Filmat: L-ikla tal-Milied mill-Caritas

Madwar 500 persuna qed jattendu għall-ikla tal-Milied organizzata mill-Caritas fil-bini tal-Kurja.
Numru ta’ voluntiera ilhom minn filgħodu jaħdmu biex jaraw li kollox imur sew waqt din l-attività.
Is-sena l-oħra 'l fuq minn 300 ruħ li nġabru fil-bini tal-Kurja għal din l-ikla, u fost persuni distinnti kien hemm ukoll l-Arċisqof, Charles Scicluna, il-President ta' Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, u t-tenur Malti Joseph Calleja li kanta lin-nies miġbura quddiemu.