L-aħħar żviluppi fuq il-coronavirus

Aġġornat 08:56 AM
Miguela Xuereb

Read in English.

21:47

21:40

21:08

Il-Faċilità Korretiva ta’ Kordin mhux se tkun qed taċċetta viżitaturi għas-sebat ijiem li ġejjin.

Skont il-Ministeru għall-Intern dan qed isir bħala prekawzjoni bil-għan li l-marda tal-COVID-19 ma tinfirixx fil-faċilità li hi spazju magħluq b’mijiet ta’ persuni.

“It-tmexxija tal-faċilità se tkun qed tevita wkoll movimenti mhux meħtieġa jew urġenti lejn u mill-faċilità. Miżuri simili qed jittieħdu fiċ-ċentri ta’ detenzjoni fejn jinżammu l-immigranti. Din id-deċiżjoni se terġa’ tkun riveduta fi żmien ġimgħa,” qal il-Ministeru.

19:55

Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri wiegħed li l-Gvern qed jaħdem biex iniedi miżuri ekonomiċi sinifikanti biex jappoġġja lil dawk in-negozji li qed jiġu affettwati minn tnaqqis fir-ritmu tal-ekonomija. Fisser li se jkun hemm miżuri għaż-żmien qarib, dawk medium-term u oħrajn fit-tul. Dan biex jassisti lin-negozji li qed jaffaċċjaw tnaqqis fl-ordnijiet tal-prodotti tagħhom u tas-servizzi minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

19:45

19:40

Titħassar il-Maratona ta’ Ġbir għall-bżonnijiet tal-Missjoni: Il-maratona kienet se ssir nhar is-Sibt 14 ta’ Marzu. Din ġiet posposta għal data oħra. Il-Missio rringrazzjat lill-poplu Malti u Għawdxi li baqa’ dejjem ġeneruż biex tittaffa t-tbatija tal-faqar fid-dinja. Esprimiet ukoll solidarjetà mal-Maltin li bħalissa għaddejjin minn tbatija jew biża’ minn dan il-virus.

19:32

19:30

Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri ltaqa’ mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Pulizija u l-Police Officers Union fid-dawl tal-irwol tal-Korp tal-Pulizija fiċ-ċirkostanzi. Akkumpanjat mill-ogħla uffiċjali tal-Korp, il-Ministru enfasizza l-importanza tal-Korp f’dan il-mument, fosthom biex ikun assigurat li min hu obbligat isegwi l-kwarantina.

19:23

Titħassar is-26 edizzjoni tat-Tour Internazzjonali ta’ Malta taċ-Ċikliżmu li kienet se ssir bejn it-2 u l-5 ta’ April li ġej.

18:50

18:09

17:35

17:30

Se jkun hemm tibdil f’xi eżamijiet tas-SEC, tal-Intermediate, u tal-Advanced level, skont il-Bord tal-MATSEC. It-tibdil se jsir minħabba l-coronavirus.

Fi stqarrija, il-Bord tal-MATSEC qal li xi eżamijiet se jiġu sospiżi b’mod indefinit fl-aħjar interess tal-istudenti u tal-ħaddiema.

16:55

Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020, skedat li jsir fl-Università ta’ Malta mill-25 sas-27 ta’ Marzu, qed jiġi pospost sakemm joħroġ avviż ieħor. Se jinħarġu aktar dettalji fil-ġimgħat li ġejjin.

16:45

Il-Kap tad-delegazzjoni Maltija tal-S&D Miriam Dalli u l-Membru Parlamentari Ewropew Josianne Cutajar, membru tal-kumitat tal-industrija tal-PE, iffirmaw ittra mibgħuta lill-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel. Fl-ittra jħeġġu lill-Unjoni Ewropea biex tadotta azzjoni kkordinata b’urġenza.

16:41 Lockdown – m’hemmx għażla oħra

L-Unjin Maltija għall-Bankiera, l-MUBE, qed tirrakkomanda lill-Gvern biex jikkunsidra lockdown immedjat mal-pajjiż kollu. Fi kliem l-MUBE, din il-miżura preventiva tkun ta’ ġid għall-pajjiż.

16:39 L-MFSA twissi dwar skemi qarrieqa

L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) qed tappella lill-entitajiet liċenzjati minnha u lill-pubbliku, għal possibilità ta’ skemi qarrieqa jew scams finanzjarji li qed jippruvaw japprofittaw mis-sitwazzjoni preżenti tal-coronavirus. Dan sabiex jattakkaw entitajiet u individwi bl-għan li jisirqu fondi jew informazzjoni personali sensittiva.

16:36

L-Uffiċċju tal-Kummissarju tar-Refuġjati għada se jkun magħluq, minħabba li l-Uffiċċju se jkun qed jaħdem b’inqas impjegati minħabba l-miżuri ta’ kwarantina.

16:32 Il-Lombard Bank Malta joffri għajnuna ta’ cashflow

Il-Lombard Bank Malta qed joffri lil kull klijent li għandu self miegħu għajnuna ta’ cashflow. Fi stqarrija, il-Bank qal li peress li din il-pandemija tista’ twassal għal konsegwenzi negattivi fuq in-negozju tal-klijenti tiegħu, il-Bank alloka €12.5 miljun, sabiex jipprovdi working capital temporanju lil dawk il-negozji li jistgħu jaffaċċjaw nuqqas ta’ likwidità. Dan il-fond se jkun offrut b’kundizzjonijiet favorevoli, inkluż rata ta’ imgħax fuq is-self ta’ 2.5% fis-sena għal ammonti sa €350,000 il-wieħed għal sa 18-il xahar. Ir-rata tkun fissa għal tul is-self.

16:29 Il-Kamra tal-Kummerċ tappella biex ikun hemm miżuri ta’ għajnuna għall-kumpaniji

Il-Kamra tal-Kummerċ qed tappella lill-Gvern biex immedjatament iniedi sett ta’ miżuri ta’ għajnuna lill-kumpaniji. Dawn jinkludu: dewmien fil-pagamenti tad-dawl u l-ilma; introduzzjoni ta’ tnaqqis fit-taxxi; u twaqqif ta’ fond nazzjonali ta’ emerġenza biex tingħata l-għajnuna meħtieġa lill-kumpaniji li qed jaffaċċjaw diffikultajiet tal-likwidità bħall-iskejjel tal-Ingliż, restoranti, lukandi u l-fornituri kollha tal-ikel u x-xorb.

16:23

Ix-xufiera tal-karozzi tal-linja mhux se jkunu qed jagħtu bqija biex jevitaw milli jmissu l-flus.

16:20 Jitħassru aktar attivitajiet

L-organizzazzjonijiet Caritas Malta, l-Aġenzija Sedqa, il-Fondazzjoni Oasi u l-Assoċjazzjoni tal-Psikjatrija f’Malta ħabbru li pposponew il-Konferenza Nazzjonali NGĦIX – saħħa sana għażla tagħna, li kellha ssir taħt il-Patroċinju tal-President ta’ Malta fil-Palazz ta’ Sant’Anton fl-24 ta’ Marzu. Dawk li rreġistraw se jirċievu imejl u l-post tagħhom se jibqa’ riservat għal meta titħabbar id-data l-ġdida.

15:15 Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar il-coronavirus

15:00 Jitwaqqfu l-funzjonijiet reliġjużi kollha b’effett immedjat

Il-funzjonijiet reliġjużi se jitwaqqfu b’effett immedjat, skont l-Arċidjoċesi ta’ Malta.

Fi stqarrija l-Arċidjoċesi ta’ Malta qalet li l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex qed iwaqqfu l-funzjonijiet reliġjużi kollha, inkluż il-quddies ta’ kuljum u ta’ nhar ta’ Ħadd. Il-katekeżi tat-tfal se titwaqqaf ukoll.

“Għalhekk, l-Isqfijiet qegħdin jagħtu lill-Insara dispensa mill-obbligu tal-Quddies ta’ nhar ta’ Ħadd. Din il-miżura ta’ prekawzjoni tidħol fis-seħħ b’effett immedjat u qed tittieħed għall-ġid komuni u biex jiġu mħarsa b’mod speċjali dawk l-aktar vulnerabbli,” qalet l-Arċidjoċesi.

14:31 Il-helpline tal-coronavirus 111 se jirċievi l-għajnuna mingħand servizz.gov.

Fi stqarrija, servizz.gov qal li wħud mir-rappreżentanti tiegħu se jkunu qed iwieġbu l-Helpline 111.

Fl-aħħar jiem ħafna persuni li kienu qed jippruvaw jaqbdu mal-linja tal-111 ma setgħux jagħmlu dan. Skont l-awtoritajiet dan għaliex kien hemm influss qawwi ta’ telefonati.

13:10 Bosta għalliema qed jistaqsu jekk id-direttiva l-ġdida tfissirx li l-għalliema mhumiex se jmorru għax-xogħol ukoll. L-MUT irreaġixxiet hekk:

“Fid-dawl tad-deċiżjoni mitluba mill-MUT dwar l-għeluq tal-iskejjel, l-MUT tilqa’ l-aħbar li l-iskejjel ser jagħlqu minn għada b’sodisfazzjon u se tissokta bit-taħditiet mal-Gvern inkluż waqt il-laqgħa mal-Prim Ministru li ġiet skedata tard illum waranofsinhar. Se nkomplu naġġornaw lill-membri hekk kif ikollna aktar informazzjoni.”

13:01 Il-quddies se tibda tixxandar fuq Newsbook.com.mt, knisja.mt u TVM2 minn nhar it-Tnejn li ġej.

12:53 Minn għada se jingħalqu l-iskejjel kollha għal ġimgħa.

12:51 Tibda konferenza stampa indirizzata mill-Prim Ministru, mill-Ministru għas-Saħħa u mill-Ministru għall-Edukazzjoni.

12:38 Id-Dipartiment tal-Ingliż fl-Università mexxa l-ġimgħa tal-qari, meta l-istudenti ma jkollhomx lekċers, għall-ġimgħa d-dieħla.

In light of the current circumstances the Department of English is moving its Reading Week forward to next week (16–20 March).

Posted by Department of English – University of Malta on Thursday, March 12, 2020

12:32 Id-Djoċesi t’Għawdex tħabbar li d-duttrina kollha tħassret, u anke l-Parroċċa ta’ San Ġiljan.

B'effett immedjat il-katekiżmu fil-parroċċa huwa kkanċellat ——–With immediate effect catechism lessons have been cancelled

Posted by Parrocca San Giljan on Thursday, March 12, 2020

12:31 Il-Partit Nazzjonalista ħabbar konferenza stampa fis-1.30pm fid-Dar Ċentrali.

12:24 Il-Papa jiddeskrivi dan il-mument bħala wieħed diffiċli.

12:14 It-Teatru Salesjan ippospona l-avvenimenti kollha tiegħu.

https://www.facebook.com/tsmalta/photos/a.446306098747220/3054778507899953/?type=3&theater

12:06 L-Assoċjazzjoni tal-Pulizija f’Malta (MPA) heddet li toħroġ direttiva lill-ħaddiema biex l-ispezzjonijiet ma jsirux jekk ma jingħatawx linji gwida fuq kif għandhom jagħmlu l-ispezzjonijiet fuq in-nies li qegħdin kwarantina.

12:03 Għadha kemm tħabbret konferenza stampa f’Kastilja fis-12.45pm indirizzata mill-Prim Ministru Robert Abela.

11:53 Il-Kap tal-Iskola Sekondarja tal-Ħandaq Forms 3-5 Alexandra Farrugia ħarġet kjarifika fuq Facebook dwar dak li ġara fl-iskola lbieraħ, meta għadd ta’ ġenituri marru jiġbru lil uliedhom peress li omm tifla li attendiet għall-iskola kienet imsiefra.

⚠️ Attention: All parents/guardiansKindly see the attached letter from the headmistress, Ms A. Farrugia.

Posted by Ħandaq Secondary School Forms 3,4,5 on Thursday, March 12, 2020

11:46 Il-Ministru Owen Bonnici b’laqgħa ma’ Ministri għall-Edukazzjoni oħra minn madwar l-Ewropa.

Bhalissa qieghed nippartecipa f'laqgha permezz ta' videoconference mal-Ministri tal-Edukazzjoni kollha tal-Unjoni Ewropea dwar il-COVID-19.Qed naggornaw lil xulxin dwar x'qed isir f'kull pajjiz tal-UE.

Posted by Owen Bonnici on Thursday, March 12, 2020

11:35 L-iskola San Anton tħabbar li se tagħlaq il-bibien tagħha wkoll minn nhar it-Tnejn li ġej għal perjodu ta’ ġimagħtejn jew aktar.

11:24 Stqarrija tal-President fuq il-coronavirus

Il-President George Vella qal li kien qed isegwi l-imxija ta’ dan il-virus minn mindu tħabbar. Hu awgura fejqan ta’ malajr lil dawk li huma infettati bih, filwaqt li wera l-apprezzament tiegħu lill-professjonisti li qegħdin jerfgħu r-responsabbiltà għal din l-imxija.

Appella lill-poplu biex jimxi mad-direttivi u l-pariri mogħtija. Fakkar, madankollu, li r-rata ta’ dawk li jfiqu mill-virus hija għolja ħafna.

Huwa esprima solidarjetà mas-settur kummerċjali u dawk kollha milqutin b’mod negattiv mill-coronavirus.

L-Uffiċċju tal-President avża li fuq talbiet tal-partijiet konċernati, numru ta’ laqgħat li kellhom isiru mal-President tħassru mid-djarju tal-President u ġew posposti għal data oħra.

11:11 Il-Ministeru għall-Edukazzjoni ħareġ stqarrija li fiha assigura li “inxtraw u tqassmu 2,443 flixkun sanitizer tal-130ml u 991 flixkun tal-500ml. It-tqassim beda mit-2 ta’ Marzu, u kull skola rċeviet konsenja għall-klassijiet tagħha. Il-Ministeru għandu aktar fliexken ordnati, u kif jaslu se jerġa’ jqassam fl-iskejjel. Dan minbarra li kull kulleġġ u kull skola qed jieħdu ħsieb li s-sapun tal-idejn ikun disponibbli fil-faċilitajiet sanitarji kollha, apparti minn xiri ta’ fliexken oħra ta’ sanitizers.”

11:04 L-għaqda studenteska tal-liġi ELSA Malta ħassret il-konferenza internazzjonali tagħha.

10:59 Il-Kulleġġ St Edward’s ħabbar li għada l-Ġimgħa, it-Tnejn u t-Tlieta se jkunu vaganzi. Imbagħad dawn jittieħdu mill-vaganzi tal-Għid jew tas-sajf.

Good Morning,After lengthy discussions with all stakeholders of our SEC community, I am informing you that we will be…

Posted by St Edward's College, Malta on Thursday, March 12, 2020

10:55 Prof. Charmaine Gauci appellat lill-pubbliku biex dawk li m’hemmx bżonn joħorġu, ma joħorġux. Dawk li jistgħu jaħdmu mid-dar għandhom jagħmlu hekk.

10:51 B’hekk f’Malta hawn 9 każijiet b’kollox:

  • Familja ta’ 3 Taljani li kienu l-Italja
  • Missier u bint Norveġiżi li kienu l-Italja
  • 2 Maltin li kienu l-Italja flimkien
  • 2 barranin li kienu barra separatament: wieħed il-Belġju u l-pazjenta l-oħra l-Ġermanja u l-Olanda

10:42 Tibda l-konferenza – 2 każijiet oħra kkonfermati.

10:38 Intant, l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp ħabbret li qed jitħassru wkoll il-festi interni l-ġimgħa d-dieħla.

10:34 Minn ħin għall-ieħor mistennija tibda konferenza stampa bl-aħħar aġġornamenti fuq il-Covid-19.

10:30 L-MEA qiegħda tipproponi li bejn id-19 u l-24 ta’ Marzu, isir shutdown sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-coronavirus.

10:15 L-Awtorità tal-Ippjanar ħabbret li minħabba t-tixrid tal-virus, se tiltaqa’ mal-periti u mal-pubbliku biss b’appuntament mil-lum ‘il quddiem.

10:07 L-Iżlanda, li għandu popolazzjoni iżgħar minn ta’ Malta, hemm 90 każ ta’ coronavirus. Dan jista’ jfisser l-ogħla persentaġġ ta’ każijiet fid-dinja, peress li l-popolazzjoni hija ta’ 364,000 persuna.

10:05 L-Unjoni Ewropea mistennija twieżen is-sitwazzjoni wara li Trump ilbieraħ ħabbar li l-vjaġġi minn u lejn l-UE għall-Istati Uniti għandhom jitwaqqfu.

10:00 Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli dalgħodu qalet li l-Gvern qed jaħdem fuq pakkett ta’ miżuri biex jgħin lis-settur tat-turiżmu.

Bonġu. Meta llum tipprepara biex tibda r-rutina normali tiegħek ftakar fl-eluf ta' ħaddiema f'pajjiżna li lejl u nhar…

Posted by Julia Farrugia Portelli on Wednesday, March 11, 2020

09:55 Il-Bank of Valletta ħabbar għadd ta’ miżuri li se jieħu sabiex jgħin lin-negozji f’dan iż-żmien ekonomiku diffiċli minħabba l-coronavirus. Se jalloka fond ta’ €10 miljun għal dan il-għan. Il-miżuri jinkludu:

  • Twaqqif temporanju tal-pagamenti tal-kapital għal bejn tliet xhur u 12-il xahar
  • Servizzi ta’ finanzjament tal-kummerċ permezz tal-Internet Banking mingħajr spejjeż addizzjonali
  • Provvediment ta’ direct working capital għall-klijenti li jiffaċċjaw kwistjonijiet ta’ cash flow

09:40 Tħabbret konferenza stampa mid-Direttorat għas-Saħħa bl-aħħar aġġornamenti fuq il-coronavirus. Se ssir fl-10.30am.

09:25 Dr Michael Spiteri mid-Dipartiment tal-Emerġenza qal li kien hemm pazjenti li nqabdu jigdbu fuq fejn ivvjaġġaw. Assigura lin-nies li dawn inqabdu u kollha rriżultaw fin-negattiv meta sarulhom it-testijiet tal-coronavirus.

Appella lill-pubbliku biex ma jigdibx fuq affarijiet kruċjali bħal dawn, speċjalment minħabba s-saħħa tat-tobba stess.

09:19 Xi qarrejja ġibdulna l-attenzjoni li s-sit elettroniku tal-Gvern fuq il-Covid-19 mhuwiex aġġornat bil-miżuri li tħabbru lbieraħ, li vvjaġġar għall-Ġermanja, Franza, Spanja u l-Iżvizzera mhuwiex permess.

09:18 Mid-dinja sportiva, apparti l-plejers tal-Arsenal li qegħdin kwarantina, jidher li l-coronavirus qed jaffettwa lill-Juventus ukoll.

09:09 Anke avvenimenti teatrali qegħdin jitħassru. Smajna li l-musical Sister Act li kienet se tittella’ fit-Teatru Astra f’Għawdex ġiet posposta, u llum tħabbar li l-opra komika Cox and Box li kienet se tittella’ fit-Teatru Salesjan ġiet posposta wkoll. It-Teatru Manoel

The Manoel Theatre has been closely monitoring the situation regarding COVID-19.This is a rapidly evolving situation,…

Posted by Teatru Manoel on Wednesday, March 11, 2020

09:06 Xi stabbilimenti fejn ikun hemm għadd kbir ta’ nies qegħdin jieħdu miżuri preventivi billi jagħlqu għalkollox.

https://www.facebook.com/HoleInTheWallMalta/photos/a.372118276215677/2844457255648421/?type=3&__xts__%5B0%5D=68.ARCW9GL9niG44lNGJpzUpkKfZ5DvJG3XiiZI4sOerrv7Ba4KuWPLqAXH9DXf7BxoBofHiF3uu1bk5KulPcNWKfQ8KpSomteFhlyEalwMbrNuYo-GX14sh1VNGmrW3rlg0_lQBFftqFZIWjCl7mxtgzyDQhV8miZZ8YznO94HWyCiymEPxCOhalmqAyF28BtOjZIL_dCLo1lCroTWJIymdCB2Ro4I6tHytZcWdxxA1apu4bbOjj2RFqOR5bXRLe-1QofKOQvuv7eWwvto7sJdAvr8LA9w5nsSgH_-sbcFHZGqYVTCeHN1_yxMxH_pK1TZym2YslK71CH_PwsnwsnXoJOk6Q&__xts__%5B1%5D=68.ARCY8wOw8tGSTHiQMPX_DaY_ZcuqDHKKhe9nS-n1-fy7dMHhgwF16VfJOmUaYmjRI4fLdWq2d1AAqM-kajNLkVFEm9CgGch0HQneYuhwMBz5Rhkl1dGelh47cFf_rbTvVvCiRCLIo0hwVv_LAs1bxtVcyGnfoUgru8wWvxYwtz0n66yhrzyA8PgrhxzzUlOU4yURd0_pZR2aAVu6sM2PNXXicJZp8ku80jQhEquqjtXyhVXox4eux-7ZJwik4NOBXBLkuMVcCIJIc3fXJI1CmJJsI3aAPKMbBNgMq5hRqN-R-6H_BMmRy80QTHP373lfSEXAXm3KW0nZLYZNeAzhRSTJuA&__tn__=-R

09:05 Il-Ministeru għal Għawdex ippospona l-attività Dwejra Looking Beyond, li matulha kien se jkun hemm ukoll attivitajiet sabiex jitfakkar Jum il-Mara. Din kellha ssir il-Ħadd, 15 ta’ Marzu.

08:59 Mark Anthony Sammut jgħid li għandhom jittieħdu miżuri aktar drastiċi biex issir “bidla fil-lifestyle tagħna.” Huwa se jieqaf idur bieb bieb b’rispett lejn l-anzjani u dawk vulnerabbli.

Minn dak li ġara f'pajjiżi oħra, nistgħu nifhmu li l-problema tal-#Coronavirus mihix biss ir-rata ta' mwiet, imma anke…

Posted by Mark Anthony Sammut on Thursday, March 12, 2020

08:39 Appell biex il-helpline 111 ma jintużax bla bżonn jew biex jiġu rappurtati nies li ma jagħmlux il-kwarantina. Dawn għandhom jiġu rappurtati lill-pulizija.

08:36 L-MUT tikkonferma ma’ Newsbook.com.mt li se tiltaqa’ mal-Prim Ministru Robert Abela llum tard waranofsinhar.

08:25 L-ikbar tħassib tal-Maltin bħalissa jibqgħu l-iskejjel. L-MUT ilbieraħ talbet laqgħa urġenti mal-Prim Ministru Robert Abela biex jingħalqu l-iskejjel. Il-UPE semmgħet leħinha fuq is-sitwazzjoni wkoll.

Min-naħa tal-Università, l-UMASA talbet li tiġi diskussa l-possibbiltà li l-lekċers jitħassru sal-vaganzi tal-Għid. Il-KSU llum se jlaqqa’ lill-għaqdiet studenteski u lir-rappreżentanti tal-istudenti biex jiddiskutu l-kwistjoni.

Il-KNŻ għandhom jiltaqgħu mal-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici, li fil-Parlament ilbieraħ qal li għad m’hemmx bżonn li jingħalqu l-iskejjel.

Intant, bdiet iddur petizzjoni biex l-iskejjel u l-Università jingħalqu. Inġabru kważi 10,000 firma.

08:21 Pandemija ġdida ġġib magħha kliem ġdid, jew kliem li rari nisimgħuh. Il-coronavirus laqqagħna mal-kelma “imxija.” Xi tfisser eżatt?

bħalissa hawn l-imxijahttp://kelmakelma.com/posts/mxija/

Posted by Kelma Kelma on Wednesday, March 11, 2020

08:09 Tħabbar ukoll dalgħodu li l-attur Tom Hanks u martu Rita Wilson, attriċi wkoll, għandhom il-coronavirus. Huma jinsabu l-Awstralja.

08:07 L-Istati Uniti wkoll qiegħda tieħu miżuri serji, billi twaqqaf l-ivvjaġġar bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea. Għalhekk, ivvjaġġar għal pajjiżi li mhumiex fl-UE, bħar-Renju Unit u l-Iżvizzera, xorta huwa permess.

08:06 Il-Gvern Malti lbieraħ ħabbar xi miżuri iżjed stretti:

  • Il-vjaġġi lejn u minn Franza, il-Ġermanja, Spanja u l-Iżvizzera mhumiex permessi
  • Dawk li jiġu minn dawn il-pajjiżi jridu jagħmlu kwarantina mandatorja għal ġimagħtejn
  • Jekk jinqabdu jiksru l-kwarantina jeħlu multa ta’ €1,000

08:04 Ilbieraħ il-ġurnata ntemmet bl-aħbar tas-seba’ każ tal-coronavirus f’Malta: mara li kienet mat-tabib li ġie kkonfermat bil-coronavirus ilbieraħ filgħodu. Huma kienu btala fid-Dolomiti fl-Italja. Qegħdin jinżammu fl-Isptar Mater Dei u ntqal li l-kundizzjoni tagħhom hija tajba.

Il-bqija tal-familja qiegħda kwarantina.

08:00 Bonġu u nilqgħukom għal blogg ieħor bl-aħħar żviluppi dwar il-coronavirus, kemm lokalment, kif ukoll internazzjonalment.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn