Follow Up: L-impatt tal-komunitajiet ta’ barranin f’pajjiżna

It-tfal ta’ Maltin li jiżżewġu Afrikani jew barranin oħra huma Maltin jew Afrikani jew ta’ xi nazzjonalità ohra? Waqt Follow up Fr Joe Borg ikompli bid-diskussjoni li bdejna dwar il-komunitajiet ta’ barranin f’pajjiżna u l-impatt tagħhom fuq is-soċjetà Maltija, ma’ Marcelle Bugre.

L-elezzjonijiet fl-Istati Uniti x’bidliet ġabu? Jagħmlu xi differenza għall-bqija tad-dinja inkluz Malta? Mistieden: Andre Debattista.

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fil-5pm