Filmat: Il-kumpaniji qed jiddiskutu kemm se jnaqqsu impjiegi – PN

Read in English.

Konferenza tal-ahbarijiet

Konferenza tal-ahbarijiet

Posted by Partit Nazzjonalista on Friday, March 20, 2020

Bħalissa l-kumpaniji qed jiddiskutu kemm se jnaqqsu impjiegi, skont il-MP il-ġdid tal-PN Ivan Bartolo.

Bartolo qal dan f’konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista dwar il-coronavirus.

Il-Viċi Kap tal-PN David Agius qal li 10% biss tal-pakkett tal-Gvern se jmur direttament lejn in-negozji privati. Agius qal li l-Gvern għandu jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma peress li l-prezz internazzjonali taż-żejt raħas.

Agius qal li gvernijiet ta’ pajjiżi Ewropej oħra qalu li mhux se jippermettu li jintilfu l-impjiegi.

Id-Deputat tal-PN Edwin Vassallo qal li l-bejgħ f’Malta bħalissa huwa prattikament ristrett għall-bejgħ tal-prodotti essenzjali. Qal li hemm ħafna negozji li bħalissa huma bla dħul però xorta għandhom spejjeż. Vassallo qal li idealment ma jintilfux ħajjiet u lanqas negozji minħabba l-coronavirus.

Vassallo qal li hemm ħafna dubji dwar min huwa eliġibbli għall-għajnuna li qed joffri l-Gvern. Żied jgħid li l-proposti tal-PN huma simili għal dawk li qed jipproponu l-imsieħba soċjali.

Id-Deputat il-ġdid tal-PN Ivan Bartolo qal li wara kull impjieg hemm persuna u familja. Spjega li fl-2009 kien imexxi kumpanija li kienet taħdem f’erba’ pajjiżi u kien iħaddem mal-180 ruħ. Qal li l-kriżi tal-coronavirus hija agħar min dik finanzjarja li kien qed jaffaċċja dak iż-żmien.

Bartolo spjega li meta sema’ li l-Gvern kien se jniedi pakkett ta’ għajnuna ta’ €1.81 biljun kien ferħan, però ra li 88% tal-pakkett ekwivalenti għal €1.6 biljun ma kienx sejjer direttamet lejn in-negozji.

Bartolo qal li d-diskussjonijiet fil-boardrooms bħalissa huma dwar kemm se jnaqqsu impjiegi.

Miżuri Prinċipali tal-Gvern

  • Il-miżuri se jiswew €1.81 biljun
  • €210 f’injezzjoni diretta (1.5% tal-Prodott Gross Domestiku): spejjeż addizjonali tal-Gvern li ma tniżżlux fil-Baġit 2020, fosthom fis-settur tas-saħħa.
  • €350 għal kull impjegat li se jkun fuq Leave ta’ kwarantina. Dawn se jingħataw lil min iħaddem talli ħallsu għal dan il-Leave.
  • Il-posponiment tat-taxxi se jiswew lill-Gvern €400-€700 miljun fiż-żmien immedjat sakemm jerġa’ jiġborhom fil-futur.
  • €150 miljun f’garanziji bankarji
  • €750 miljun f’soft loans
  • Il-Banek jistgħu jaċċettaw talbiet għal loans bi 3 tliet xhur moratorium.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn