Newshour: L-Arċisqof kif qatta’ għeluq sninu?

F'din l-edizzjoni tal-programm Newhour fuq RTK 103FM nitkellmu mal-Arċisqof Charles Scicluna li illum għalaq sninu. Huwa ċċelebra din il-ġurnata mal-Papa Franġisku, kif se nisimgħu fl-intervista li Charmaine Attard għamlitlu aktar kmieni illum.
Sylvana Debono iddiskutiet ma' Dr Michael Spagnol, espert lingwistiku, dwar kif l-ilsien Malti qed jevolvi permezz tal-kuntatt tiegħu mad-dinja tat-teknologija.
Bl-izvilupp li qed ikun ippjanat f'Pembroke, ir-residenti qed iħossuhom midfunin ħajjin. Is-Sindku ta' Pembroke, Eric Castillo laqa l-istedina ta' RTK 103FM biex jiddiskuti s-sitwazzjoni iżda, sfortunatament, il-grupp DB li kien ukoll mistieden irrifjuta l-istedina. Nisimgħu l-intervista li Fr Joe Borg u Manwel Delia għamlu waqt l-program Newsline.
Preżentazzjoni ta' Matthew Borg