Follow Up: L-irwol tas-saċerdot fis-soċjetà tal-lum

Fil-programm Follow Up tal-Ħamis 29 ta' Marzu fuq RTK 103FM, niddiskutu I-qagħda tal-kleru f'Malta ma' Fr Kevin Schembri. Is-saċerdot għadu bżonnjuż fil-ħajja tal-lum? 
Fuq it-tema tat-tbatija fil-Ġimgħa mqaddsa, niddiskutu l-vjolenza domestika, kif ukoll niftakru dwar dawk il-Kristjani li huma ppersegwitati madwar id-dinja. 
Fl-aħħar nett, Denis Cutajar, Riċerkatur fl-Università ta' Malta, jgħidilna kif xjentisti Maltin ingħaqdu ma' tim internazzjonali biex isegwu stazzjon spazjali taċ-Ċina abbandunat li mistenni jidħol lura fl-orbita tad-dinja u jikkraxxja fil tmiem il-ġimgħa.
Preżentazzjoni ta' Sylvana Debono.