Filmat: L-Arċisqof fiċ-Ċili – kif ħaduha l-aħbar?

Il-bieraħ Newsbook.com.mt ħabbar li l-Arċisqof Charles Scicluna ingħata responsabbiltà ġdida fiċ-Ċili mill-Papa Franġisku. In-nies fiċ-Ċili kif laqgħuha din l-aħbar? Nitkellmu dwar dan mas-saċerdot Malti fiċ-ĊIli Fr Henry Balzan. 
Wara se nsegwu intervista ma' Fr Brendan Gatt, il-Vigarju Ġudizzjali tat-Tribunal Ekkleżjastiku, li saret il-bieraħ minn Matthew Borg dwar il-missjoni importanti li ġie fdat biha fiċ-Ċili.
Fit-tieni parti tal-programm se nitkellmu ma' Dr John Cachia, il-Kummissarju għas-Saħħa Mentali dwar ir-rapport annwali tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali kif ukoll is-sejbiet ewlenin tar-rapport. X'għandu jsir immedjatament fl-isptar Monte Carmeli biex jitjieb l-ambjent għall-ħaddiema u l-pazjenti?
Imbagħad ma' Stephen Axisa minn the Aid to the Church in Need, nisimgħu intervista dwar is-sitwazzjoni ddisprata ta' madwar 30,000 Nisrani fit-Tramuntana tas-Sirja fejn daħlu forzi tat-Torok f'diversi villaġġi. 

Follow Up jixxandar kuljum bejn l-4:30pm u s-6pm fuq RTK 103FM.