Filmat: 5 każi ġodda; total ta’ 134

Read in English.

Covid-19 – Press Briefing 26-3-2020

Covid-19 – Press Briefing 26-3-2020

Posted by Health Promotion and Disease Prevention Directorate on Thursday, 26 March 2020

Ġew reġistrati 5 każi ġodda ta’ coronavirus f’Malta. Dan ifisseri li t-total tela’ għal 134 każ.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabru dan waqt konferenza tal-aħbarijiet fuq l-aħħar żviluppi dwar il-coronavirus. S’issa ma kienx hemm imwiet. Hemm żewġ persuni li fiequ.

Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci tat rendikont ta’ fejn qed jinżammu l-pazjenti.

Coronavirus Malta 26.03.20

Min qed jinżamm fejn?

  • 1 fl-ITU
  • 14 fl-infectious diseases unit (IDU)
  • 18 f’faċilità privata
  • L-oħrajn qed jinżammu d-dar

Liema huma l-każijiet il-ġodda?

Hemm mara Griega ta’ 28 sena li marret Ċipru. Ġiet lura Malta fid-19 ta’ Marzu u l-għada kellha sintomi.

Hemm raġel ieħor li kellu s-sintomi fis-16 ta’ Marzu. Dan huwa parti minn cluster ta’ 3 persuni.

Każ ieħor huwa ta’ professjonista tas-saħħa ta’ 60 sena. Ġiet lura mill-Ingilterra fl-20 ta’ Marzu. Ittieħdet l-isptar peress li diġà kellha kundizzjoni medika.

Hemm każ ta’ Malti ta’ 23 sena. Fil-famlija tiegħu kien hemm xi ħadd ieħor marid bil-COVID-19.

Hemm ukoll każ ta’ Maltija li ma kinetx siefret.


Illum il-konferenza tal-aħbarijiet bdiet għas-1.30pm minflok fin-12.30pm.

Saret ukoll laqgħa tal-Kabinett fil-Berġa ta’ Kastilja. Il-kabinett tal-Ministri s-soltu jiltaqa’ kull nhar ta’ Tlieta. Madanakollu bħalissa qed jiltaqa’ aktar frekwenti biex jiddiskuti l-iżviluppi kontinwi fil-kriżi tal-coronavirus. Fost l-oħrajn il-laqgħa ta’ jumejn ilu baqgħet għaddejja sa wara nofsillejl. Skont sorsi, f’din il-laqgħa ġiet diskussa l-għajnuna finanzjarja lin-negozji u l-ħaddiema.

Ilbieraħ ġew reġistrati 19-il każ ġdid ta’ COVID-19.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn