Insellimlek: L-istatwa tar-Redentur tal-Isla bħalma qatt rajnieha qabel

Il-programm Insellimlek tat-Tnejn 26 ta' Marzu jiddiskuti x-xogħol li sar fuq l-istatwa tar-Redentur tal-Isla, statwa devozzjonali li tiġbed ħafna pellegrini.
Fl-istudjo, l-Arċipriet tal-Isla Fr Robin Camilleri, flimkien mar-restawratriċi Valentina Lupo, sabiex nitkellmu dwar dan ix-xoghol.
Is-semmiegħa ta' RTK 103FM jistgħu jieħdu sehem bit-telefons, sms u l-live-streaming. Tippreżenta Sonia Young 
Waqt il-Ġimgħa Mqaddsa, RTK 103FM u Newsbook.com.mt ħejjew serje ta' programmi speċjali.