Filmat: L-Arċisqof iwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar il-quddies

Read in English.

L-Arċisqof Charles Scicluna ħabbar linji gwida dwar l-introduzzjoni mill-ġdid tal-quddies fil-knejjes għall-pubbliku.

Xi spikka minn dak li qal l-Arċisqof?

  • Tibdil fil-mod tat-tqarbin
  • Tieġ jista’ jsir fil-knisja imma bla korijiet
  • Mhux eskluż it-tqarbin tal-morda fi djarhom jekk jiġu rispettati l-pariri
  • Issa l-magħmudiji jistgħu jsiru bil-quddies
  • Min ikollu xi sintomi aħjar ma jmurx quddies
  • Dawk li jmorru l-quddies imħeġġa jilbsu visor, inkella maskra
  • Nispera li l-Preċett u l-Griżma tal-Isqof isiru dan is-sajf – L-Arċisqof
  • Distanza ta’ 2 metri fil-knejjes sakemm ma jkunux nies mill-istess dar
  • L-anzjani u l-vulnerabbli mhumiex obbligati jmorru l-quddies
  • Il-qrar jista’ jsir, b’distanza bejn is-saċerdot u l-persuna
12:36 L-intervista tintemm hawn. Grazzi talli segwejtu dan il-live blog. Nawgurawlkom il-kumplament tal-ġurnata t-tajba
Christoph Schwaiger
12:35 Mons. Scicluna jgħid li Fr. André Zaffarese se jkun il-punt ta' referenza f'Malta għal din is-sitwazzjoni. Fr. Daniel Sultana se jkun il-punt ta' referenza f'Għawdex.
Christoph Schwaiger
12:33 Intant il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li Malta reġistrat każ ġdid ta' coronavirus. Kien hemm 17-il persuna oħra li fiqu
Christoph Schwaiger
12:33 Mons. Scicluna jgħid li d-diretti fid-dettall jistgħu jiġu pubblikati "immedjatament"
Christoph Schwaiger
12:32 Mons. Scicluna jgħid li jkun aħjar jekk ċelebrazzjonijiet isiru fil-beraħ
Christoph Schwaiger
12:30 Festi esterni, marċi, u purċissjonijiet ma jistgħux isiru għax huma attivitajiet tal-massa
Christoph Schwaiger
12:29 Jista' jkun hemm mużika strumentali u solista li tkun imbiegħda mill-komunità
Christoph Schwaiger
12:28 Jgħid li t-tieġ jista' jsir fil-knisja però korijiet mhumiex permessi minħabba l-periklu tal-kant
Christoph Schwaiger
12:27 L-Arċisqof jgħid li mhux qed jeskludi t-tqarbin tal-morda fid-djar tagħhom, però jgħid li jridu jiġu rispettati l-pariri li tkellem dwarhom qabel
Christoph Schwaiger
12:26 Jgħid li l-magħmudijiet ma kinux twaqqfu – imma issa jistgħu jsiru bil-quddies
Christoph Schwaiger
12:26 Mons. Scicluna jgħid li l-qrar jista' jsir imma jrid ikun hemm distanza bejn is-saċerdot u l-persuna li tkun tixtieq tqerr. Il-konverżazzjoni xorta tibqa' privata.
Christoph Schwaiger
12:24 L-Arċisqof jgħid li l-Isqfijeit ġeddew id-dispenza li saret.
"Ħadd m'hu obbligat jiġi għal quddies nhar ta' Ħadd."
Christoph Schwaiger
12:24 Jgħid li n-nies għandhom jiġu b'masrka jew visor. Jissuġġerixxi visor peress li eħfef li jintuża għat-tqarbin.
Christoph Schwaiger
12:23 Jgħid li se jittieħdu prekawzjonijiet dwar l-ostji
Christoph Schwaiger
12:22 In-nies jibqgħu f'posthom u jqumu bil-wieqfa jekk jixtiequ jitqarbnu. Is-saċerdot jiġi ħdejhom hu u jqarbinhom.
Christoph Schwaiger
12:22 Mons. Scicluna jerġa' jgħid li fit-tqarbin mhux se jkun hemm djalogu – jiġiefieri s-saċerdot mhux se jkellem lil dak li jkun qed iqarben.
Christoph Schwaiger
12:21 L-Arċisqof jgħid li min huwa anzjan jew vulnerabbli m'għandux iħossu olbigat biex jidħol fil-knisja. Jgħid li min ikollu xi sintomi jew temperatura għolja aħjar jibqa' d-dar.
Christoph Schwaiger
12:20 L-Arċisqof qal li jixtieq li s-sagrament tal-preċett isir fis-sajf. Irċieva messaġġ minn omm li qalet li t-tfal qed jikbru u allura xi ħwejjeġ li jkunu xtraw jaf ma jiġuhomx
Christoph Schwaiger
12:19 Mons. Scicluna jgħid li mit-13 ta' Ġunju kull knisja se jkollha numru stabbilit ta' kemm tista' ddaħħal nies. Jgħid li kollox qed isir bi djalogu mal-awtoritajiet tas-saħħa
Christoph Schwaiger
12:17 L-Arċisqof qed jistenna li n-nies imorru lura l-knisja b'mod gradwali. Però jgħid li hemm għatx għall-Ewkaristija
Christoph Schwaiger
12:16 L-Arċisqof jgħid li nies jgħixu fl-istess indirizz jistgħu jpoġġu qrib xulxin. Nies oħra jridu jżommu distanza ta' żewġ metri.
Christoph Schwaiger
12:15 L-Arċisqof itemm l-istqarrija tiegħu. Issa mistennija ssegwi intervista miegħu. Din se ssir minn Fr Joe Borg
Christoph Schwaiger
12:12 Mons. Scicluna jispera li jkun jista' jsir il-Preċett u l-Griżma tal-Isqof dan is-sajf
Christoph Schwaiger
12:12 L-Arċisqof jirringrazzja lill-awtoritajiet u lill-poplu għall-kooperazzjoni li wrew
Christoph Schwaiger
12:11 Jgħid li ċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija għandha tkun okkażjoni biex in-nies jikbru flimkien u mhux jimirdu
Christoph Schwaiger
12:10 It-tqarbin isir mingħajr djalogu bejn dak li jkun u s-saċerdot. Is-saċerdot iqarben lin-nies waqt li jkun liebes visor u mingħajr ma jmiss idejn in-nies
Christoph Schwaiger
12:09 Kull knisja se ddaħħal nies kemm ikun xieraq fid-dawl tad-direttivi. Dan ikun skont kemm tkun kbira l-knisja
Christoph Schwaiger
12:09 Jgħid li se jiġu rispettati s-social distancing, l-użu tal-maskri, u l-iġjene
Christoph Schwaiger
12:07 Mons. Scicluna jħabbar li l-Ewkaristija tibda tiġi ċċelebrata fit-13 ta' Ġunju fil-knejjes kollha
Christoph Schwaiger
11:54 Jidher li Mons. Scicluna se jibda fin-12:05pm. Mistenni jitkellem għal madwar ħames minuti. Wara pawża ta' madwar ħames minuti oħra Mons. Scicluna se jiġi intervistat minn Fr Joe Borg
Christoph Schwaiger
11:46 Bonġu! Merħba għal dan il-live blog dwar l-istqarrija li se jagħmel l-Arċisqof Charles Scicluna dwar il-quddies fil-knejjes
Christoph Schwaiger

Aqra l-linji gwidi maħruġa mill-Arċidjoċesi ta’ Malta hawn

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn