Filmat: L-ewwel laqgħa tal-Bord tal-PA wara l-iskandlu tal-business jet

LIVE: L-ewwel laqgħa tal-Bord tal-PA wara l-skandlu tal-buisness jetGħall-artiklu bil-Malti: https://bit.ly/2xJyIWgFor the article in English: https://bit.ly/2xTIBQJ

Posted by Newsbook.com.mt on Thursday, September 27, 2018

Il-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar se jiltaqa’ llum fl-isfond tal-kontroversja tal-proġett tal-Grupp db. Il-proġett ġie approvat mill-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar fl-20 ta’ Settembru wara li 10 ivvutaw favur u 4 kontra.

It-Tlieta 25 ta’ Settembru, Newsbook.com.mt żvela b’mod esklussiv kif Jacqueline Gili, membru tal-bord, ġiet Malta għal 12-il siegħa b’business jet privat u wara li ma lissnet l-ebda kelma tul laqgħa ta’ sitt sigħat, ivvutat biex jinbena f’Pembroke proġett deskritt minn diversi eNGOs bħala ‘mostruż’. Il-business jet privat sewa €8,750 minkejja li dakinhar kien hemm titjira regolari tal-Air Malta li kienet tiswa madwar €210. 

Newsbook se joħroġ live minn quddiem il-bieb tal-PA biex iżżommkom aġġornati dwar x’qed jiġi diskuss fil-laqgħa tal-lum.

Aqra bl-ingliż minn hawn.