Filmati u ritratti: “Robert tagħna l-mexxej”

Aġġornat 02:26 AM

Chris Cardona jawgura lil Abela

Read in English.

92.5% mis-17,000 tesserat Laburista tefgħu l-vot tagħhom fi 13-il distrett, biex jagħżlu min, bejn Robert Abela u Chris Fearne, se jkun il-mexxej Laburista u Prim Ministru ġdid ta’ Malta.

Newsbook.com.mt aġġornakom kontinwament b’dak li qed jiġri.

02:09

01:42

LIVE: Mill-Kwartieri Ġenerali tal-PLSegwi hawn: http://bit.ly/30dqSkS

Posted by Newsbook.com.mt on Saturday, January 11, 2020

01:40 Briju, kant u ċapċip fost l-oħrajn il-kant tal-innu tal-Partit Laburista

01:38 Rassa kbira. Uffiċjali jappellaw għal kalma, “għax se jitkisser il-bieb”

01:38

01:35 Robert Abela flimkien ma’ martu Lydia jindirizza lill-membri tal-midja.

LIVE: Ċelebrazzjonijiet għar-rebħa ta' Robert AbelaSegwi hawn: http://bit.ly/30dqSkS

Posted by Newsbook.com.mt on Saturday, January 11, 2020

Nawgura lil Robert Abela bhala l-mexxej il-ġdid tal-Partit Laburista u l-Prim Ministru ta’ Malta. Grazzi wkoll lil Chris…

Posted by Silvio Schembri on Saturday, January 11, 2020

01:16 Iktar ċelebrazzjonijiet

01:12am Quddiem iċ-ĊNL

01:06am Il-Ministru Chris Cardona jirrikorri għall-Facebook biex jawgura lil Robert Abela bħala l-Mexxej Laburista ġdid

01:02am

Robert Abela: 5,676 vs 4,054 Chris Fearne

00:50am

00:42am Tiżdied il-folla quddiem iċ-ĊNL

00:41am

Miguela Xuereb

00:40am LIVE minn quddiem iċ-ĊNL

LIVE: Mill-Kwartieri Ġenerali tal-PLSegwi hawn: http://bit.ly/30dqSkS

Posted by Newsbook.com.mt on Saturday, January 11, 2020

00:38am Briju quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun

00:36am

00:32am

00:29am: Kaxxa oħra:Abela 186, Fearne 157

00:27am Riżultat minn kaxxa oħra: Abela 409, Fearne 265

00:25am Riżultat minn kaxxa oħra: Abela 330, Fearne 165

00:23am Riżultati mill-Ewwel Kaxxa: Abela 254, Fearne 126

00:14am Mis-Sala tal-Għadd tal-Voti

11:53pm L-atmosfera quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

11:46pm Ritratti ta’ Miguela Xuereb mis-Sala tal-Għadd tal-Voti fil-Kwartieri tal-PL

11:19pm Christoph Schwaiger mill-ġdid mis-Sala tal-Għadd tal-Voti fil-Kwartieri tal-Partit Laburista fil-Ħamrun:

LIVE: Mill-Kwartieri Ġenerali tal-PLSegwi hawn: http://bit.ly/30dqSkS

Posted by Newsbook.com.mt on Saturday, January 11, 2020

11:18pm Intant, barra l-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista

11:15pm B’kollox hemm 44 kaxxa li fihom hemm 16,217-il polza tal-vot. Ir-riżultat se jkun qed joħroġ kaxxa kaxxa, minn kull distrett.

10:58pm Fil-11pm mistenni jibda s-sorting tal-voti.

10.25pm: Bħalissa għadhom qed jiġu mpoġġija wiċċhom ‘l isfel il-poloz tal-vot. Hekk kif jintemm dan il-proċess jibda l-għadd tal-voti.

10:15pm  Christoph Schwaiger, ġurnalist ta’ Newsbook.com.mt jirrapporta mill-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista. Filmat: Miguela Xuereb

10pm: Fl-aħħar ħin, il-kaxxi kollha waslu fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista inkluż dawk tat-13-il distrett.

9.15pm: Bħalissa il-poloz tal-voti qed jitpoġġew rashom ‘l isfel u qed isiru l-aħħar preparamenti biex jibda l-att tal-voti.

8.48pm: Newsbook.com.mt jinsab live miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun, hekk kif bdew jaslu l-kaxxi tal-votazzjoni.

8.35pm: L-aktar tliet distretti li fihom ħarġu nies jivvutaw huma t-tieni, l-10 u t-13-il distrett b’94% filwaqt li l-inqas huwa it-12-il distrett b’89%.

8.30pm: Għall-ħabta tat-8.30pm Newsbook.com.mt tkellem ma’ Dr Dean Hili li huwa ċ-Chaiperson tal-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Labutrista. Huwa spjega l-proċess minn issa, sakemm jitħabbar uffiċjalment il-mexxej il-ġdid tal-Partit Laburista. Hili spjega li jekk il-proċess jimxi kif inhu previst l-ewwel indikazzjoni ta’ din l-elezzjoni mistennija jitħabbaru għall-ħabta tas-1am jew is-2am.

8.22pm: Skont iċ-ċifra tal-Kummissjoni Elettorali, 92.5% huma dawk li ħarġu jivvutaw f’din l-elezzjoni biex jiġi elett il-mexxej il-ġdid tal-Partit Laburista.

3.20pm: Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li sas-sagħtejn ta’ waranofsinhar ivvotaw 58.3% ta’ dawk eleġibbli għall-vot fl-elezzjoni għall-Mexxej tal-Partit Laburista. “Il-votazzjoni, li qed issir fi 13-il post madwar Malta u Għawdex, fetħet fit-tmienja ta’ filgħodu u se tibqa’ miftuħa sat-tmienja tal-lejla. F’din l-elezzjoni hemm 17, 531 persuna eleġibbli li jivvotaw.”

3.10pm: Is-Segretarja Parlamentari Julia Farrugia Portelli awgurat fuq Facebook lil Robert Abela u Chris Fearne. Sostniet li l-unika dispjaċir tagħha huwa li lil Muscat “ħadd ma fehmu”. Spjegat li fil-verità, min-nhar it-Tnejn, kull Ministru se jkun bla xoghol ghax bir-regoli, il-karigi tagħhom jintemmu nhar it-Tnejn mar-riżenja tal-Prim Ministru Muscat.

2.45pm: Il-Partit Laburista, fuq il-paġna ta’ Facebook,, spjega li s-sala taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista inbidlet f’ċentru tal-għadd tal-voti.

Is-sala taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista mibdula f'ċentru tal-għadd tal-voti.

Posted by Partit Laburista on Saturday, January 11, 2020

2pm: Intant, f’Santa Venera, il-kju huwa wieħed ferm twil. Dan hekk kif f’din il-lokalità qed jivvotaw it-tesserati kollha tal-Ewwel Distrett.

1.40pm: Iċ-ċentru Laburista ta’ Ħal Qormi jidher li huwa kemmxejn vojt. F’dan iċ-ċentru jridu jmorru jivvutaw dawk it-tesserati li huma membri f’Ħal Qormi, fis-Siġġiewi u f’Ħal Luqa.

12.45pm: Kju wkoll quddiem iċ-Ċentru Laburista tal-Fgura. Jidher li hemm numru ta’ persuni li ilhom siegħa jistennew fil-kju.

12.15pm: F’kumment ma’ Newsbook.com.mt, Agius Saliba sostna li llum hija ġurnata storika għall-Partit Laburista u għall-pajjiż. Spjega li hemm attendenza kbira fiċ-Ċentri Laburisti madwar Malta u f’Għawdex sabiex it-tesserati jivvutaw għal wieħed miż-żewġ kandidati. Irrimarka li jinsab ċert li jitla’ min jitla’ minnhom se jkomplu jaħdmu biex jibnu fuq dak li għamel il-Gvern Laburista fl-aħħar sitt snin u li kulħadd se jkun qed jimxi warajhom.

12.00pm: Diversi persuni lesti sabiex jivvutaw fit-Teatru Rialto f’Bormla llum. Iżuruhom l-Ewroparlamentari Alex Agius Saliba u l-MP Glen Bedingfield.

11.45am: Aktar kmieni tefa’ l-vot tiegħu fit-Teatru Rialto f’Bormla l-Membru Parlamentari Glen Bedingfield.

Ivvotajt f’Bormla ghall-Elezzjoni ta’ Mexxej Laburista Gdid u Prim Ministru ta’ Malta.

Posted by Glenn Bedingfield on Friday, January 10, 2020

11.17am: Kju twil quddiem iċ-Ċentru Laburista tal-Imsida. Dan iċ-ċentru qed jirċievi l-voti tad-disa’ distrett, jiġifieri Ħal Għargħur, L-Imsida, San Ġwann, is-Swieqi, u Ta’ Xbiex.

11.12am: Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli tefgħet il-vot tagħha fiċ-Ċentru Laburista tar-Rabat.

Grazzi li intom Laburisti. Nivvutaw kmieni u wara gawdu lill-familji gojjelli taghkom

Posted by Julia Farrugia Portelli on Friday, January 10, 2020

11.08am: Dalgħodu, l-Ewroparlamentari Laburista Alex Agius Saliba żar numru ta’ Ċentri tal-Partit Laburista fejn qed issir il-votazzjoni.

Inżuru ftit postijiet tal-votazzjoni – Grazzi 5️⃣ Distrett!Awguri Robert Abela u Chris Fearne 🇲🇹

Posted by Alex Agius Saliba on Saturday, January 11, 2020

11.06am: Aktar kmieni, il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici inkoraġġixxa lill-pubbliku sabiex joħroġ jivvota hekk kif kull vot jgħodd. Ħeġġiġhom sabiex jagħmlu użu minn dan id-dritt importanti.

10.40am: Intant il-Kandidat Chris Fearne qal fuq Facebook li aktar kmieni llum ivvota fiċ-Ċentru Laburista fil-Fgura. Irrimarka li hu kburi li hu Laburist u li hu Malti.

10.37am: Il-Kandidat Robert Abela xeħet numru ta’ posts fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu jinkoraġġixxi lit-tesserati sabiex joħorġu jivvutaw. Jinsisti li kull vot jgħodd.

10.29am: Huma u ħerġin miċ-Ċentru tal-votazzjoni, Muscat u martu Michelle, ġew milqugħa minn bosta persuni li flimkien bdew iċapċpu u jirringrazzjawh. Muscat waqaf isellem u jitkellem ma’ numru ta’ persuni qabel ma kompla bil-jum tiegħu.

10.17am: Il-Prim Ministru uxxenti Joseph Muscat u martu Michelle Muscat, jaslu fiċ-Ċentru Laburista tan-Naxxar sabiex jivvutaw għall-Mexxej li jmiss.

10.15am: It-tesserati ma jivvutawx skont liema distrett ġejjin minnu, iżda skont f’liema distrett iħallsu t-tessera tagħhom. Il-kandidat Robert Abela xeħet il-vot tiegħu fiċ-Ċentru Laburista ta’ Ħal Qormi.

9.40am: Bosta persuni jinsabu miġbura quddiem iċ-Ċentru Laburista fin-Naxxar. Minn ħin għall-ieħor mistenni jmur jixħet il-vot tiegħu f’dan iċ-ċentru l-Prim Ministru Joseph Muscat.

9.30am: X’jaħsbu n-nies dwar min għandu jilħaq Prim Ministru?

9.20am: Persuni jidhru jirranġaw xi barriers madwar il-Kwartieri tal-PL.

9.15am: Il-Ministru Joe Mizzi deher ħiereġ mill-Kwartiera Ġenerali tal-Partit Laburista fil-Ħamrun.

8.40am: Kmieni dalgħodu, il-Ministru Evarist Bartolo tella’ post fuq Facebook fejn sostn ali dawk kollha li għandhom id-dritt li jivvutaw għall-ħatra tal-mexxej għandhom jaqdu dmirhom b’responsabbiltà kbira.

8am: Tiftaħ il-votazzjoni għall-Mexxej tal-Partit Laburista

Min huma l-kandidati?

Liema huma l-postijiet tal-votazzjoni?

L-Ewwel Distrett – Ċentru Laburista, Santa Venera

  • Il-Belt Valletta
  • Furjana
  • Il-Ħamrun
  • Il-MArsa
  • Tal-Pietà
  • Santa Venera

It-Tieni Distrett – Teatru Rialto, Bormla

  • Il-Birgu
  • L-Isla
  • Bormla
  • Ħaż-Żabbar
  • Il-Kalkara
  • Ix-Xgħajra

It-Tielet Distrett – Ċentru Labursita, Żejtun

  • Iż-Żejtun
  • Ħal Għaxaq
  • Marsaskala
  • Marsaxlokk

Ir-Raba Distrett – Ċentru Laburista, Fgura

  • Il-Fgura
  • Il-Gudja
  • Paola
  • Santa Luċija
  • Ħal Tarxien

Il-Ħames Distrett – Ċentru Laburista, Qrendi

  • Birżebbuġa
  • Ħal Kirkop
  • L-Imqabba
  • Il-Qrendi
  • Ħal Safi
  • Iż-Żurrieq

Is-Sitt Distrett – Ċentru Laburista, Ħal Qormi

  • Ħal Qormi
  • Is-Siġġiewi
  • Ħal Luqa

Is-Seba’ Distrett – Ċentru Laburista, Rabat

  • Ħaż-Żebbuġ (Malta)
  • Ħad-Dingli
  • L-Imġarrr
  • L-Imtarfa
  • Ir-Rabat (Malta)
  • Il-Baħrija

It-Tmien Distrett – Ċentru Laburista, Ħal Lija

  • Ħal Balzan
  • Birkirkara
  • L-Iklin
  • Ħal Lija

Id-Disa’ Distrett – Ċentru Laburista, Imsida

  • Ħal Għargħur
  • L-imsida
  • San Ġwann
  • Is-Swieqi
  • Ta’ Xbiex

L-Għaxar Distrett – Teatru Orpheum, Gżira

  • Il-Gżira
  • Pembroke
  • San Ġiljan
  • Tas-Sliema

Il-Ħdax-il Distrett – Ċentru Laburista, Mosta

  • Ħ’Attard
  • Il-Mosta

It-Tnax-il Distrett – Ċentru Laburista, Naxxar

  • Il-Mellieħa
  • In-Naxxar
  • San Pawl il-Baħar

It-Tlettax-il Distrett – Ċentru Laburista, Ta’ Sannat

  • Il-lokalitajiet kollha ta’ Għawdex