Filmat: 13-il każ pożittiv; 6 healthcare workers

  • 900 test; 13 pożittivi: fosthom 6 healthcare workers u żewġ anzjani
  • Mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex: anzjana ta’ 83 sena u 2 ħaddiema
  • Mill-Isptar Zammit Clapp: 2 carers
  • Minn San Vinċenz de Paule: anzjana ta’ 88 sena
  • Mill-Isptar Karen Grech: healthcare worker ta’ 26 sena
  • Healthcare worker ta’ 26 sena
  • Tifel Sirjan ta’ 8 snin li jgħix Malta

Is-Superintendent għas-Saħħa Pubblika, Prof. Charmaine Gauci, ħabbret li lbieraħ saru 900 tes u minnhom ħarġu 13 pożittivi. B’hekk fil-pajjiż hawn 350 każ.

Il-każi l-ġodda x’inhuma?

Mara anzjana ta’ 83 sena li kienet fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Hi għandha kundizzjonijiet mediċi oħrajn iżda tinsab f’qagħda ta’ saħħa tajba. Prof. Gauci qalet li saru testijiet fuq l-istaff u nstabu li kien hemm żewġ membri tal-istaff tal-Male Ward li nstabu pożittivi, mara ta’ 51 sena u raġel ta’ 60 sena.

Raġel ta’ 53 sena li jaħdem Zammit Clapp bħala voluntier u carer. Hu ma kellux sintomi u nstab pożittiv. Mill-istess sptar ħarġet carer oħra li taħdem hemm, mara Maltija ta’ 51 sena li nstabet pożittiva. F’każ ta’ staff qalet li ssir iżolazzjoni tal-persuni, kemm ta’ kollegi u anke evalwazzjoni dwar kemm dawn kellhom kuntatt mal-pazjenti. Qalet li jekk il-kuntatt kien minimu jew l-istaff kien liebes il-PPEs mela ma jkunx hemm riskju.

Anzjana ta’ 88 sena residenti f’San Vinċenz de Paule. Il-mara qed tinżamm iżolata. Hi għandha kundizzjonijiet mediċi oħrajn. Wed isir contact tracing tal-impjegati u residenti oħrajn fil-ward. Qalet li mill-ewwel raw li jitpoġġew fi kwarantina mhux biss il-pazjenta, iżda wkoll il-pazjenti l-oħrajn li kienu f’kuntatt magħha.

Anzjana ta’ 88 sena li daħlet l-Isptar Mater Dei bi qtugħ ta nifs. Hi qed tinżamm fl-IDU għax għandha pneumonite.

Raġel ta’ 26 sena li huwa healthcare worker fl-Isptar Karin Grech. Sarulu t-testijiet wara li kellu griżmejh juġugħ. Hu ma kellux kuntatt mal-healthcare worker u l-pazjent li kien miet.

Tifel Sirjan ta’ tmien snin li jgħix Malta. Hu daħal l-isptar biex isirulu testijiet. Qarib tal-persuna ġie ttestjat pożittiv fil-każijiet tal-bieraħ.

Healthcare worker mara ta’ 26 sena. Hi kienet fi kwarantina għax kellha kuntatt ma’ pazjent ieħor li kien instab pozittiv.

Maltija ta’ 66 sena, li bdiet bi griżmejha juġgħuha u chest pain.

Maltija ta’ 34 sena li ma kellha l-ebda sintomi. It-tifel tagħha daħal l-isptar għall-operazzjoni u sarulha t-testijiet u nstabet pożittiva.

Malti ta’ 39 sena li beda bis-sintomi ti diarrhea fl-4 ta’ April. Hu kien xogħol waqt li kellu s-sintomi.

Ilbieraħ Malta rreġistrat 38 każi ġodda. B’hekk it-total tela’ għal 337.

Jistaqsu l-ġurnalisti…

Mistoqsija jekk wasalx iż-żmien li fid-djar tal-anzjani kollha jsir lockdown, Prof. Gauci qalet li qed issir diskussjoni biex jiġu protetti l-anzjani l-aktar vulnerabbli.

Dwar każijiet ta’ healthcare workers, Prof. Gauci qalet li lbieraħ instabu erba’ carers li kienu pożittivi. Sar iżolazzjoni mir-residenza u jsir contact tracing.

Dwar Għawdex, Prof. Gauci qalet li s’issa m’hemmx informazzjoni dwar clusters. Qalet li f’Għawdex issa wkoll hemm trażmissjoni lokali u kemm jista’ jkun dawn għandhom jitkellmu mill-ewwel.

Mistoqsija minn Newsbook.com.mt dwar San Vinċenz de Paule, Prof. Gauci kkonfermat li l-pazjenta ġejja minn St Francis Ward. Qalet li meta wieħed għandu istituzzjoni hemm modi differenti kif jidħol il-virus fir-residenza. Fissret li wieħed mill-modi hu li l-pazjenta tieħu l-virus minn healthcare worker li jkunu barra fil-komunità.

Dwar iċ-ċentri l-miftuħa f’Ħal Far, Prof. Gauci qalet li fejn saret kwarantina tal-immigranti, ir-Red Cross qed isegwu lill-immigranti ta’ kuljum u jaraw hemmx sintomi jew le. Qalet li jekk ikun hemm sintomi jsiru t-testijiet. Qalet li qed isir ukoll random testing.