Filmati: Tiġi inawgurata l-pjazza ta’ Raħal Ġdid

Il-Ġimgħa filgħaxija ġiet inawgurata l-Pjazza ta’ Raħal Ġdid wara xogħol li sar biex din terġa’ tiġi riġenerata. Ħafna kienu dawk li attendew għal din l-inawgurazzjoni fosthom ukoll diversi Membri Parlamentari. Is-sindku Dominic Grima, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Silvio Parnis u l-Prim Ministru Joseph Muscat indirizzaw lil dawk preżenti.

Fid-diskors tiegħu Muscat appella lin-nies biex jagħmlu użu mill-pjazza iżda fl-istess ħin jibżgħu għaliha u ma jkunx hemm vandaliżmu. Rigward is-siġar huwa qal li s-siġar li kien hemm qabel, ġew imħawla f’Ġnien il-Mediterran (Gaddaffi Gardens) jew Wied Blandun. Muscat qal li issa tħawlu 50 siġra oħra fil-pjazza u 300 arbuxella. Il-Prim Ministru emfasizza li l-pjazzez magħmulha minn nies li jaqgħtu l-ħin tagħhom fihom. Huwa semma’ numru ta’ avvenimenti marbuta mal-istorja tal-lokal.

Kien hemm preżenti wkoll il-perit Christopher Mintoff li ħa ħsieb il-proġett.

Posted by Newsbook.com.mt on Friday, July 20, 2018

Posted by Newsbook.com.mt on Friday, July 20, 2018

Posted by Newsbook.com.mt on Friday, July 20, 2018