Follow Up: L-aħħar żviluppi dwar l-immigrazzjoni

Waqt Follow Up illum it-Tlieta 11 ta’ Ġunju, Sergio Mallia se jiddiskuti għala l-Oppożizzjoni se tivvota kontra l-liġi li tissepara l-irwoli tal-Avukat Ġenerali u L-Prosekutur Ewlieni, ma’ Dr Karm Mifsud Bonniċi.

L-aħħar żviluppi dwar l-immigrazzjoni. Għala l-Gvern din id-darba mhux qed jinsisti fuq il-burden sharing mal-Kummissjoni Ewropea? Ma’ Dr Michael Farrugia – Ministru tal-Intern.

Il-Valletta Film Festival – kif il-Belt se tinbidel f’ċinema? Ma’ Oliver Mallia, Film Grain Foundation.

Mistieden ukoll il-Perit John Ebejer li se jitkellem dwar il-kollass tal-bini fil-Mellieħa.

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fil-5pm.