L-aħħar aġġornamenti miċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar

DOI – Reuben Piscopo

Read in English.

01:10 Ikomplu jaslu aktar kaxxi tal-voti fin-Naxxar

23:41 Jibda s-sorting tal-kaxex tal-vot

23:35 Ritratti miċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar

23:17 Ritratti minn Naxxar

23:00 Kollegament ma’ Monique Agius minn Naxxar.

22:36 Il-kandidat indipendenti għall-elezzjoni tal-MEPs Arnold Cassola jattakka lill-Prim Ministru Joseph Muscat u lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia minħabba l-qtil ta’ Lassana Cisse Souleymane.

22:00 Kollegament mill-post tal-votazzjoni tan-Naxxar. Jiġu ssiġillati l-kaxxi hekk kif jiskadi l-ħin allokat għall-votazzjoni.

21:00 Kollegament mal-kamra tal-aħbarijiet ta’ Newsbook.com.mt dwar kemm ħarġu nies jivvutaw sas-2 pm.

20:45 Il-Kummissjoni Elettorali ppubblikat it-turnouts tal-elezzjoni għall-Parlament Ewropew skont id-Distretti kif ukoll tal-elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali skont il-lokalitajiet. Id-dettalji.

20:00 Għall-aġġornament tat-8pm sar kollegament ma’ Christoph Schwaiger minn Bormla:

19:15 Il-Kummissjoni Elettorali tippubblika t-turnout uffiċjali sas-2pm li huwa ta’ 31.99%. L-istess stqarrija ppubblikata mid-Dipartiment tal-Informazzjoni tal-Gvern ma kellha l-ebda informazzjoni dwar kemm nies ivvutaw f’kull distrett iżda ġiet ippubblikata biss il-figura globali.

19:00 Fl-aġġornament LIVE ngħaqdu mal-istudio Nicole Borg mill-Belt Valletta u Christoph Schwaiger mill-Kalkara:

18:57 Newsbook.com.mt jippubblika t-turnout mhux uffiċjali sas-2pm. Sas-2pm jivvutaw 32%. Madanakollu l-Kummissjoni Elettorali għadha ma ħarġitx iċ-ċifra uffiċjali, meta s-soltu dik dwar it-turnout sas-2pm tkun ilha li ħarġet mill-4pm. Ir-raġuni għadha mhux magħrufa. Dan għalkemm Newsbook.com.mt prova jikkuntattja kemm-il darba lill-Kummissjoni Elettorali.

18:00 Il-bullettin tal-aħbarijiet tas-6pm b’kollegament minn Raħal Ġdid u b’aħbarijiet dwar l-elezzjonijiet:

17:21 Ivvutajt? Jekk le attent għal dawn!

17:21 Ritratti minn Birżebbuġa, Ħal Kirkop, iż-Żurrieq, u l-Qrendi.

17:00 Kollegament mill-Furjana u intervista mal-Editor-in-Chief ta’ Newsbook.com.mt Sylvana Debono dwar l-elezzjonijiet Ewropej.

16:50 Ritratti mill-Furjana

16:45 Ilment dwar żbalji fuq il-polza tal-vot; il-Kummissjoni tiċċara. Id-dettalji.

16:00 Kollegament mill-kamra tal-aħbarijiet ta’ Newsbook.com.mt

15:30 Ritratti minn Marsaxlokk, ix-Xgħajra, u Wied il-Għajn.

15:00  Newsbook.com.mt b’kollegament ieħor LIVE, din id-darba ma’ Nicole Borg minn Birkirkara u ma’ Monique Agius minn Ħal-Qormi.

Ħal Qormi Ritratt: Monique Agius

14:00  Newsbook.com.mt b’kollegament ieħor LIVE, din id-darba ma’ Sephora Francalanza minn Ħaż-Żebbuġ u ma’ Monique Agius mis-Siġġiewi.

13:40    Il-votazzjoni fil-Kalkara

13:20    Il-votazzjon fil-Birgu

Luke Zerafa

13:10    Il-votazzjoni fl-Imsida

Gordon Watson

13:06    Il-votazzjoni fix-Xewkija

Christoph Schwaiger

13:00    Newsbook.com.mt b’kollegament ieħor LIVE, din id-darba nitkellmu ma’ Gordon Watson li jinsab fl-Imsida, u Christoph Schwaiger mix-Xewkija.

12:56    Il-votazzjoni wkoll f’Bormla.

Luke Zerafa

12:41    Fl-Isla l-pubbliku jivvota wkoll.

12:32    Il-votazzjoni fil-Fgura għaddejja wkoll.

Luke Zerafa

12:29    Il-Votazzjoni fis-Siġġiewi għaddejja ġmiela wkoll.

12:14    Il-President George Vella jivvota flimkien ma’ martu Miriam Vella.

12:05    Il-votazzjoni minn Għajnsielem

12:00    Newsbook.com.mt jerġa’ jingħaqad ma’ aktar kollegi minn lokalitajiet differenti. Din id-darba nitkellmu ma’ Maria Webb f’Ħal Luqa u Christoph Schwaiger minn Għajnsielem.

11:52    Fil-ħin li ġej il-President George Vella u martu Miriam Vella se jkunu qed jivvutaw fl-iskola Sekondarja taż-Żejtun.

Luke Zerafa

11:32   Il-votazzjoni għaddejja ġmiela wkoll f’Raħal Ġdid

Luke Zerafa

11:10   Nerġgħu nitkellmu ma’ kollegi oħrajn ta’ Newsbook.com.mt fejn Beppe Galea tkellem mil-lokalità tal-Mosta.

11:09   Post tal-votazzjoni fin-Naxxar, din id-darba l-Higher Secondary.

Luke Zerafa

11:06   Aktar kmieni llum, il-kadidat għal MEP f’isem il-Partit Demokratiku, Martin Cauchi Inglott flimkien ma’ rappreżentant tal-għaqda Bycicle Advocacy Group (BAG) marru jivvutaw bir-rota.

Għadna kif qdejna dmirna!We just did our duty!Kristian Cauchi InglottBicycle Advocacy Group (BAG Malta)

Posted by Martin Cauchi Inglott on Saturday, May 25, 2019

10:44  Newsbook.com.mt jinsab infurmat li hemm kju qawwi fl-iskola Primarja fil-Ħamrun hekk kif jidher li hemm għexieren ta’ persuni li qed jitolbu għall-assistenza waqt li jivvutaw.

10:39   Post tal-votazzjoni fil-lokalità tal-Mosta.

Luke Zerafa

10:25  Il-President Emeritu Edward Fenech Adami jivvota fl-iskola Primarja ta’ Birkirkara.

10:17  Il-Prim Ministru u l-mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat, flimkien ma’ martu Michelle Muscat marru jagħtu l-vot tagħhom f’Burmarrad.

Filmat: Joseph Muscat jivvota f’Burmarrad

10:09  Nitkellmu mal-kollega Joseph Giordimaina li jinsab quddiem l-iskola primarja ta’ Ħal Lija.

10.00  Kollegament LIVE mill-ġdid ma’ Leon Xuereb, din id-darba mill-Gżira fejn spjega li hemm 11-il kandidat li qed jikkontestaw fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Il-kollega Sarah Cassar Dymond b’kollegament minn Pembroke ukoll.

9:56  Il-Kummissarju Elettorali Joseph Church jissorvelja l-għeluq tal-kaxxi tal-voti għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali. Dan sar fl-iskola Primarja ta’ Ħal Lija.

9:45  Aktar kollegamenti ma’ ġurnalisti ta’ Newsbook.com.mt din id-darba Leon Xuereb jitkellem minn Tas-Sliema, filwaqt li Beppe jagħti l-aħħar aġġornamenti mill-Mellieħa.

9:32  Il-kollega Charmaine Attard tagħti l-aħħar aġġornamenti ta’ x’se jkun qed isir bejn illum u għada sakemm joħroġ ir-rizultat finali tal-elezzjonijiet waqt il-programm Newsline for 103FM.

9:15  Delia jivvota fl-iskola primarja tal-Kulleġġ ta’ San Injazju fis-Siġġiewi.

9:08  Aktar kollegi ta’ Newsbook.com.mt joħorġu live minn żewġ lokalitajiet oħrajn. Sylvana Debono tkellimna minn Ħal Balzan u Leon Xuereb minn San Ġiljan.

8:54  Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jasal is-Siġġiewi fejn sellem lil numru ta’ persuni miġbura quddiem post tal-votazzjoni.

Filmat: Adrian Delia jmur jivvota fis-Siġġiewi

8:35  Persuni fis-Siġġiewi jiddiskutu qabel ma jidħlu jgħati l-voti tagħhom.

8:27  Il-votanti jinġabru fis-Siġġiewi.

8:00  Newsbook.com.mt b’kollegamenti LIVE mix-Xagħra Għawdex u minn Ħal Lija.

7:10  Bdejna bl-ewwel kollegament tal-ġurnata ma’ Beppe Galea mir-Rabat Għawdex.

7:00   Jinfetħu l-postijiet ta’ votazzjoni madwar Malta u Għawdex, għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali. Il-postijiet tal-votazzjoni jibqgħu miftuħa              sal-10pm.