Filmat: “Il-Gvern żgur ma jistax jibqa’ jsejħilna negattivi” – Grech

Read in English.

Il-Kap tal-PN Bernard Grech jindirizza konferenza tal-ahbarijiet wara d-diskors b'risposta ghall-bagit

Il-Kap tal-PN Bernard Grech jindirizza konferenza tal-aħbarijiet wara d-diskors b'risposta għall-baġit

Posted by Bernard Grech on Monday, October 26, 2020

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech indirizza konferenza tal-aħbarijiet wara li għamel diskors fil-Parlament b’reazzjoni għall-baġit li ħabbar il-Gvern il-ġimgħa li għaddiet, li fiha qal li diskorsu kien xhieda ta’ Oppożizzjoni kreattiva u proattiva, tant li l-Gvern ma jistax jibqa’ jsejħilha negattiva.

Il-konferenza kienet indirizzata mill-Kap Bernard Grech, mid-Deputat Claudio Grech u mid-Deputat Mario De Marco.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li fost is-suġġetti li ddiskuta f’diskorsu fil-Parlament kien hemm l-ambjent, il-kwalità tal-ħajja, patt soċjali ġdid, żvilupp soċjali, in-nisa, pjan ġdid għal Għawdex, ħarsien tal-kampanja u l-viżjoni ekonomika. Dr Grech qal li f’isem l-Oppożizzjoni ħabbar seba’ proposti mit-tim ta’ azzjoni li waqqaf biex jiġġieled il-coronavirus. Qal li tkellem fuq wegħdiet mhux miżmuma mill-Gvern.

“Il-Gvern żgur li ma jistax jibqa’ jsejħilna negattivi,” ikkummenta Grech, hu u jgħid li l-membri tal-Oppożizzjoni huma proattivi.

Mistoqsi minn Newsbook.com.mt fuq l-istess vena għaliex id-diskors tiegħu kien aktar preżentazzjoni tal-viżjoni tiegħu għall-pajjiż milli d-diskors tas-soltu, Dr Grech qal li d-diskors tiegħu kien analiżi ġenerali ta’ kif il-baġit tal-Gvern ma kellux viżjoni u wera kemm l-Oppożizzjoni hi “kreattiva, propożittiva u kreattiva.” Qal li “mhux nuru biss li l-affarijiet setgħu saru aħjar, imma li nafu fejn irridu naslu.” Żied jgħid li dan il-baġit kien turija ċara li l-Gvern għeja.

Oppożizzjoni konferenza baġit
Sephora Francalanza

Dr Mario De Marco elenka wħud mill-proposti tal-Oppożizzjoni fuq diversi suġġetti biex l-ekonomija tqum fuq saqajha.

Min-naħa tiegħu, Dr Claudio Grech qal li llejla “assistejna verament għal politika li tħares il-ġid komuni.” Skontu, dak li ppreżentat l-Oppożizzjoni jista’ jwassal lil Malta fid-destinazzjoni li tixraqlu għax tpoġġi lin-nies fiċ-ċentru u mhux il-profitt akkost ta’ kollox.

Dr Grech appella biex nieqfu npoġġu l-ekonomija u s-saħħa kontra xulxin. “Ejja ma nilludux ruħna li hemm xi bakketta maġika,” qal Grech, filwaqt li żied jgħid li l-pajjiżi li mxew ‘il quddiem fil-pandemija huma dawk li poġġew il-pariri tal-ħaddiema tas-saħħa fuq quddiem.

Il-baġit imħabbar ġimgħa ilu
BAĠIT 2021: Id-diskors LIVE mill-Parlament