Filmat: 14-il każ ieħor pożittiv

Read in English.

  • 14-il każ ġdid ta’ coronavirus; 241 każ b’kollox
  • Tfieq l-ewwel pazjenta li nstabet pożittiva għall-virus f’Malta
  • Fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex hemm pazjenta waħda pożittiva għall-virus; Għawdxi ieħor id-dar
  • Tliet pazjenti fl-Isptar Monte Karmeli pożittivi għall-coronavirus
  • Ilbieraħ saru total ta’ 555 swab test
  • Qed isiru studji dwar trażmissjoni tal-virus mill-bnedmin għall-annimali u viċi versa
  • Pazjent tal-coronavirus jinsab maħrub

Is-Superintendent għas-Saħħa Pubblika, Prof. Charmaine Gauci, semmiet li saru 555 swab test u ħarġu 14-il każ ieħor pożittiv. B’hek f’Malta hawn 241 każ.

Każi Ġodda

Mara anzjana ta’ 67 sena minn Għawdex. Hi kellha sogħla u qtugħ ta’ nifs. Sarula t-testijiet u nstabet pożittiva. Hi qed tinżamm fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex f’iżolazzjoni sabiex tingħatalha l-kura. Qed isir contact tracing ta’ persuni li kellhom kuntatt magħha.

Għawdxi ta’ 38 sena li beda jħoss sintomi u sarulu t-testijiet. Qed isir contact tracing tal-qraba u l-kollegi tiegħu. Hu jinstab f’qagħda tajba u qed jinżamm fid-dar tiegħu.

Kien hemm tliet każijiet pożittivi ta’ pazjenti fl-Isptar ta’ Monte Karmeli. Mara ta’ 55 sena Maltija. Hi daħlet fl-isptar u kellha sintomi ta’ pneumonite ta’ deni u uġigħ fil-muskoli fil-5 ta’ April. Il-każ l-ieħor huwa ta’ Libjan ta’ 34 sena li kien f’din is-sala stess u żviluppa sintomi. Hemm ukoll Eġizzjan ta’ 32 sena li kien jgħix fiċ-Ċentru l-Miftuħ ta’ Ħal Far. Hu kien beda bis-sintomi ta’ qtugħ ta’ nifs meta daħal l-Isptar Monte Karmeli u b’hekk sarulu t-testijiet.

Hemm raġel Malti ieħor ta’ 73 sena li daħal l-isptar ilbieraħ b’kundizzjoni mhux relatata mal-COVID-19. Sarlu t-test xorta u nstab li kien pożittiv. Bħalissa qed isir contact tracing tal-familja tiegħu.

Raġel Malti ta’ 55 sena li daħal l-isptar b’kundizzjoni oħra imma nstab pożittiv. Qed isir contact tracing tal-familja.

Raġel Malti ieħor ta’ 60 sena li żviluppawlu sintomi ta’ sogħla, qtugħ ta’ nifs u ftit diarrhea. Qed issir contact tracing tal-familja.

Raġel Malti ta’ 76 sena li fit-3 ta’ April beda b’sintomi ta’ remettar. Hu jgħix waħdu.

Raġel Malti ta’ 61 sena li kellu sogħla kronika li marritlu għall-agħar. Qed isir contact tracing ta’ kollegi tiegħu.

Mara Maltija ta’ 57 sena li ma taħdimx. Hi bdiet sintomi ta’ uġigħ fil-griżmejn u mnieħer iqattar.

Healthcare workers raġel ta’ 54 sena li nstab pożitiv. Hu kellu sintomi ta’ konġestjoni. Qed isir contact tracing ta’ pazjenti, staff oħrajn u membri tal-familja.

Mara Maltija ta’ 32 sena li fit-3 t’April bdiet bis-sintomi ta’ uġigħ fil-griżmejn u diarrhea. Qed issir contact tracing tal-familja.

Mara mill-Bulgarija residenti Malta ta’ 44 sena hija każ ieħor pożittiv. Fil-15 ta’ Marzu bdiet b’uġigħ ta’ ras imma fil-5 ta’ April għamlet it-testijiet. Hi ħarġet pożittiva. Qed isir contact tracing fuq il-post tax-xogħol.

Il-pazjenti kollha jinsabu f’qagħda ta’ kundizzjoni tajba.

Fejn jinsabu l-pazjenti bħalissa?

Filwaqt li hemm ħafna pazjenti li qed jinżammu fi djarhom, hemm pazjenti oħrajn li qed jinżammu fl-isptarijiet għal aktar moniteraġġ. Qalet li bħalissa f’Għawdex hemm pazjenta waħda, f’Monte Karmeli hemm żewġ pazjenti, fl-ITU hemm tliet pazjenti li għadhom fl-istess kundizzjoni, fil-wards oħrajn ta’ Mater Dei hemm 8, l-Isptar Boffa hemm 16 u fl-Isptar San Tumas hemm 20.

Spjegat li hemm ħames persuni li issa huma rikoverati kompletament. Qalet iżda li dawn xorta jridu jagħmlu 14-il jum kwarantina.

Jistaqsu l-ġurnalisti…

Mistoqsija dwar ir-residenti taċ-ċentru ta’ Ħal Far, Prof. Gauci qalet li s’issa hemm tmien persuni li kellhom is-sinotmi. Jinsab f’ċentru ta’ iżolazzjoni.

Mistoqsija dwar il-miżuri li qed jittieħdu biex l-imxija ma timxix f’ċentri oħrajn, Prof Gauci qalet li f’ċentri fejn hemm persuni li jkunu qed jgħixu fi gruppi kbar flimkien konnha għamilna appelli biex il-każi jiġu rrapurtati mill-ewwel. Qalet li kien qed jitteħdilhom il-livell tad-deni.

Mistoqsija dwar it-tigra fl-Istati Uniti li mardet bil-coronavirus, Prof. Gauci fakkret li l-virus beda minn annimali li żviluppa mutations imbagħad il-virus beda jittieħed mill-bniedem. Dwar it-tigra spjegat li qed isir strudju kemm jekk il-bnedmin jistgħux jgħaddu dan il-virus lill-bnedmin. Appellat lil kull min imiss l-annimali jaħsel idejh u jekk il-pets ikunu ma jifilħux, għandhom jittieħdu għand il-veterinarju.

Mistoqsija dwar il-kundizzjonijiet tal-persuni f’Ħal Far, Prof Gauci qalet li qed issir kwarantina għal dawn in-nies. Qalet li peress li dawn jiċċaqalqu minn kabina għall-oħra u jkunu flimkien, qed jagħmlu kwarantina għal kulħadd. Persuni li jkunu hemm u jsirilhom it-test, qed jittieħdu f’iżolament ħalli kemm jista’ jkun ma jxerrdux il-mard. Dwar għajnuniet finanzjarji qalet li mistoqsijiet relatati ma’ dawn l-għajnuniet ma jistax iwieġeb għalihom il-Ministeru għas-Saħħa.

Mistoqsija dwar il-każi tal-Isptar Monte Karmeli, spjegat li huma kienu jinsabu fl-istess ward. Qalet iżda li dawn ma kinux ilħin kollu fl-istess ward. Waħda minnhom kienet ukoll l-Isptar Mater Dei u kellhom ukoll kuntatt mas-soċjetà.

Dwar il-każ tal-healthcare worker kien jaħdem kemm l-Isptar Monte Karmeli u l-Isptar Mater Dei.

Mistoqsija dwar pazjent li kien qed jittieħed lejn l-Isptar Boffa u allegatament ħarab waqt li kien qed jiġi rilokat, Prof. Gauci kkonfermat dan u qalet li r-raġel għadu qed jiġi mfittex mill-Pulizija.

Mistoqsija dwar it-tifla ta’ 12-il sena li tħabbret li fieqet mill-coronavirus, Prof. Gauci kkonfermat li din hija t-tifla li kienet l-ewwel każ tal-coronavirus fil-pajjiż. Din fieqet kważi erba’ ġimgħat. Spjegat li t-tfal huma n-nies li l-aktar idumu jġorru l-virus.