Filmat: 7 każi ġodda; persuna tfiq

Read in English.

Malta reġistrat seba’ każi ġodda ta’ coronavirus. Intant fieqet persuna oħra.

Dawn iċ-ċifri tħabbru mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci waqt konferenza tal-aħbarijiet bl-aħħar żviluppi dwar il-coronavirus f’Malta.

Prof. Gauci qalet li lbieraħ saru 778 test. S’issa saru 43,397 testijiet b’kollox. Bħalissa hawn 64 każi attivi. It-total ta’ każi li ġew reġistrati tela’ għal 503.

Il-persuna li fieqet għandha bejn 10 u 19-il sena.

Intqal li l-R factor huwa ogħla minn 1.

Prof. Gauci ġiet mistoqsija mill-ġurnalisti dwar għalfejn hemm qraba li qed jitħallew 10 minuti biss ma’ residenti ta’ San Vinċenz De Paul li jkollom il-griżma tal-morda. Il-Professur qalet li huwa importanti li l-perjodu li jqattgħu ma’ xulxin ma jkunx twil ħafna. Madanakollu, ma qalitx speċifikament kemm huwa l-ħin massimu.

Bħalissa hemm persuna li qed tinżamm fl-ITU f’Mater Dei. B’kollox hemm 5 persuni li qed jiġu rekoverati l-isptar.

Liema huma l-każi l-ġodda?

  • Omm ta’ 41 sena u t-tifla tagħha ta’ sentejn
  • Professjonista tas-saħħa ta’ 47 sena
  • Professjonist tas-saħħa ta’ 24 sena
  • Professjonista tas-saħħa ta’ 26 sena
  • Professjonista tas-saħħa ta’ 41 sena li taħdem Karin Grech
  • Mara ta’ 30 sena

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn