela jgħid li l-pariri tal-PN kienu biex il-pajjiż imur f'lockdown
Christoph Schwaiger
18:42 Abela jgħid li Delia qed jiġi kkontrollat minn Jason Azzopardi
Christoph Schwaiger
18:41 Delia jqajjem point of order li din hi gidba. L-Ispeaker jgħid li dan mhux point of order
Christoph Schwaiger
18:41 Abela jgħid li l-Oppożizzjoni xetħu l-front liners taħt inkjesta. Dan mhux minnu peress li kienet l-għaqda Repubblika li għamlet rapport lill-Pulizija.
Christoph Schwaiger
18:40 Abela jgħid li dejjem ħadu d-deċiżjonijiet tajbin minkejja t-tfixkil tal-Oppożizzjoni
Christoph Schwaiger
18:39 Abela jikkritika lil Delia li jrid li t-turisti jiġu Malta mbagħad jgħid li Malta għandha l-agħar kwalità tal-arja fid-dinja
Christoph Schwaiger
18:38 Jibda jitkellem il-PM Robert Abela
Christoph Schwaiger
18:38 Fadal 24 minuta kollha għall-Gvern
Christoph Schwaiger
18:38 Delia jitkellem kontra l-kliem ta' mibgħeda u jtemm id-diskors tiegħu
Christoph Schwaiger
18:37 Delia jitlob li jingħata rikonoxximent lill-front liners
Christoph Schwaiger
18:37 L-Ispeaker jitlob lil Delia jikkonkludi
Christoph Schwaiger
18:36 Jipproponi għajnuna għall-iskejjel privati u tal-Knisja
Christoph Schwaiger
18:34 Jitkellem dwar is-saħħa mentali li kien hemm ħafna diskors dwarha imma mbagħad lanqas sar il-minimu
Christoph Schwaiger
18:34 Irid għajnuna speċifika għal Għawdex
Christoph Schwaiger
18:32 Jissuġġerixxi inizzjattivi għall-enerġija nadifa
Christoph Schwaiger
18:31 Delia jgħid li l-Gvern jista' jgħaddi r-roħs mill-prezzijiet taż-żejt lill-familji
Christoph Schwaiger
18:24 Delia jgħid li l-pjanijiet tal-Gvern jaslu sa Settembru bħal qisu se jiġri xi ħaġa f'Settembru
Christoph Schwaiger
18:23 Jgħid li l-fuel għandu jorħos bi 30 ċenteżmu u mhux 7 ċenteżmi
Christoph Schwaiger
18:22 Jakkuża lill-MTA li qed taħli l-flus tan-nies għal dawk tal-qalba
Christoph Schwaiger
18:21 Itenni li m'hemmx proposti biex Malta tikkompeti kontra pajjiżi oħra fit-turiżmu
Christoph Schwaiger
18:20 Jikkritika lill-Gvern talli ma raħħasx il-kontijiet tad-dawl u tal-ilma għall-familji
Christoph Schwaiger
18:18 Jakkuża lill-Gvern li qed iħares lejn il-karti u mhux lejn in-nies
Christoph Schwaiger
18:17 Ikompli jgħid li l-Gvern qed iħalli barra aktar minn 100,00 ħaddiem
Christoph Schwaiger
18:17 Delia jgħid li l-Gvern messu ħabbar minn qabel li l-wage supplement se jiġi estiż sa Settembru biex dak li jkun ikun jista' jippjana
Christoph Schwaiger
18:15 Delia jgħid li hemm 7,000 persuna bla xogħol li għall-Partit Laburista ma jeżistux
Christoph Schwaiger
18:14 Jgħid li l-Gvern għandu jammetti li żballja li r-riskju tiegħu flok qasmu tefa kollox fl-istess baskett
Christoph Schwaiger
18:12 jakkuża lill-Gvern li jrid jidħak bin-nies
Christoph Schwaiger
18:11 Jisħaq li hemm madwar 100,000 persuna inqas li qed jonfqu flus kuljum
Christoph Schwaiger
18:09 Jgħid li dak li qal Clyde Caruana li l-barranin mhux se jitilqu ġara eżatt bil-kontra fil-pandemija
Christoph Schwaiger
18:08 Jerġa' jattakka lill-Gvern talli ried ikabbar l-ekonomija billi jkabbar il-popolazzjoni b'10,000 persuna minn barra fis-sena
Christoph Schwaiger
18:07 Delia jgħid li l-Gvern mhux qed jikkwota statistika korretta dwar in-numru ta' nies li tilfu l-impjieg – jgħid li hemm 10,000
Christoph Schwaiger
18:05 Delia jgħid li l-Kabinett sħiħ bħalissa jinsab taħt investigazzjoni kriminali fuq abbuż ta' fondi fi żmien fejn hemm familji qed jaraw kif se jaslu sal-aħħar tax-xahar
Christoph Schwaiger
18:04 jakkuża lil Abela li ma jismax mill-Ministru Chris Fearne
Christoph Schwaiger
18:02 Delia jgħid li Malta bdiet ħierġa mill-coronavirus grazzi għall-professjonisti tas-saħħa
Christoph Schwaiger
18:00 "Irid ikun hemm għaqal għal kull ewro li jonfoq il-Gvern"
Christoph Schwaiger
17:59 Iżid jgħid li hemm min qed jgħereq li mhux qed jingħata għajnuna mill-Gvern
Christoph Schwaiger
17:59 Delia jgħid li l-Gvern qed jitkellem dwar għada biss
Christoph Schwaiger
17:57 Jibda d-diskors l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia
Christoph Schwaiger
17:57 Il-Ministru jgħid li l-pustiera se jgħejjew iqassmu ċekkijiet lill-familji
Christoph Schwaiger
17:54 Irid li jkunu l-aktar Gvern diġitali fid-dinja
Christoph Schwaiger
17:51 Silvio Schembri jgħid li l-"miraklu ekonomiku" beda fl-2013
Christoph Schwaiger
17:49 Jgħid li negozji li jagħmlu użu mill-miżuri se jiggwadanjaw minn madwar €18,000 fuq medda ta' tliet xhur
Christoph Schwaiger
17:45 Jgħid li l-Gvern salva 100,000. Ikompli jgħid li kieku kien hemm lockdown kienu jintilfu 100,000 impjieg
Christoph Schwaiger
17:45 Jgħid li fil-jiem li ġejjin se jitħabbar pjan komprensiv favur promozzjoni qawwija għat-turiżmu
Christoph Schwaiger
17:43 Schembri jgħid li filwaqt li l-Oppożizzjoni qed tgħid li l-Gvern mhu qed jagħmel xejn, il-korpi kostitwiti qed jiddeskrivu l-pakkett ta' miżuri bħala wieħed b'saħħtu
Christoph Schwaiger
17:41 Silvio Schembri jgħid li la Fenech Adami u lanqas Gonzi ma kellhom rati ta' qgħad baxxi bħal tal-lum
Christoph Schwaiger
17:40 Jgħid li f'Malta żdiedu l-impjiegi b'1.3%
Christoph Schwaiger
17:39 Jgħid li l-Gvern se jkompli joħloq middleclass ġdida
Christoph Schwaiger
17:39 Jgħid li hemm kumpaniji Maltin li qed jesportaw il-PPE lejn pajjiżi oħra
Christoph Schwaiger
17:38 Jgħid li Malta impjegat l-aktar infermiera fl-UE fl-aħħar snin
Christoph Schwaiger
17:38 Jikkritika lil 'dawk li akkużaw lill-PM b'omiċidju' – referenza għad-denunzja ta' Repubblika
Christoph Schwaiger
17:37 Jgħid li pajjiżi akbar minn Malta tfarrku bil-coronavirus. Jgħid li fi żmien ta' għaqda nazzjonali kien hemm min ipprova jtellef
Christoph Schwaiger
17:36 Jikkonkludi Grech u jibda l-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri
Christoph Schwaiger
17:33 Isemmi l-Air Malta li ma tkellimx dwarha l-Gvern. Ifakkar li keċċew il-bdoti imma li waqqfu s'hemm
Christoph Schwaiger
17:33 "Din hi l-viżjoni għal Malta?"
Christoph Schwaiger
17:32 Kien jistenna li l-Gvern se jkun aktar innovattiv fuq start-ups, green economy, u żvilupp sostenibbli
Christoph Schwaiger
17:31 Jgħid li l-pjan tal-Gvern iħares biss lejn l-immedjat
Christoph Schwaiger
17:31 Il-middleclass m’għadiex teżisti u ntesiet – Claudio Grech
Christoph Schwaiger
17:28 Jikkritika wkoll lill-Gvern peress li r-roħs fil-kont tad-dawl se jingħata biss għal dawk in-negozji li diġà qegħdin f'annex
Christoph Schwaiger
17:28 Jikkritika l-Gvern talli l-għajnuna dwar il-kirjiet se tingħata biss lin-negozji li diġà kienu f'annexes
Christoph Schwaiger
17:26 Jakkuża lid-Deputati tal-Gvern li kienu jgħidu li Alla ħares kienu fit-tmexxija l-PN filwaqt li ħadu ideat mill-proposti tal-Oppożizzjoni
Christoph Schwaiger
17:25 Jgħid li fil-verità hemm €300 miljun fil-mini-budget
Christoph Schwaiger
17:23 Jgħid li €200 miljun huma biss diferimenti tat-taxxa li eventwalment xorta jridu jitħallsu
Christoph Schwaiger
17:22 Claudio Grech li mhux veru li l-pakkett jiswa €900 miljun
Christoph Schwaiger
17:21 Jgħid li ċ-ċirkostanzi mhux se jispiċċaw din il-ġimgħa – jgħid li se tieħu aktar żmien
Christoph Schwaiger
17:18 Imiss issa lil Claudio Grech (PN)
Christoph Schwaiger
17:18 Jikkonkludi Bartolo. Jilqa' l-miżuri tal-Gvern tiegħu
Christoph Schwaiger
17:15 Irid li l-qasam tal-gaming ikompli jissaħħaħ
Christoph Schwaiger
17:14 Jgħid li wasal iż-żmien biex Malta ssaħħaħ l-ekonomija diġitali
Christoph Schwaiger
17:11 Jgħid li din is-sena Malta mhux se jkollha surplus
Christoph Schwaiger
17:11 Jgħid li s-settur turistiku waqa' b'100%
Christoph Schwaiger
17:10 Jgħid li Gvernijiet Nazzjonalisti kienu jimxu bl-iskossi b'kollox determinat bid-dati tal-elezzjonijiet
Christoph Schwaiger
17:08 Bartolo jgħid li kieku l-Gvern sema' mill-Oppożizzjoni Malta spiċċat f'lockdown u miet kollox.
Christoph Schwaiger
17:08 Jitkellem issa s-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo
Christoph Schwaiger
17:06 Jikkonkludi li l-miżuri tal-Gvern huma short-term u mhux long-term. Jgħid il-Gvern tilef għadd ta' opportunitajiet inkluż li jkun innovattiv
Christoph Schwaiger
17:06 De Marco jgħid li minkejja l-importanza tat-turiżmu għal Malta, il-Gvern ma ħariġx biżżejjed miżuri għal dan il-qasam
Christoph Schwaiger
17:03 Jgħid li se jkun hemm ukoll traħħis fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma fil-Ġermanja
Christoph Schwaiger
17:03 De Marco jgħid li fil-Ġermanja l-VAT se jinżel minn 19% għal 16% bejn Lulju u Diċembru
Christoph Schwaiger
17:01 Jgħid li l-Gvern mhux qed jittratta din l-opportunità b’għaqal
Christoph Schwaiger
16:59 De Marco jikkritika l-Gvern talli ma organizzax dibattitu dwar il-fondi li se tkun qed talloka l-UE. Jgħid li hemm madwar €900 miljun li jistgħu jintużaw minn Malta
Christoph Schwaiger
16:58 De Marco jgħid li l-Gvern nefaq 50 miljun mill-200 miljun żieda għall-COVID-19
Christoph Schwaiger
16:57 De Marco qal li l-Gvern Laburista addotta mentalità ta' "money is no problem" minkejja t-twissijiet li ħarġu l-PN u l-IMF
Christoph Schwaiger
16:55 L-MP tal-PN jgħid li dawn il-miżuri għandhom jitqiesu bħala investiment u mhux bħala spiża
Christoph Schwaiger
16:54 De Marco jgħid li l-Gvern irid jaffronta l-kriżi b’onestà u kuraġġ. Jgħid li qabbel il-coronavirus kien hemm il-kriżijiet oħra. Issemmi r-rapport tal-MONEYVAL u l-kriżi politika tal-2019
Christoph Schwaiger
16:52 Jibda l-MP Mario De Marco għall-Oppożizzjoni
Christoph Schwaiger
16:51 Scicluna jikkonkludi. Jgħid li l-Gvern se jiggarantixxi għada aħjar
Christoph Schwaiger
16:51 Il-Ministru jgħid li l-Gvern qed iħejji pjan għall-underwriting tal-bonds
Christoph Schwaiger
16:49 Jgħid li fl-2013 daħlu miżuri għal min qed jixtri l-proprjetà. Qal li fl-2009 il-Gvern ma kienx ħa miżuri dwar dan bil-konsegwenza li x-xiri tal-proprjetà waqa b’madwar 20%.
Christoph Schwaiger
16:47 Jgħid li x-xogħol huwa l-akbar strument li jnaqqas il-faqar f’Malta
Christoph Schwaiger
16:46 Scicluna jibda jelenka xi miżuri fosthom dwar il-kontijiet għan-negozji u l-vouchers għal dawk li għandhom 16-il sena jew aktar
Christoph Schwaiger
16:44 Scicluna jgħid li l-miżuri għandhom l-għan li jagħtu l-kuraġġ lin-negozji
Christoph Schwaiger
16:43 Scicluna għandu l-kelma però hemm diversi persuni li qed jitkellmu fl-isfond
Christoph Schwaiger
16:41 Scicluna jgħid li hemm pajjiżi kbar fl-UE li ħaddu daqqa ‘l isfel fl-ekonomija
Christoph Schwaiger
16:40 Scicluna jgħid li bil-kontra ta’ ħaddieħor l-awtoritajiet tas-saħħa lokali ma ordnawx li jsir lockdown totali
Christoph Schwaiger
16:39 Scicluna jgħid li l-Gvern qed jaħdem biex tinstab soluzzjoni dwar self għall-intrapriżi żgħar
Christoph Schwaiger
16:36 Il-Gvern fetaħ id-dibattitu u mistenni jgħalqu wkoll. Delia mistenni jitkellem fis-6pm
Christoph Schwaiger
16:35 Scicluna jgħid li dan il-pjan ma kienx ikun possibli kieku ma ħadux azzjoni fil-bidu tal-pandemija.
Christoph Schwaiger
16:35 Scicluna jgħid li s-suċċess jitkejjel jekk jissarrafx il-ġid għal kulħadd.
Christoph Schwaiger
16:34 Scicluna jgħid li hemm min qed jirreferi għall-pakket bħala "mini-budget". Jgħid li kull baġit tal-Gvern Laburista kien intiż li joħloq u jqassam il-ġid
Christoph Schwaiger
16:33 Jibda jitkellem il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna
Christoph Schwaiger
16:20 Bħalissa huwa l-Ministru Josè Herrera li qed iwieġeb il-mistoqsijiet li qed jgħamlulu l-MPs
Christoph Schwaiger
16:13 Bħalissa l-MPs qegħdin fil-parti tas-seduta tal-mistoqsijiet parlamentari. Id-dibattitu dwar il-miżuri mistenni jibda fl-4.30pm
Christoph Schwaiger
16:10 Merħba għal-live blog tal-lum dwar id-dibattu fil-parlament dwar il-miżuri ekonomiċi li nieda l-Gvern f'reazzjoni għall-pandemija tal-coronavirus
Christoph Schwaiger

Fost il-miżuri li ħabbar il-Gvern hemm vouchers biex jintefqu fir-ristoranti, roħs fil-prezz tal-fuel, u 50% roħs fil-kontijiet tad-dawl tan-negozji.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn