Filmat: L-aħħar tislima lil Frederick Azzopardi

Read in English.

Illum ingħatat l-aħħar tislima lil Frederick Azzopardi, id-deputat Nazzjonalista li miet is-Sibt filgħaxija fid-dar tiegħu f’Għawdex. Azzopardi kellu 71 sena.

Il-familjari, u għadd ta’ deputati kemm Nazzjonalisti kif ukoll Laburisti, attendew għall-funeral li sar fil-Knisja ta’ San Ġwann il-Battista fix-Xewkija hekk kif din hija l-ikbar knisja f’Għawdex biex dawk li jattendu jkunu jistgħu josservaw id-distanza soċjali.

F’messaġġ fuq Facebook, l-armla ta’ Frederick u t-tfal tagħhom appellaw biex minflok fjuri jingħataw donazzjonijiet lil Hospice Malta jew lill-għaqda Għawdxija Friends of the Sick and Elderly.

Newsbook.com.mt xandar filmati LIVE tal-funeral tiegħu, l-ewwel bil-korteo funebri li se jgħaddi mir-Rabat, Għawdex minn quddiem il-Każin tal-Partit Nazzjonalista fir-Rabat u minn quddiem il-każin tas-Soċjetà Filarmonika Leone li tagħha kien bandist għal diversi snin.

LIVE: L-aħħar tislima lil Frederick AzzopardiId-dettalji: https://bit.ly/3m9FOKE

Posted by Newsbook.com.mt on Wednesday, October 21, 2020

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech poġġa kuruna tal-fjuri fuq it-tebut ta’ Frederick Azzopardi hekk kif il-korteo funebri waqaf għal ftit minuti quddiem il-każin tal-PN. F’messaġġ fuq Facebook huwa qal li għal Frederick, il-politika kienet missjoni biex jagħmel il-ġid, mingħajr ħafna daqq ta’ trombi.

Illum inġbarna f'Għawdex biex nagħtu l-aħħar tislima lill-kollega u ħabib tagħna Frederick.Frederick ġentlom…

Posted by Bernard Grech on Wednesday, October 21, 2020