Filmati: “Din il-pjazza hi l-fruntiera tal-ġlieda għal libertà” – Manuel Delia

Mijiet ta’ attivisti iltaqgħu il-Belt Valletta għal 11-il kommemorazzjoni mindu sar l-assassinju fuq Daphne Caruana Galizia. Wara l-aħħar diskors tal-ġurnalist indipendenti u blogger, Manuel Delia, l-attivisti miġbura għajtu “Ġustizzja!”

Din hija l-linja fir-ramel – Manuel Delia

Waqt li kien qed jitkellem, Manuel Delia ta rendikont tal-kontroversji kollha li għaddew minnhom l-attivisti dwar il-mafkar ta’ Daphne Caruana Galizia. Huwa spjega kif il-linja fir-ramel ġiet maqtugħa u l-mafkar kien propju l-post ta’ fejn bdiet il-battalja għal-libertà. Hu rrefera għad-diskors ta’ Ranier Fsadni, u ħeġġeġ l-attivisti biex jibqgħu sodi u jkomplu l-ġlieda favur il-ġustizzja u l-libertà tal-espressjoni.

“Il-fjamma tax-xema tissimbolizza l-fjamma tal-ġustizzja”

L-attivist Jeremy Gingell fakkar lil dawk preżenti dwar t-theddid u l-insulti li mhux se jwaqqfuhom mill-jiġġieldu. Qal lill-attivisti li huma mhux se jaqtgħu qalbhom meta jiltaqgħu ma dawn l-intoppi. Hu qal li ilhom jgħidulhom li jekk iridu juru rispett lejn Caruana Galizia, għandhom imorru fuq il-qabar tagħha, iżda Gingell qal li x-xema tissimbolizza l-fjamma li hi mixgħula f’qalb l-attivisti biex jiġġieldu għall-ġustizzja.

Għalkemm Daphne mhix magħna, l-ideali tagħha saru tagħna

Marion Pace Axiaq kienet ma Daphne meta ġiet mhedda mis-Sindku taż-Żurrieq ta’ dak iż-żmien u sħabu. Hija ftakret fil-mod ta’ kif Daphne rrispondiet għall-din l-intimidazzjoni bis-silenzju. Hija indirizzat lill-attivisti u qaltilhom li għalkemm Daphne kienet assassinata, l-ideali tagħha saru l-ideali ta’ dawk preżenti u dawn ma jistgħu qatt jiġu maqtula.

Newsbook.com.mt kien il-Belt fejn ixxandret LIVE il-velja tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia. L-attivisti qattgħu lejl mal-mafkar tal-ġurnalista jieħdu ħsieb l-istrixxun li weħlu ‘lbieraħ.

Xandira LIVE mill-velja tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia

Posted by Newsbook.com.mt on Sunday, September 16, 2018