Newsline: Għandek tinkwieta b’dak li tikteb fuq Facebook?

Il-programm Newsline tas-Sibt 24 ta' Marzu fuq RTK 103FM, jiddiskuti l-arrest tas-sid tal-Pilatus Bank kif jolqot lil Malta, lill-eluf impjegati fl-industrija tas-servizzi finanzjarji u liċ-ċittadin. Francis Vassallo, eks Gvernatur tal-Bank Ċentrali u Paul Bonello, operatur ewlieni fil-qasam, jispjegaw kif wieħed jista' jintlaqat.

Fid-dawl tal-iskandlu tal-Cambridge Analytica, għandek tinkwieta b'dak li tikteb fuq Facebook? Dr Michael Zammit Maempel jgħid għala r-risposta hija iva.
Jaroslav Daniska, Editur Politiku ta' Lumen, l-istazzjon tar-radju tal-Knisja fis-Slovakkja, jitkellem dwar ir-reazzjoni tal-Knisja għall-assassinju tal-ġurnalista Jan Kucek.
Stelios Kouloglou, ġurnalista Grieg jiddiskuti l-aħħar żviluppi dwar il-każ Efimova, il-whistleblower Russa.
Preżentazzjoni ta' Fr Joe Borg u Manwel Delia. Produzzjoni ta' Josianne Camilleri. 
Newsline jixxandar kull nhar ta' Sibt fuq RTK 103FM fl-10am