Filmat: 43 każ ġdid; 30 ifiqu

Read in English.

Il-Professur Charmaine Gauci, is-Superintendent għas-Saħħa Pubblika, għal darb’oħra aġġornat lill-pubbliku bl-aħħar żviluppi fil-pajjiż b’rabta mal-coronavirus.

Xi spikka waqt il-konferenza?

  • L-iktar li qed jinstabu pożittivi huma nisa ta’ ‘l fuq minn 55 sena.
  • L-età medja din il-ġimgħa kienet ta’ 47 sena.
  • 14-il każ attiv f’Għawdex
  • 3 persuni rikoverati l-isptar mhumiex stabbli
COVID-19 – Media Briefing – 11-09-2020

COVID-19 – Media Briefing – 11-09-2020

Posted by MaltaGov on Friday, September 11, 2020
13:11 Grazzi talli segwejtuna.
Nicole Borg
13:10 Persuni fl-IDU hemm persuna ta' 37 u 44 u l-bqija għandhom aktar minn 70 sena. Il-persuni f'kundizzjoni kritika huma kollha anzjani.
Nicole Borg
13:09 fid-djar tal-anzjani:

Hemm 13-il każ Casa Antonia
Residenza ta' San Ġużepp 32 każi, 7 minnhom carers.
Nicole Borg
13:08 Prof. Gauci appella biex in-nies jilbsu l-maskri aħjar u jieħdu ħsieb xulxin. Qalet li jekk xi ħadd jillimita l-kuntatt ma' persuni vulnerabbli.
Nicole Borg
13:08 Sostneit li anke jekk persuna jkollha partiċelli tal-virus mejjet u dawn jinqabdu mill-iswab test, mela xorta titpoġġa fi kwarantina.
Nicole Borg
13:06 Qalet li t-test li jsir tal-PCR ma jidentifikax kemm persuna għandha partiċelli tal-virus. Li jindika t-test huwa jekk għandux jew le.
Nicole Borg
13:05 Fakkret fil-mezzi ta' prevenzjoni biex jitnaqqas ir-riskju.
Nicole Borg
13:02 Prof. Gauci qalet li meta jkun hemm każi pożittivi, jsir it-tracing u meta kien hemm idea ċara tal-kuntatti, il-persuni jiġu mgħarrfa biex jagħmlu l-kwarantina.
Nicole Borg
13:01 Dwar id-djar tal-anzjani hemm dar bi 13-il każ, bi tnejn minnhom ikunu carers, hemm dar oħra li għandhom 2 każi u dar oħra bi 32 każ.
Nicole Borg
12:59 Prof. Gauci qalet li l-persuna li reġgħet ittestjat pożittiva, l-ewwel darba li kienet pożittiva kien f'April. Qalet li l-probabbiltà hija li l-persuna ġiet infettata mill-ġdid u mhux każ li l-virus kien dormant.
Nicole Borg
12:58 Prof. Gauci appellat biex il-pubbliku jsegwi l-aġġornamenti tal-awtoritajiet tas-saħħa minflok dak li jinħareġ fuq il-midja soċjali minn persuni miżinformati.
Nicole Borg
12:57 Fejn jidħlu r-rati ta' ttestjar, Prof. Gauci qalet li l-hubs żdiedu minħabba perjodu ta' domanda għolja u wkoll qed jipprevedu x'jista' jiġri fi żmien l-influwenza.
Nicole Borg
12:54 Dwar il-contact tracing, Prof. Gauci qalet li l-każijiet ta' close contact ma' persuna dawn jitpoġġew fi kwarantina obbligatorja. Dawn jingħataw rakkomandazzjoni biex imorru jagħmlu t-test ħamest ijiem wara li kienu esposti għall-virus.
Nicole Borg
12:53 Dwar id-djar tal-anzjani qalet li qed ikun hemm ittestjar regolari. Qalet li mod ieħor kif jidħol il-virus fir-residenzi huwa bil-viżitaturi u b'hekk l-anzjani issa jridu jiltaqgħu mal-qraba minn wara l-perspex.
Nicole Borg
12:52 Prof. Gauci rrakkomandat li fl-iskejjel il-grupp ta' tfal jinżamm kemm jista' jkun żgħir. Id-distanza bejn student u ieħor għandha tkun ta' 1.5 metri u aktar fil-klassi.
Nicole Borg
12:49 Prof. Gauci qalet li kien hemm numru ta' każi ġodda ta' immigranti li fil-maġġoranza tagħhom huma mingħajr sintomi. Immigrant qed jinżamm Monte Karmeli u ieħor qed jinżamm l-Isptar Boffa.
Nicole Borg
12:48 Prof. Gauci qalet li kien hemm każ li persuna ttestjata pożittiva qabel, u wara tliet xhur reġgħet ħarġet pożittiva. Qalet li din il-persuna għandha sintomi ħfief. Qalet li l-ECDC se tkun qed toħroġ linji gwida b'rabta ma' dan fil-jiem li ġejjin.
Nicole Borg
12:47 Jistaqsu l-ġurnalisti.
Nicole Borg
12:45 Prof. Gauci issa qed tagħti l-messaġġ tagħha bl-Ingliż.
Nicole Borg
12:45 Appellat għall-protezzjoni tal-vulnerabbli.
Nicole Borg
12:44 Qalet li Franza issa qed tkun klassifikata fil-lista l-oranġjo. Qalet li qed isir random testing u s'issa nstabu sitt persuni li nstabu pożittivi u kollha kienu ġejjin minn Spanja.
Nicole Borg
12:43 Fakkret li l-maskri għandhom jintlibsu sew.
Nicole Borg
12:43 Fakkret li f'postijiet pubbliċi ma jistax ikun hemm gruppi ta' aktar minn 15-il persuna.
Nicole Borg
12:42 Prof. Gauci fakkret fil-miżuri ta' distanza soċjali. Fakkret li ma jistax ikollok 100 persuna f'attività fuq ġewwa u 300 persuna f'attività fuq barra.
Nicole Borg
12:41 Spjegat li Malta huwa wieħed mill-aħjar pajjiżi ta' swabs per capita.
Nicole Borg
12:41 Hawn żieda fejn jidħlu l-anzjani. Din l-aħħar ġimgħa l-età medja kienet ta' 47.
Nicole Borg
12:40 Qalet li nisa 'l fuq minn 55 sena huma fost l-aktar prominenti fejn jidħlu każi pożittivi.
Nicole Borg
12:39 Tkellmet dwar il-każi attivi fil-pajjiż fejn qalet li hemm 14-il każ pożittiv f'Għawdex.
Nicole Borg
12:39 Prof. Gauci qalet li bħalissa qed issir ħidma biex tingħata għajnuna lid-djar tal-anzjani fejn jidħol il-kontroll ta' infezzjonijiet.
Nicole Borg
12:38 Intant 31 immigranti ħarġu pożittivi fiċ-ċentri fil-pajjiż matul din il-ġimgħa.
Nicole Borg
12:37 Fejn jidħlu d-djar tal-anzjani matul din il-ġimgħa kien hemm 33 persuna pożittivi. Dan jinkludi anzjani u anke carers fid-djar tal-anzjani.
Nicole Borg
12:36 Qalet li fl-aħħar ġimgħa kien hemm 22 persuna relatati ma' clusters ta' kuntatti fuq post tax-xogħol. Semmiet il-cluster tal-ħaddiema tal-Marsa Junction.
Nicole Borg
12:34 L-akbar cluster ġej minn kuntatti ta' qraba. Qalet li f'Malta l-protokoll jgħidlek li persuni li jkunu f'kuntatt viċin ta' persuni pożittivi, mela jsirulhom it-testijiet.
Nicole Borg
12:33 Prof. Gauci qalet jekk wieħed ineħħi lill-immigranti min-numru ta' persuni pożittivi, jidher li bil-mod il-mod kien hemm niżla fil-każijiet u bil-mod il-mod qed jistabilizza.
Nicole Borg
12:32 4 pazjenti fl-IDU
4 f'Mater Dei f'ward oħra
1 fl-ITU
8 każijiet f'Boffa
15-il każ fi Sptar San Tumas
Nicole Borg
12:31 Prof Gauci qalet li issa hawn 2,247 każ li nstabu pożittivi Malta. Intant 1,833 fiqu.
Nicole Borg
12:31 Se tibda l-konferenza.
Nicole Borg
12:29 L-aġġornament permezz ta' infografika qed jgħid li matul il-jum tal-bieraħ instabu 43 każ ġdid u fiequ 40.
Nicole Borg
12:28 Ninsabu live mill-Life Science Park fejn minn ħin għall-ieħor mistennija tibda l-konferenza tal-aħbarijiet.
Nicole Borg