Follow Up: L-elezzjonijiet jiffavorixxu lil min għandu flus x’jonfoq fuq il-kampanja elettorali?

Follow Up tal-Ġimgħa 31 ta’ Mejju bi preżentazzjoni ta’ David Vassallo u Desmond Zammit Marmarà se jiddiskuti dawn it-temi: L-elezzjonijiet f’Malta jiffavorixxu lil min għandu ħafna flus x’jonfoq fuq il-kampanja elettorali tiegħu jew tagħha? Il-partiti politiċi jiffavorixxu ċerti kandidati għad-detriment ta’ oħrajn? X’perikli jġibu magħhom l-isponsorships tal-kandidati? Huwa ġust li l-partiti l-kbar jingħataw ħafna exposure fuq il-mezzi tax-xandir u l-partiti ż-żgħar u l-kandidati indipendenti ftit jew kważi xejn? Fl-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew tal-2019 xorta rajna numru sostanzjali ta’ donkey votes, kemm huwa inkwetanti dan il-fatt? Min ma jmurx jivvota f’elezzjoni qed jeżerċita dritt tiegħu jew qed idgħajjef id-demokrazija? Kif tinterpreta n-numru ta’ voti li ġab Norman Lowell fl-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew?

Mistieden: Prof. Arnold Cassola.

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fil-5pm.