Filmat: “Ejja nkunu Knisja li turi l-awtorità bil-qadi”

156 anniversarju mit-twaqqif tad-Djoċesi t'Għawdex

Read in English.

L-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma stqarr li jixtieq li l-Knisja f’Għawdex tkun Knisja qaddejja, bl-awtorità vera tagħha tkun fil-qadi, fis-servizz u fil-karità. Saħaq li t-tmexxija jkollha s-saħħa skont kemm taqdi, kemm tħobb u kemm isservi.

Mons. Teuma għamel dan l-appell fl-ewwel omelija uffiċjali tiegħu bħala r-ragħaj tad-Djoċesi ta’ Għawdex, waqt l-Ingress Solenni tiegħu fil-Knisja Katidrali fir-Rabat Għawdex.

L-Isqof insista li l-funzjoni tiegħu mhix li jikkmanda, imma li flimkien mas-saċerdoti u l-insara “nagħtu lilna nfusna bħal Ġesù li ta lilu nnifsu minn fuq is-salib”. Saħaq li wieħed irid joqgħod attent li għat-tmexxija tal-Knisja ma jużax l-istess kliem bħat-tmexxija tal-Istat.

Żied jgħid li “faċli ninfixlu, imma għal Ġesù hu ċar li fit-tmexxija tal-Knisja tfisser li tkun l-ewwel wieħed li taqdi lil oħrajn, li toqgħod l-aħħar – wara kulħadd, u li tistenna li kulħadd ikun tajjeb imbagħad tħares lejn innifsek”.  Mons. Teuma rrimarka li minkejja li dan hu kliem sempliċi huwa diffiċli biex jitpoġġa fil-prattika.

Fisser li wieħed għandu joqgħod attent għax faċli jinqabad fl-ingann, u minn mexxej “isir sid li jagħmel l-iskjavi”.  Kompla jispjega li fil-knisja m’hemmx livelli, imma livell wieħed b’diversi stati – saċerdoti, reliġjużi, lajċi – li kollha jieħdu mingħand xulxin u jagħtu lil xulxin. “Kemm tkun sabiħa jekk id-djoċesi tinbidel f’ċirkolazzjoni ta’ qadi u ta’ mħabba bejnietna, u f’għaqda waħda ngħixu dan l-ispirtu ta’ servizz lil xulxin”, qal l-Isqof Teuma.

B’ton sod stqarr li l-Knisja għandha ġlieda kontra l-loġika tal-poter u r-rivalità, li għalkemm mhix faċli, tagħti l-paċi vera. “Meta tgħaddi tiegħi, ftit wara jitqanqlu s-suspetti u l-beżgħat u l-kliem wara dahar xulxin. Iżda jekk minflok il-poter ikun hemm qadi, servizz u mħabba, ikun hemm differenza kbira”, żied jgħid.

B’referenza għall-Katidral, bħala “omm il-knejjes l-oħra kollha”, Mons. Anton Teuma qal li bħal kull omm, il-katedra tal-Isqof, tkun kuntenta meta tpoġġi lil uliedha sewwa u ma tiħux għaliha jekk xi ħadd minn uliedha jitraskuraha, filwaqt li taħfer dejjem.

Waqt l-omelija tiegħu, Dun Anton sellem lill-Isqof Emeritu Mario Grech filwaqt li saħaq li llum huwa mument importanti għad-Djoċesi ta’ Għawdex hekk kif Mons. Grech inħatar bħala l-President tas-Sinodu. Illum id-Djoċesi ta’ Għawdex fakkret ukoll il-156 anniversarju minn meta twaqqfet.

“Ibqa’ magħna” – kanzunetta għall-Isqof il-ġdid

Biex jagħti merħba lill-Isqof il-ġdid, fl-okkażjoni tal-Ingress Solenni, il-Kor Djoċesan taż-Żgħażagħ f’Għawdex ipproduċa l-kanzunetta oriġinali “Ibqa’ magħna.”

Il-kompożizzjoni hija ta’ Richard Grech u l-lirika hija ta’ Francesco Pio Attard. Il-kliem tagħha hu mibni fuq il-motto magħżul mill-Isqof Anton Teuma mir-rakkont tad-dixxipli ta’ Għemmaws “U baqa’ miexi magħhom.” 

Ibqa’ magħna

Biex jagħti merħba lill-Isqof il-ġdid ta’ Għawdex Mons. Anton Teuma, fl-okkażjoni tal-Ingress Solenni tiegħu nhar l-Anniversarju mit-Twaqqif tad-Djoċesi ta’ Għawdex, il-Kor Djoċesan taż-Żgħażagħ (Għawdex) ipproduċa l-kanzunetta oriġinali “Ibqa’ magħna”, kompożizzjoni ta’ Richard Grech fuq lirika ta’ Francesco Pio Attard, li l-kliem tagħha hu mibni fuq il-motto magħżul mill-Isqof Anton Teuma mir-rakkont tad-dixxipli ta’ Għemmaws “U baqa’ miexi magħhom”. Produzzjoni u Filmati: CVC media© Diocese of Gozo / CVC Media, September 2020***Fit-triq sibtna niġru mifxulabla nafu tassew fejn sejrin,ġejt f’nofsna u l-bqija mxejt magħna,fik qlubna ħassejna mħeġġin.Int Kelma li tlaħħmet għalina,sirt ikel għal min hu bil-ġuħ,dħalt għandna mal-mejda għall-festa,l-Ispirtu sawwabt fuq kull ruħ.Rit.:Ibqa’ magħna, Mulej, fi triq ħajjitna,irgħa l-merħla li fdejt b’demmek l-għażiż,ikkonsagra dar-Ragħaj li għażiltilna,dewqu l-ħlewwa ta’ mħabbtek il-piż,b’dehnek żejnu ħa j’tik poplu qaddis.Mimlija bil-qawwa ta’ Kelmteklil ħutna bit-tama nixegħlu,fid-dinja noħorġu bla biża’inħabbru l-ferħ tal-Vanġelu.Mitmugħa bil-Ħobż li qsamtilnatibgħatna mill-ġdid pellegriniindewwu l-ġrieħi tad-dgħajfa,inġarrfu ħitan u konfini. Rit.

Posted by Diocese of Gozo on Tuesday, September 15, 2020