“Keith Schembri ma kienx interrogat dwar 17 Black”

Miguela Xuereb

Read in English.

L-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar kompla jixhed fl-inkjesta pubblika fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia llum. Fost l-oħrajn qal li l-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Joseph Muscat, Keith Schembri ma kienx interrogat b’rabta ma’ 17 Black.

Xi spikka mix-xhieda ta’ Lawrence Cutajar?

  • Keith Schembri ma kienx interrogat dwar 17 Black – konna għadna fl-istadju li tinġabar l-evidenza
  • Il-file dwar Operation Green jista’ jinqara f’inqas minn siegħa
  • Cutajar sar jaf bil-ħbiberija ta’ Silvio Valletta u Yorgen Fenech wara li nstabu r-rekordings
  • Ramon Mifsud, surġent tal-pulizija li kien iċċelebra l-qtil ta’ Caruana Galizia fuq Facebook, kien sospiż b’mod immedjat. Hu ssottometta ċertifikati mediċi lill-bord ta’ inkjesta u qatt ma deher għall-ebda smigħ.
  • Dwar il-każ Pilatus:
    • Silvio Valletta kellem lill-AĠ qabel ma tkellem mal-Kummissarju. L-AĠ qallu li ma kienx hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika rejd.  Il-Kummissarju ċempel lil Valletta u telaq minn fejn kien.
    • Lil Cutajar ċempillu Kurt Farrugia u qallu li l-avukati Pawlu Lia u Edward Gatt kienu sejrin għandu biex jissottomettu lment kriminali minn Joseph Muscat
    • Cutajar jgħid li abbażi tal-blogg ta’ Daphne ma setax jagħlaq il-bank u jarresta lil Ali Sadr Hasheminejad.
    • Lawrence Cutajar m’għandux idea dwar rapport li sar mill-Bank Pilatus dwar leaks.
11:26 L-inkjesta pubblika tkompli nhar il-Ġimgħa.
Nicole Borg
11:25 Grazzi talli segwejtuna.
Nicole Borg
11:23 Ma waslet l-eda tweġiba mill-Prim Ministru dwar is-sottomissjonijiet li għamlu l-avukati dwar id-data ta' skadenza.

Il-Prim Ministru kien notifikat fiżikament u anke permezz ta' email.
Nicole Borg
11:23 Ix-xhieda ta' Cutajar tintemm hawn.
Nicole Borg
11:20 Dr Azzopardi qal li l-pajjiż kien f'furur wara li s-sid tal-Bank Pilatus deher ħiereġ mill-bank. Hu staqsa lix-xhud jekk sabx okkażjoni biex jitkellem mal-Avukat Ġenerali fid-dawl ta' dak li ġara.

"Ma niftakaex. Li naf huwa li dakinhar filgħaxija bdiet l-inkjesta," qal Cutajar.

Sostna li kien l-ilment kriminali li beda jiġi investigat. Cutajar żied jgħid li issa ma kinitx mistoqsija ta' intelliġenza, imma kien hemm ilment krimanli u nkjesta maġisterjali.
Nicole Borg
11:18 Il-Prim Imħallef Emeritu: F'ċirkustanzi oħra kont tinvestiga. Li kieku ma kellekx il-parir tal-AĠ kont taġixxi b'mod differenti?

Cutajar: Forsi.
Nicole Borg
11:14 Dr Azzopardi qal li hu kien affaxxinat u xxokkjat meta x-xhud qal li Valletta kien qallu li diġà tkellem mal-Avukat Ġenerali.

"Taf Sur Cutajar li wieħed mid-doveri prinċipali tal-pulizija kien li jippreserva l-evidenza. Dover ieħor huwa li jipprevjeni li titwettaq il-kriminalità. Meta Valletta qallek li l-AĠ kien kellmu, kien hemm komunikazzjoni bejnek u bejn l-AĠ f'dawk l-24 siegħa? Kont sorpriż? Kont ixxukkjat?" staqsa Dr Azzopardi.

"Ħsibt f'kull konsegwenza applikabbli jekk ma ssegwix il-pariri tal-AĠ," wieġeb Cutajar. "Jekk tieħu azzjoni, x'jiġri jekk jirriżulta li tkun ultra vires?"
Nicole Borg
11:11 Dr Azzopardi: X'wasslek biex tgħid li m'hemm l-ebda bażi għal investigazzjoni.

Cutajar: Naħseb dik l-istqarrija ħarġet qabel ma rċevejna r-rapport tal-FIAU. Għandi nota dwar Mejju tal-2016.

Dr Azzopardi: Ejja mmorru lura. F'Mejju tal-2016 kien hemm il-parir tal-AĠ dwar is-servers ta' Nexia BT. Din f'Marzu tal-2017.

Cutajar: Jiena ma nqumx filgħodu u niddeċiedi li se nibgħat stqarrija, imma kont għamiltha wara li tkellimt mal-investigaturi. WIsq probabbli sa dak iż-żmien ir-rapport tal-FIAU kien għadu ma wasalx. F'każi bħal dawn nikkonsulta mal-investigaturi.
Nicole Borg
11:10 Dr Azzopardi qara l-istqarrija li tikkonċerna li Schembri u Mizzi dwar is-suġġett ta' ħasil ta' flus.

Cutajar qal li ma jafx għaliex l-istqarrija m'għandhiex disponibbli online.
Nicole Borg
11:08 Dr Azzopardi: Fit-2 ta' Marzu tal-2017 kienet ħarġet stqarrija (PR/115/17) li ma tistax tinstab online.
Nicole Borg
11:06 Cutajar qal li ma jiftakars.

Dr Azzopardi qal li Cutajar għandu memorja tajba u jista' jiftakar meta skurjaw l-Inter. Żied jgħid li hu ma kienx wieġeb lit-Times of Malta.

Cutajar ċaħad li rċieva din l-informazzjoni sena qabel.
Nicole Borg
11:04 Dr Azzopardi rrefera għal blogg minn April tal-2015 fejn Caruana Galizia allegat li Keith Schembri rċieca kickbacks mill-bjegħ tal-passaporti. Hu kompla jgħid li ġimgħa wara, il-ġurnal Times of Malta ppubblika rapport jgħid li Cutajar u l-Avukat Ġenerali kienu infurmati dwae tranżazzjonijiet bankarji suspettużi u suspetti ta' ħasil tal-flus.
Nicole Borg
11:03 Dr Azzopardi: Ian Abdilla qatt informak jekk kienx hemm progress dwar Karl Cini?

Cutajar: Le.
Nicole Borg
11:03 Cini kien interrogat mill-investigaturi tal-ECU. Ikkonferma li ma ħarġu l-ebda akkużi fil-konfront ta' Cini qabel Jannar tal-2019.
Nicole Borg
11:02 Dr Azzopardi rrefera għall-inkjesta Egrant fejn fil-konklużjonijiet tagħha, il-Maġistrat Bugeja rrakkomanda li Karl Cini jkunu investigat għal ksur ta' ġurament.

Cutajar qal li Cini kien interrogat fl-2018.
Nicole Borg
11:00 Hu u jirreferi għat-22 ta' Novembru, Dr Azzopardi staqsa minn fejn ġab l-informazzjoni tal-konferenza tal-aħbarijiet il-PM.

Cutajar: Konna parti minn task force li kienet tinvolvi l-Avukat Ġenerali, is-Servizzi tas-Sigurtà, il-Europol u l-Maġistrat. Il-PM kellu xi informazzjoni minħabba l-maħfra presidenzjali għal Melvin Theuma. Il-briefings tal-investigaturi kienu jsiru fil-preżenza tiegħi u tal-Avukat Ġenerali.
Nicole Borg
10:59 Dr Azzopardi:Staqsejt għal spjegazzjoni għaliex il-Prim Ministru kien qed jagħmel konferenzi tal-aħbarijiet hu u mhux inti bħala kummissarju?

Cutajar: Jien ma ntlabtx nagħmel konferenzi tal-aħbarijiet. Konna nibgħatu stqarrijiet.
Nicole Borg
10:57 Dr Azzopardi: Jumejn wara l-assassinju, inti u Valletta indirizzajtu konferenza tal-aħbarijiet. Wara dakinhar, Muscat kien qed jagħmel l-aġġornamenti kollha pubbliċi dwar il-każ. Il-PM kien jindirizza lill-midja dwar is-suġġett. Qal li l-investigazzjoni dwar il-każ kienu se jaslu fi tmiemhom fi ftit xhur. Fit-22 ta' Novembru, Muscat għamel konferenza tal-aħbarijiet dwar dak li qal Melvin Theuma fl-interrogazzjonijiet.

Said Pullicino: Kont nimmaġina li inti tindirizzahom.

Cutajar: le, le.
Nicole Borg
10:56 Dr Azzopardi: Għaddielek minn moħħok li s-sorsi ta' dawn l-għajdut kien l-OPM?

Cutajar: Le, le.
Nicole Borg
10:53 Dr Azzopardi: Dakinhar li nqatlet Caruana Galizia, kien hemm diversi rapporti koordinati li ntużat SEMTEX u li l-mottiv wara l-assassinju kien trafikar tal-fjuwil. Maurice Calleja kien qal li kien konvint li kien immanifatturat Malta. X'taf dwar dan?

Cutajar: Ma nistax nifhem kif Calleja wasal għal din il-konklużjoni. Fil-bidu tal-investigazzjoni tibda tħares lejn is-sorsi, l-intelliġenza. Li nista' ngħid huwa li l-investigazzjoni kienet 99% ibbażata fuq evidenza forensika.
Nicole Borg
10:50 Dr Azzopardi: F'Awwissu tal-2015, kont infurmat aktar tard meta sirt Kummissarju li Malta rrifjutat l-estradizzjoni ta' ċittadin Indjan biex jaffaċċja akkużi ta' ħasil ta' flus? Caruana Galizia żvelat li Lati Modi kellu lil Schembri u lil Adrian Hillman bħala kuntatti tiegħu f'Malta. Modi kien inġabar minn xufier tal-OPM

[https://daphnecaruanagalizia.com/2016/03/lalit-modi-wanted-in-india-for-corruption-and-money-laundering-bought-maltese-citizenship-through-mossack-fonseca-malta/]

Cutajar:Dak iż-żmien kont uffiċjal fl-immigrazzjoni, imma anke meta sirt Kummissarju ħadd ma tagħni informazzjoni dwar dan.
Nicole Borg
10:47 Cutajar qal li għall-kuntrarju tal-AFM, il-pulizija huwa servjent pubbliku.

"Malli sirt naf dwar il-każ, bdiet investigazzjoni. Bord ta' inkjesta kien stabbilit. Hu kien sospiż fuq il-post għax dak seta' jsir. Kull darba li kien hemm smigħ, Mifsud kien jissottometti ċertifikat mediku. Eventwalment beda jirċievi nofs paga. Sa din is-sena kien qed jirċievi nofs paga. Ma stajtx nagħmel aktar minn hekk," qal Cutajar.
Nicole Borg
10:46 Dr Azzopardi: Ramon Mifsud, eks uffiċjal tal-pulizija, kien tella' post dakinhar. Inti kont għidt lill-midja li Mifsud kien qed jiġi investigat…

CutajarL Nikkonferma.

Dr Azzopardi: Sas-sena li għaddiet kien għadu fil-Korp…

Cutajar: Nikkonferma

Dr Azzopardi: Sal-aħħar tat-terminu tiegħu, x'azzjoni ttieħdet?
Nicole Borg
10:44 Dr Azzopardi: Dakinhar tal-karozza bomba, kien hemm xi leaks mix-xena tad-delitt, xi wħud makabri, li kienu ċċirkolati fuq il-midja soċjali. Inti kont konxju ta' dan?

Cutajar: Iva kienet inġibditli l-attenzjoni u anke tal-Maġistrat. Ma kinux ittieħdu passi kontra persuni partikolari u ħadd ma ġie identifikat.
Nicole Borg
10:44 Dr Azzopardi jibda jistaqsi.
Nicole Borg
10:44 L-investigazzjonijiet komplew, qal Cutajar.
Nicole Borg
10:43 L-Imħallef Mallia: "Minkejja li għid hekk, inti xorta ppruvajt titkellem ma' Yorgen Fenech. Dan ma seħħx fil-każ ta' Brian Tonna u Karl Cini…"

Cutajar: L-aħħar li spjegat.
Nicole Borg
10:42 "Il-perċezzjoni tal-pubblika fit-tmeninijiet kien li kien hawn kriminalitajiet serji, qtil. Il-pulizija kienet tibgħat għal 10 persuni li ma jikkoperawx, imma l-pubbliku kien jara lil dawn il-persuni jkunu arrestati. Bħal qisu jekk persuna ma tkunx arrestata, mhux qed isir xejn. Dan mhux il-każ," qal Cutajar.
Nicole Borg
10:40 Għat-tielet darba, il-Prim Imħallef Emeritu Said Pullicino jirreferi għal Cutajar bħala Teuma.

"Sur Cutajar, Sur Imħallef," irrepeta l-eks Kummisarju tal-Pulizija.
Nicole Borg
10:39 "Ħadd ma jsemmi li r-rata ta' kriminalitajiet naqset meta kont kummissarju. Ħadd ma jsemmi kemm qbadna ċrieki tad-droga fi żmieni," qal Cutajar.
Nicole Borg
10:38 "Anke minħabba li jiena kont ftit antikwat u kont nipprova niġbor l-evidenza l-ewwel, kellna bħal tsunami. Mur ara kieku kont qed immexxi jiena l-investigazzjonijeit f'dawn il-każi. Kienu jitolbu għall-piena kapitali żgur," qal Cutajar.
Nicole Borg
10:37 Cutajar qal li kien hemm forom differenti ta' intelliġenza li tinġabar minn istituzzjonijiet differenti. "Jekk kienu s-Servizzi Sigrieti, l-informazzjoni kienu jaqsmuha mal-investigatur relevanti," qal Cutajar. Cutajar qal li l-kummissarju ma kien ikun jaf xejn.
Nicole Borg
10:36 Prim Imħallef Emeritu: "Jien mhux hekk qed nistaqsi. Qed nitkellem dwar il-konnessjonijiet tagħhom."
Nicole Borg
10:35 Il-Prim Imħallef Emeritu: Il-persuni li kienu arrestati kienu magħrufa mal-pulizija?

Cutajar: Iva nista' nikkonferma. F'kull każ investigajna.
Nicole Borg
10:34 Il-Prim Imħallef Emeritu qal li l-aħħar karozza bomba kienet dik li qatlet lil Daphne Caruana Galizia.

Cutajr qal li karozzi bomba ġraw taħt tliet kummissarji tal-pulizija differenti, imma ssolvew meta hu kien kummissarju tal-pulizija.
Nicole Borg
10:32 Dr Comodini Cachia staqsiet jekk kienx għadu jafda lil Valletta u Abdilla fil-kuntest tal-ħarġa ta' Portomaso u dak li ħareġ wara.

Hu rrimarka li m'għadux kummissarju tal-pulizija. Qal li Abdilla dejjem kien jagħti briefings tajbin.
Nicole Borg
10:30 Dr Comodini Cachia staqsiet dwar ir-rapport tal-pulizija li għamel il-Bank Pilatus dwar il-leaks. Cutajar qal li hu ma kellux idea li kien sar dan ir-rapport.

Dan ir-rapport kien jikkonċerna d-dokumenti li rċeviet Caruana Galizia. Qal li ma jiftakarx li kien hemm stqarrija mill-Bank Pilatus li tgħid li kien sar rapport mal-pulizija.
Nicole Borg
10:28 Il-Prim Imħallef Emeritu staqsa dwar x'għamlu l-pulizija biex jiddeterminaw min kien is-sid ta' MacBridge u Egrant.

Cutajar insista li l-ħsieb kien li l-ħsieb li l-ewwel tinterroga persuna mbagħad tkompli tiġbor l-evidenza ma jagħmilx senx.

"Inti trid l-evidenza, mhux l-intelliġenza. Jekk persuna ma tridx tikkopera mal-pulizija, ikollok l-evidenza," qal Cutajar.

"Stajtu kkonfiskajtu s-servers…" qalet l-Imħallef Lofaro.
Nicole Borg
10:26 L-Imħallef Mallia qal li kien hemm evidenza ċirkostanzjali u li b'hekk kien hemm dover li ssir investigazzjoni. Qal li evidenza tat-tip mhix biżżejjed li tressaq lil xi ħadd akkużat quddiem Qorti, imma hawn l-evidenza ntremiet.

"Skużani Sur Imħallef, ma tifhimx," wieġeb Cutajar.
Nicole Borg
10:26 F'dan il-każ ma kien hemm l-ebda nuqqas ta' azzjoni mill-pulizija, insista Cutajar.
Nicole Borg
10:24 Cutajar qal li mir-riċerka tiegħu ma rriżultax li kien hemm investigazzjonijiet li saru abbażi tas-saħħa ta' "sempliċi blogg".
Nicole Borg
10:21 L-Imħallef Mallia: "Illum nafu li l-blogg ta' Caruana Galizia serva bħala sors miftuħ ta' informazzjoni. Ma tkellimtx magħha biex tikkjarifika? Mhux biex tistaqsi għas-sors tagħha.

Cutajar: "Kienet forma ta' intelliġenza."
Nicole Borg
10:21 F'dak il-mument ma sibna l-ebda sottostanti kriminali, qal Cutajar.
Nicole Borg
10:20 Ma stajnhiex immorru kontra l-pariri tal-Avukat Ġenerali, qal Cutajar.

Hu qal li abbażi tal-kitba fil-blog tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia ma setgħax jgħalaq il-bank u jarresta lil Ali Sadr Hasheminejad.
Nicole Borg
10:19 Bdejna l-investigazzjoni abbażi ta' dak l-ilment, qal Cutajar.
Nicole Borg
10:17 "Malli rċevejt l-informazzjoni, ċempilt lil Silvio Valletta dwar il-każ.

Valletta qalli li kien għadu kemm qata' l-linja minn mal-Avukat Ġenerali. Jiddispjaċini li rrid nixhed u ngħid dan. Valletta kien tkellem ma' Peter Grech. Il-parir ta' Grech lil Valletta kien li kull ma kellna f'idejna kien blog u l-ebda stqarrija. Ma kienx hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika rejd.

Jien tlaqt minn fuq il-post u fi triqti ċempilli Kurt Farrugia, il-kap tal-komunikazzjoni għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Hu infurmani li Pawlu Lia u Edward Gatt kienu ġejjin l-uffiċċju tiegħi biex jissottomettu lment kriminali minn Muscat," qal Cutajar.
Nicole Borg
10:16 Fl-20 ta' April, Cutajar kellu ikla ma' numru ta' uffiċjali tal-pulizija.
Nicole Borg
10:15 "Nirringrazzja lill-bord talli tagħtni l-opportunità li nixhed dak li xehedt fl-inkjesta Egrant. Kont ikkritikat għal dan," qal Cutajar.
Nicole Borg
10:15 Said Pullicino staqsa dwar il-Bank Pilatus.
Nicole Borg
10:14 Mument ta' silenzju skomdu fl-awla.
Nicole Borg
10:14 Cutajar qal li huma talbu l-parir tal-Avukat Ġenerali biss fejn jidħlu l-Panama Papers. Żied jgħid li ma jeskludix li l-pulizija talbu pariri dwar 17 Black.
Nicole Borg
10:13 Mercieca joħroġ mill-awla.
Nicole Borg
10:12 L-Imħallef Lofaro: "Jekk l-investigaturi kienu se jmorru Portomaso biex jitkellmu ma' Fenech, mela d-deċiżjoni kienet saret. Għaliex il-laqgħa ma' Fenech ma ġietx skedata għal ġurnata oħra?"

Cutajar: "Għax l-investigazzjoni ħadet xeħta differenti."
Nicole Borg
10:11 L-Imħallef Mallia: "L-emails mhux evidenza?"

Cutajar: "L-evidenza kienet għadha qed tinġabar."
Nicole Borg
10:10 L-Imħallef Mallia: "It-tħassib tagħna huwa li minkejja r-rapport tal-FIAU u d-dokumenti kollha fid-dominju pubbliku, xorta ma nterrogajtux lis-suspettat.

"Bir-rispett kollu, biex tinterroga lil xi ħadd irid ikollok l-evidenza kollha f'idejk," qal Cutajar.
Nicole Borg
10:08 Prim Imħallef Emeritu: "Il-problemi hi li kieku l-pulizija ħadu azzjoni dwar 17 Black, li setgħet dehret bħala mottiv għall-assassinju, l-affarijiet setgħu eventwalment ġraw b'mod differenti. L-ewwel mottiv seta' kien il-Panama Papers, it-tieni mottiv jidher li kien 17 Black."

Cutajar insista li huma bdew jinvestigaw b'mod immedjat.
Nicole Borg
10:07 Il-Prim Imħallef Emeritu staqsa lil Cutajar jekk iħossx li Valletta tradieh. Cutajar wieġeb jgħid 'le'.
Nicole Borg
10:05 Keith Schembri ma kienx interrogat dwar 17 Black, ikkonferma Cutajar. Qal li dan minħabba li kienu għadhom fi stadju fejn qed tinġabar l-evidenza.

Cutajar insista li l-evidenza kienet bżonnjuża u li din ma tiddependix fuq informazzjoni li tinsab fid-dominju pubbliku.
Nicole Borg
10:03 Il-bord qal li Valletta tneħħa mill-każ wara li l-familja bdiet proċeduri kostituzzjonali.

Dr Victoria Buttigieg kienet tat il-parir biex Valletta jinżamm fl-investigazzjoni minkejja tħassib dwar kunflitt ta' interess.
Nicole Borg
10:03 Hu ma weġibx.
Nicole Borg
10:01 Cutajar qal li l-assassinju ta' Caruana Galizia kien l-ewwel f'sensiela ta' karozzi bomba li kienu solvuti f'xahrejn, bi tliet individwi jitressqu l-Qorti.

Dr Comodini Cachia staqsiet numru ta' mistoqsijiet, fosthom jekk kienx Valletta, l-FBI jew il-Europol li investigaw l-informazzjoni mis-cell towers.
Nicole Borg
10:01 Charles Mercieca jidħol fl-awla biex isegwi l-proċeduri.
Nicole Borg
09:59 Cutajar qal li sar jaf dwar il-ħbiberija bejn Valletta u Fenech wara r-rekordings.
Nicole Borg
09:59 "Ma staqsejtx. Ma ħassejtx li kelli nistaqsi," qal Cutajar meta staqsewh jekk staqsiex lil Valletta kif kien jaf dan dwar saħħet Fenech.
Nicole Borg
09:57 Dr Comodini Cachia staqsiet lil Cutajar jekk kienx infurmat li Abdilla kien se jmur Portomaso biex jitkellem mas-suspettat bi qtil Yorgen Fenech, dwar 17 Black.

Hu kkonferma. Ikkonferma li Abdilla ma għamilx il-laqgħa wara li Valletta ċempel jgħid lil Abdilla li Fenech kien qed iħossu ma jiflaħx. Qal li jiftakar li dan kien seħħ f'ġurnata li kienet il-Ħadd fl-2019.
Nicole Borg
09:55 "Fenech kien mitkellem?"

"Jien qednixhed fuq 17 Black…inti trid l-evidenza f'idejk. Inti trid l-iżvelar…sa fejn naf jiena l-investigazzjonijiet dwar 17 Black għadhom għaddejjin," qal Cutajar.
Nicole Borg
09:54 Cutajar qal li r-rapport tal-FIAU dwar 17 Black kien imwassal minn Ian Abdilla nniffsu fis-27 ta' Marzu tal-2017. Bdejna ninvestigaw b'mod immedjat.

L-investigazzjonijiet kienu qed isiru minn żewġ investigaturi: Ray Aquilina u Antonvich Muscat. Kienu kkuntattjati banek fl-Olanda, l-Iżvizzera, UAE, iċ-Ċina u Singapore. Bank lokali ma riedx jikkopera.
Nicole Borg
09:53 Il-Prim Imħallef Emeritus qal li l-istess argument japplika għal 17 Black. Kien hemm elementi allarmanti, irrimarka.
Nicole Borg
09:52 "Ġibt ir-riżorsi jew l-investigazzjoni…żidt l-investigaturi," ipprotesta Cutajar.

"Ma naħsibx li r-raġuni kienet nuqqas ta' riżorsi umani," rrimarkt l-Imħllef Lofaro.
Nicole Borg
09:51 "F'dan l-istadju tal-investigazzjonijiet, l-investigaturi…" kien qed jgħid Cutajar qabel ma nqatalu d-diskors mill-Imħallef.
Nicole Borg
09:50 "Għaliex ma mortx għas-servers ta' Nexia BT?" staqsiet l-Imħallef Lofaro repetutament.

"Konnha għadna wed niġbru l-evidenza," wieġeb Cutajar.
Nicole Borg
09:48 Il-Prim Imħallef Emeritu spjega lill-eks Kummissarju tal-Pulizija li qabel ma xi ħadd iressaq lil xi ħadd il-Qorti jew jinterroga xhud, wieħed jista' jinterroga lill-persuna suspettata. Staqsieh għaliex m'għamilx l-istess fil-każ ta' Karl Cini u Brian Tonna minn Nexia BT.

Cutajar qal li seta' jippreġudika l-każ.
Nicole Borg
09:46 Hu ppressat lix-xhud dwar jekk il-persuni involuti kinux interrogati. Hu insista li l-evidenza kienet għadha qed tinġabar. Il-Pulizija kienet qed tistenna dokuementi mill-banek.

Hu insista li din id-dokumentazzjoni hija l-evidenza li hemm bżonn. Insista li qabel ma wieħed jinterroga lil xi ħadd irid ikolu evidenza f'idejh b'rabta mal-allegazzjonijiet.
Nicole Borg
09:46 Qabel ma wieġeb dwar il-Bank Pilatus, Dr Comodini Cachia qalet li l-bord ta' inkjesta ra d-dokument Operation Green li seta' jinqara f'inqas minn siegħa.
Nicole Borg
09:44 "X'għamilt fil-każ tal-Bank Pilatus?" staqsiet l-Imħallef Lofaro.

Il-bord ta' inkjesta jidher li qed jitlef il-paċenzja tiegħu max-xhud.
Nicole Borg
09:42 Il-Prim Imħallef Emeritu Said Pulliccino staqsa jekk Mizzi u Schembri kinux interrogati.

Cutajar insista li kien hemm bżonn l-evidenza għall-iżvelar.

Said Pulliccino rrimarka li s-suċċessu tiegħu talab lil Muscat biex jidħol għal interrogazzjoni.

"Qed narawha bħala skuża. Tattika ta' dewmien. Biex inti ma tinvestigax. F'pajjiżi oħra madwar id-dinja jsiru investigazzjonijiet u persuni rriżenjaw. U hawn?" qal l-Imħallef Mallia.
Nicole Borg
09:41 Cutajar qal li hu ma ddiskutiex il-każ tal-Panama Papers li kien jikkonċerna lil Konrad Mizzi, Keith Schembri u Egrant ma' Joseph Muscat, li dak iż-żmien kien għadu Prim Ministru.

"Nista' nitkellem biss għalijja nniffsi. Jien ma kontx qed immexxi l-investigazzjoni fuq il-każ. Ma tkellimtx mal-Prim Ministru," qal Cutajar.
Nicole Borg
09:40 L-investigaturi staqsew lill-Avukat Ġenerali għal parir u daqshekk, qal Cutajar. L-investigaturi talbu għal aktar informazzjoni minn barra.
Nicole Borg
09:39 Said Pullicino staqsa f'liema kuntest intalab isir dan l-aġġornament. Cutajar qal li l-puliija kellha tirċievi tliet rapporti qabel ma tipproċedi aktar.

"Spjegatha l-aħħar darba," qal Cutajar. Hu rrefera għall-parir tal-Avukat Ġenerali.
Nicole Borg
09:38 Il-Prim Imħallef Emeritu staqsa dwar Operation Green. Cutajar qal li malli beda jaħdem fl-irwol staqsa lil Silvio Valletta u Ian Abdilla għal aġġornament fuq il-file.
Nicole Borg
09:37 Dr Comodini Cachia qalet li l-aħħar darba li xehed ma kinux staqsewh dwar l-investigazzjoni fil-Bank Pilatus.
Nicole Borg
09:36 Lawrence Cutajar jibda jixhed.
Nicole Borg
09:36 Il-bord ta' inkjesta jidħol fl-awla.
Nicole Borg
09:30 L-avukat Therese Comodini Cachia tidħol fl-awla.
Nicole Borg
09:25 L-avukat Jason Azzopardi jidħol fl-awla.
Nicole Borg
09:20 Ninsabu f'awla 20, u x-xhud tal-lum, Lawrence Cutajar, diġà jinsab fl-awla.
Nicole Borg
09:13 Il-ġurnata t-tajba u merħba għal dan il-live blog ta' Newsbook.com.mt.
Nicole Borg

Cutajar beda jxhed fl-inkjesta lura fil-21 ta’ Awwissu.

Xi spikka mix-xhieda ta’ Lawrence Cutajar?

  • Jien nista’ ma nafdax lil Silvio Valletta meta balla kriminalità kienet qiegħda tissolva?
  • Qatt ma kellimt lil Joseph Muscat dwar il-Panama Papers
  • M’iniex ċert jekk inġabrux dokumenti minn Nexia BT
  • Kont nieħu pass lura u nħalli lill-investigaturi jaħdmu
  • Kont nibża’ li waqt il-konferenzi jingħadu affarijiet li jippreġudikaw il-każ
  • Jekk Daphne kienet tħoss periklu setgħet titkellem mal-Pulizija, anke jekk ma kellhiex grazzja miegħi
  • Qatt ma kont għall-briefings f’Kastilja fuq l-aħwa Degiorgio; kont immur għall-briefings fuq il-proklama
  • Keith Schembri qatt ma kien persuna ta’ interess fl-investigazzjoni
  • L-Emirati Għarab Magħquda ma kkoperawx fuq 17 Black
  • Il-proklama ta’ Theuma ma ndħaltx fiha; ma nafx kif Keith Schembri bagħat it-termini tagħha lil Yorgen Fenech fuq WhatsApp

Intant, l-aħħar smigħ tax-xhieda fl-inkjesta pubblika sar nhar l-4 ta’ Settembru. Dakinhar, is-segretarju permanenti fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi kkonferma li kien oġġezzjona għall-garanzija statali ta’ €360 miljun li ngħatat lill-konsorzju Electrogas.

Il-Bord tal-Inkjesta hu mmexxi mill-Imħallef Emeritu Michael Mallia u magħmul mill-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro.