Follow Up: L-aċċessibiltà tal-persuni b’diżabbiltà għall-politika

Fil-programm Follow Up tal-Ħamis 24 ta’ Jannar, nitkellmu dwar l-aċċessibiltà tal-persuni b’diżabbiltà għall-politika. Għad hemm barrieri u ostakli biex persuni b’diżabbiltà jkollhom għażla ħielsa fil-proċess politiku? X’inhi l-esperjenza ta’ kandidati fil-politika li għandhom diżabbiltà? Niddiskutu dawn it-temi mal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, is-sur Oliver Scicluna. Nagħmlu wkoll kollegament ma’ Matthew Chetcuti, kandidat għall-Kunsilli Lokali f’isem il-Partit Laburista u ma’ Dr Kevin Cutajar, kandidat tal-Partit Nazzjonalista. Imexxi l-programm Dr George Vital Zammit.

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fil-5pm.