Il-ħames każ tal-coronavirus f’Malta; avvenimenti ristretti

Aġġornat 11:54 AM
A man in a face mask rides the subway in Manhattan, New York City, after further cases of coronavirus were confirmed in New York
A man in a face mask rides the subway in Manhattan, New York City, after further cases of coronavirus were confirmed in New York, U.S., March 5, 2020. REUTERS/Andrew Kelly

Read in English.

21:53 Aħna se ntemmu l-aġġornamenti LIVE għal-lum. Grazzi talli segwejtuna!

21:44 L-iskola San Anton taġġorna l-imejl preċedenti tagħha

Aġġornament tal-imejl ta’ San Anton

21:08 L-Università ta’ Malta tibgħat imejl lill-istudenti tagħha

21:07

STQARRIJA UFFICCJALI10 ta’ Marzu 2020 Fid-Dawl taċ-ċirkostanzi prezenti tal-Coronavirus li minnhom għaddejja…

Posted by Arċikonfraternita' ta' San Ġużepp Rabat tal-Imdina on Tuesday, March 10, 2020

20:55 ‘Studenti li kellhom kuntatt ma’ xi ħadd li kien barra għandhom 15-il jum kwarantina’ – l-iskola San Anton

L-iskola San Anton bagħtet imejl lill-istudenti tagħha dwar il-coronavirus. L-iskola ordnat biex dawk l-istudenti li kienu f’kuntatt ma’ persuna li kienet barra minn Malta għandhom joqogħdu d-dar fi kwarantina għal 15-il ġurnata. Din mhix direttiva li ħarġet mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Parti mill-imejl li ra Newsbook.com.mt tidher hawn taħt.

Imejl minn San Anton

20:31

20:29 Il-każijiet fl-Italja jaqbżu l-10,000

Il-BBC jirrapporta li hemm 10,149 każ tal-coronavirus fl-Italja. Minnhom 1,004 irkupraw.

Fl-Italja s’issa mietu 631 persuna minħabba l-coronavirus.

20:00 Qrajtu l-editorjal ta’ Newsbook?

Newsbook.com.mt ippubblika editorjal li fih apella biex l-awtoritajiet jipprovdu tweġibiet ċari. Intqal li d-deċiżjoni tal-Gvern dwar it-titjiriet mill-Italja ġiet ġimgħa tard.

19:57

Dear parents and guardians,Please rest assured that we are closely following directives given by the Prime Minister…

Posted by De La Salle College Malta on Tuesday, March 10, 2020

19:08 Tibdil fil-kalendarju tal-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew ħabbar tibdil fl-attivitajiet tiegħu minħabba l-COVID-19.

Fi stqarrija intqal li l-għan tat-tibdil huwa biex il-Parlament ikun jista’ jkompli bil-ħidma fundamentali tiegħu filwaqt li jipproteġi s-saħħa tan-nies. L-attivitajiet tal-ġimgħa li tibda fis-16 ta’ Marzu ġew posposti jew ikkanċellati.

19:00 Il-Kamra tal-Kummerċ tappella lin-negozji biex ikunu etiċi fejn jidħlu l-prezzijiet tal-prodotti tagħhom – speċjalment prodotti essenzjali. Il-Kamra qalet li tifhem li fi żmien fejn id-domanda tiżdied, ir-regoli tas-suq faċli jipprovdu għal żieda fil-prezzijiet.

18:43 Abela f’video conference ma’ mexxejja Ewropej

18:32 L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA) qalet li bl-istqarrija tiegħu l-PM serraħ ras il-poplu. Qalet li ssottomettiet għadd ta’ proposti dwar il-COVID-19 imma għadha bla risposta.

L-MEA qed tavża lill-membri tagħha li dawk l-impjegati li marru jew se jmorru lejn żoni ta’ riskju huma obligati jinżammu fi kwarantina għal 14-il ġurnata. Jekk jista’ jkun ix-xogħol għandu jsir mid-dar. Sakemm l-ivjaġġar ma jkunx relatat max-xogħol, il-perjodu ta’ kwarantina m’għandux jitħallas minn min iħaddem. Jekk impjegat ikollu sintomi tal-COVID-19 il-perjodu minn meta joħorġu s-sintomi jkunu meqjusa bħala sick leave.

17:19 Kelliem għall-FELTOM qal ma’ Newsbook.com.mt li kien hemm 4,000 student mill-Italja u Franza, li fl-aħħar tliet ġimgħat ħassru li jattendu l-lezzjonijiet tal-Ingliż f’Malta. Aqra l-istorja fid-dettall hawn.

17:11 Il-Ministru Silvio Schembri stqarr li l-Gvern għamel arranġamenti biex l-Air Malta topera titjira lejn Ruma fis-6 tal-lejla, biex tieħu lit-Taljani li bħalissa qegħdin f’Malta, u twassal lura l-Maltin maqbudin f’Ruma. Żied jgħid li se jkun hemm titjira oħra għada filgħodu. “Kif jaslu Malta, kull passiġġier se jiġi ċċekkjat u jintlalab joqgħod kwarantina għal 14-il jum”, żied jgħid.

Għamilna arranġamenti sabiex l-Air Malta topera titjira lejn Ruma fis-6 tal-llejla biex tieħu lit-Taljani li bħalissa…

Posted by Silvio Schembri on Tuesday, March 10, 2020

15:46 Il-Prim Ministru Robert Abela jindirizza konferenza tal-aħbarijiet u jħabbar aktar miżuri li qed tieħu Malta. Fost l-oħrajn isemmi miżuri dwar attivitajiet tal-massa.

15:08 Tfajla ta’ 16-il sena, bint ir-raġel li lbieraħ irriżulta pożittiv għall-coronavirus, instabet pożittiva wkoll għal Covid-19.

14:57 L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) qed tisħaq li tistenna li l-kumpaniji liċenzjati kollha jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikollhom pjan adattat ta’ kontinġenza, għal kwalunkwe eventwalità. Fi stqarrija l-MFSA qalet li qed tiddjaloga fil-qrib mal-Bank Ċentrali ta’ Malta, mal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej kif ukoll mal-Bank Ċentrali Ewropew, biex jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa. Inkoraġġiet il-kumpaniji tas-servizzi finanzjarji biex jagħmlu kuntatt magħha jekk ikollhom bżonn.

The MFSA is expecting all regulated firms to take concrete actions for COVID-19 contingency and business continuity…

Posted by Malta Financial Services Authority on Tuesday, March 10, 2020

13:35 Anke l-linja tal-ajru Ryanair ħabbret li kienet qed tissospendi l-iskeda kollha tat-titjiriet minn u lejn l-Italja, wara d-deċiżjoni tal-Gvern Taljan ta’ lockdown tal-pajjiż kollu. Ryanair qalet li l-passiġġieri kollha affettwati għandhom jirċievu avviżi b’imejl, fejn se jingħataw l-opportunità li jieħdu kumpens sħiħ jew kreditu għall-ivvjaġġar ma’ Ryanair fit-12-il xahar li ġejjin.

13:22 L-Air Malta tħabbar li qed tissospendi t-titjiriet kollha lejn u mill-Italja, wara projbizzjoni maħruġa mill-Gvern ta’ Malta wara l-lockdown infurzat mill-Gvern Taljan. L-Air Malta fi stqarrija spjegat li “din il-miżura ttieħdet biex tillimita t-tixrid tal-coronavirus Covid-19. It-titjiriet ġew sospiżi sa avviż ieħor. Il-linja tal-ajru qed tippjana li topera numru limitat ta’ titjiriet biex iġġorr provvisti mediċi urġenti għall-isptarijiet, il-merkanzija, u biex tirritorna residenti lura fil-Gżejjer. Ir-ripatrijazzjoni se tkun ikkoordinata mill-Uffiċċju tal-Ministeru għallAffarijiet Barranin u l-Affarijiet Ewropej. Ir-residenti jistgħu jikkuntattjaw dan l-uffiċċju fuq 00356 22042200 jew permezz ta’ imejl fuq sitcen.mfea@gov.mt. L-Air Malta se żżomm lill-klijenti tagħha aġġornati permezz tal-websajt tagħha www.airmalta.com u l-kanali tal-midja soċjali inkluż www.facebook.com/AirMalta/ “

12:52 Il-Parlament Ewropew iddiskuta t-tfaqqigħ tal-COVID-19 mal-Kummissjoni u l-Presidenza Kroata, fejn enfasizza l-ħtieġa li jitnaqqas il-pass tal-firxa fl-Ewropa. Stella Kyriakides, il-Kummissarju tal-UE għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, qalet li l-COVID-19 kienet emerġenza għas-saħħa pubblika li qed tinbidel kull siegħa. Saħqet li l-Istati Membri għandhom jiffukaw fuq it-trażżin tal-virus biex jitnaqqas il-pass tal-firxa tiegħu, sabiex is-sistemi tas-saħħa jkunu jistgħu jlaħħqu u l-impatt fuq l-ekonomija u l-ħajja soċjali jkun limitat kemm jista’ jkun. Ġie enfasizzat li l-kits tal-ittestjar, il-maskri u l-magni respiratorji għandhom jiġu prodotti fl-UE u jsiru disponibbli fl-Istati Membri kollha

12:47 Ġurnalisti ta’ Newsbook.com.mt jinsabu fuq il-post

12:40 Dwar l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici qal ma’ Newsbook.com.mt li l-awtoritajiet edukattivi kkonfermawlu li l-ebda skola ma ngħalqet.

Ritratt: Miguela Xuereb

12:31 L-MEP Nazzjonalista Roberta Metsola tappella għall-miżuri urġenti mill-Unjoni Ewropea dwar il-coronavirus.

12:17 Hekk kif qed jikber il-biża’ fost il-ġenituri Maltin, ħafna qegħdin jiġbru t-tfal mill-iskejjel. Kelliema għall-Ministeru għas-Saħħa spjegat li ma ħarġu l-ebda struzzjonijiet dwar dan u li m’hemmx lok għall-allarm.

12:09 Fil-Ġermanja n-numru ta’ persuni infettati tela’ għal 1,295. S’issa mietu żewġ persuni.

12:04 Il-ġural The Guardian qed jirrapporta li l-epidemija tal-coronavirus fir-Renju Unit mistennija tfaqqa’ fil-ġimagħtejn li ġejjin.

11:46 Intant, f’Malta, l-Unjin tal-Għalliema (MUT) qalet li segwiet il-każ ta’ bint ir-raba’ pazjent li għandu l-coronavirus f’Malta. L-Unjin irċeviet konferma mill-awtoritajiet tas-saħħa li bint il-pazjent ma marritx skola minn mindu l-familja ġiet lura mill-Italja.

11:45 Fl-Italja, dawk li jridu jivvjaġġaw biex imorru lura d-dar jew għal xi urġenza professjonali jew medika, iridu jimlew formola.

Dan qalu korrispondent tal-BBC f’Ruma.

11:41 Għadd ta’ persuni li kienu kwarantina ġo lukanda f’Tenerife fl-aħħar tħallew joħorġu. Huma kienu qegħdin kwarantina peress li tabib Taljan u martu li kienu fil-lukanda kellhom il-coronavirus.

11:38 Il-midja ġiet mistiedna żżur ċentru fejn se jsiru t-testijiet għall-coronavirus f’Ħal Farruġ fis-1pm.

11:36 Id-Danimarka waqqfet it-titjiriet kollha ġejjin minn pajjiżi ta’ riskju għoli, bħall-Italja, iċ-Ċina, l-Iran u l-Korea t’Isfel.

11:27 Mietet l-ewwel persuna fil-Libanu bil-coronavirus.

11:25 Is-Serbja, li għandha erba’ każijiet tal-coronavirus, għalqet il-fruntieri tagħha mal-Italja u mhix taċċetta nies ġejjin miċ-Ċina, mill-Korea t’Isfel, mill-Iran u mill-Iżvizzera.

11:22 Mużiċisti madwar id-dinja qegħdin iħassru l-kunċerti tagħhom minħabba l-biża’ mill-coronavirus. Dawn jinkludu Miley Cyrus, Madonna u Pearl Jam.

11:16 L-isptar Ingliż Great Ormond Street f’Londra li jagħti t-trattament lit-tfal ħassar l-operazzjonijiet tal-qalb wara li professjonist tas-saħħa qabdu l-coronavirus.

11:07 Ir-Repubblika Ċeka qiegħda tagħlaq l-iskejjel, iżda ma ngħatatx data sa meta. Attivitajiet b’100 persuna jew iżjed qed jiġu kkanċellati.

Hemm 40 każ irrappurtat.

10:50 Il-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli se jaħdem mid-dar għall-ġimagħtejn li ġejjin peress li għadu kemm żar l-Italja.

Huwa qal li jeħtieġ li kulħadd jirrispetta r-regoli tal-Gvern Taljan u tal-awtoritajiet tas-saħħa biex jiġi evitat kull tixrid tal-coronavirus. Żied jgħid li l-Parlament se jkompli jaħdem biex jeżerċita dmiru, għaliex “l-ebda virus ma jista’ jwaqqaf id-demokrazija.”

10:45 Il-Prim Ministru Pollakk ħabbar li l-avvenimenti kollha fejn ikun hemm massa ta’ nies se jitħassru. Fil-Polonja hemm 17-il każ tal-coronavirus.

Fl-Irlanda lbieraħ tħabbar illi se jitħassru l-preparamenti għal Jum San Patrizju, festa nazzjonali fl-Irlanda li tiċċelebra d-dħul tal-Kristjaneżmu fil-pajjiż. Għaliha jinġabru eluf ta’ nies mill-Irlanda u anke minn pajjiżi oħra, filwaqt li jsiru festivals u parati kbar mal-pajjiż kollu.

Din il-festa tiġi ċċelebrata b’għadd ta’ parties f’Malta wkoll, u l-Kabinett illum qed jiddiskuti għandux iħassar dawn l-attivitajiet.

10:35 Il-Papa Franġisku ħeġġeġ lill-qassisin biex ikollhom il-kuraġġ joħorġu u jgħinu lil dawk milqutin mill-coronavirus.

Il-Pjazza San Pietru fil-Vatikan dalgħodu sebħet battala min-nies ukoll, b’xi għexieren ta’ nies jippassiġġaw mingħajr maskri.

Midja tal-Vatikan

10:22 Il-Prim Ministru Olandiż javża lill-pubbliku biex ma jiħdux b’idejn xulxin, u mbagħad jinsa hu stess.

Qed jinstabu modi ġodda kif wieħed isellem lil ieħor meta jiltaqgħu żewġ persuni, minflok jieħdu b’idejn xulxin jew ibusu lil xulxin fuq il-warda ta’ wiċċhom. Dawn il-modi rreferiet għalihom ukoll Prof. Charmaine Gauci fil-konferenza stampa ta’ dalgħodu.

Barra minn Malta, in-nies qed imissu minkeb ma’ minkeb jew inkella sieq ma’ sieq biex isellmu lil xulxin meta jiltaqgħu. Din qed tissejjaħ il-“Wuhan shake.”

The 'Wuhan shake'

The 'Wuhan shake' or the elbow bump?How people around the world are avoiding shaking hands because of coronavirus.bbc.in/3cmp6Uh

Posted by BBC News on Tuesday, March 3, 2020

10:02 Fil-Greċja l-każijiet żdiedu minn 84 għal 89.

09:58 Fil-Kanada mietet l-ewwel persuna bil-coronavirus, li kien raġel anzjan f’Vancouver.

09:51 Liem huma ż-żoni l-iżjed affettwati fl-Italja?

Geopoliticalcentre

09:48 L-ewwel pazjent li ġie kkonfermat fl-Italja issa ħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Kien ilu f’din it-taqsima mill-21 ta’ Frar.

S’issa mietu 463 persuna fl-Italja.

09:45 Il-Moldova mhux se tibqa’ tippermetti li barranin jidħlu fil-pajjiż b’ajruplan. Il-pajjiż kellu l-ewwel każ tiegħu tlett ijiem ilu, mara ta’ 48 sena li kienet l-Italja.

09:36 Fl-Afrika hemm 100 każ tal-coronavirus, li skont il-BBC huma:

  • L-Eġittu – 55
  • Alġerija – 20
  • L-Afrika t’Isfel – 7
  • It-Tuneżija – 5
  • Is-Senegal – 4
  • Il-Marokk – 2
  • Il-Kamerun – 2
  • Burkina Faso – 2
  • In-Niġerja – 2
  • It-Togo – 1

09:31 It-toroq tal-Italja jqumu battala għall-ewwel jum taħt kwarantina għall-pajjiż kollu.

09:23 Prof. Charmaine Gauci qalet li llum għandu jinfetaħ hub għat-testijiet.

09:18 Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne mistenni jagħmel konferenza mill-Parlament fl-4.30pm, skont Prof. Charmaine Gauci, wara li llum il-Kabinett se jiddiskuti jekk għandhomx isiru avvenimenti li għalihom jattendu ħafna nies, bħaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum San Patrizju.

09:12 Saru 265 test u 369 test bl-iswabbing.

09:09 Il-Prof. Charmaine Gauci tgħid li l-familja tal-pazjent tal-coronavirus, ir-raba’ każ f’Malta, qiegħda tiġi mmoniterjata fl-Isptar Mater Dei, iżda s’issa m’għandhomx il-virus.

Ir-raġel għamel kwarantina wara ftit ġranet, mhux mill-ewwel, iżda meta kellu s-sintomi ma marx xogħol, u lanqas is-sieħba tiegħu u bintu m’attendew xogħol jew skola. In-nies li kellhom kuntatt miegħu tqiegħdu fi kwarantina mandatorja.

09:02 Bdiet il-konferenza stampa indirizzata minn Prof. Charmaine Gauci, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika.

Newsbook.com.mt qed jirrapporta LIVE mill-konferenza stampa.

08:59 Nagħtu ħarsa lejn is-sitwazzjoni tal-coronavirus madwar id-dinja.

  • Il-President Amerikan Donald Trump ħabbar miżuri ekonomiċi kbar wara li s-swieq tal-Istati Uniti u r-Renju Unit ħadu daqqa lbieraħ fl-agħar każ wara l-kriżi finanzjarja tal-2008
  • Il-cruiseliner Grand Princess wasal Kalifornja; fuqu kien hemm 21 każ konfermat tal-coronavirus
  • Il-President Ċiniż Xi Jinping żar Wuhan, il-belt fejn beda l-virus
  • L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) qalet illi t-theddida ta’ pandemika hija reali ħafna, iżda s-sitwazzjoni għadha tista’ tiġi kkontrollata
  • Il-Ministru għall-Kultura Franċiż Franck Riester huwa infettat bil-virus
  • Fiċ-Ċipru hemm żewġ każijiet, u wieħed minnhom huwa tabib; l-ikbar sptar Ċiprijott issospenda ħafna mis-servizzi tiegħu
  • Madwar id-dinja, mietu iżjed minn 4,000 persunau iżjed minn 114,000 persuna huma infettati

08:50 10 minuti oħra, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci se taġġorna lill-midja dwar ir-raba’ każ tal-coronavirus f’Malta.

08:47 Minħabba l-miżuri li ħabbar il-Prim Ministru Taljan, l-isport kollu Taljan ġie sospiż sat-3 t’April.

08:44 S’issa Malta għandha erba’ każijiet tal-coronavirus. Ir-raba’ każ tħabbar ilbieraħ filgħaxija, u huwa raġel ta’ nazzjonalità barranija li joqgħod Malta, li żar l-Italja ta’ Fuq riċentament. Sorsi ta’ Newsbook.com.mt qalu li r-raġel huwa Norveġiż.

It-tliet pazjenti l-oħra huma ġenituri Taljani u binthom, li jirrisjedu Malta u wkoll kienu vaganza fl-Italja ta’ Fuq.

08:36 Fir-residenza San Vinċenz De Paule dalgħodu tħabbar li qegħdin jittieħdu miżuri preventivi billi r-residenti huma anzjani. Kull min jidħol fir-residenza qed jiġi mmonitorjat, inkluż il-ħaddiema, permezz ta’ termometru elettroniku u anki permezz ta’ kwestjonarju. Il-ħinijiet tad-dħul tal-viżitaturi se jkunu bejn il-11am u n-12:30pm u bejn l-4pm u s-6pm, u se jingħata biss aċċess għal persuna waħda fejn kull resident. 

08:30 Bonġu u nilqgħukom għal dan ir-rappurtaġġ live dwar l-aħħar żviluppi fuq il-coronavirus f’Malta u madwar id-dinja.

Għall-ħabta ta’ nofsillejl, il-Prim Ministru Robert Abela għamel konferenza stampa li fiha ħabbar li l-vjaġġi kollha minn u lejn l-Italja ġew sospiżi, wara li l-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte ħabbar li l-pajjiż kollu se jkun kwarantina. Dan ifisser li kulħadd għandu jibqa’ f’daru ħlief għax-xogħol u għall-emerġenzi. It-teatri, iċ-ċinema, ir-ristoranti, il-bars, eċċ. se jinżammu magħluqin.

Il-Gvern Malti nieda helpline għall-Maltin li jinsabu barra sabiex dawn jiksbu l-għajnuna biex jiġu lura Malta.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn