Filmat: Dan mhux l-aħħar baġit tiegħi – Muscat

Budget 2020 | MALTA Inkomplu Nikbru Flimkien | Press Conference

Budget 2020 | MALTA Inkomplu Nikbru Flimkien | Press Conference

Posted by MaltaGov on Monday, October 14, 2019

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan ma kienx l-aħħar baġit tiegħu.

Muscat qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja meta kien mistoqsi jekk dan kienx l-aħħar baġit tiegħu. Muscat wieġeb “le” fost ċapċip minn dawk preżenti.

Wara d-diskors tal-Baġit, Muscat enfasizza li l-miżuri li tħabbru għandhom l-għan li jipremjaw lil dawk il-familji bieżla. Fakkar fil-miżura tat-tnaqqis tat-taxxa għal xi sigħat tal-overtime fost oħrajn. Spjega li dan il-baġit jiswa l-miljuni.

Muscat tkellem dwar iż-żieda fil-pensjonijiet u spjega li l-anzjani se jirċievu żieda ta’ €7 fil-ġimgħa. Qal li jekk l-ekonomija tkun sejra sew, il-Gvern ikun jista’ jerġa’ jżid il-pensjonijiet is-sena d-dieħla.

Muscat tkellem ukoll dwar ‘ir-rigal’ ta’ €300 li l-Gvern se jkun qed jagħti lin-nies li jkollhom tarbija. Semma kif l-iskema tal-first-time buyers żdiedet filwaqt li dawk ta’ ċerta eta li ma jaffordjawx id-down payment se jkunu jistgħu jisilfu sa €17,500 mingħajr imgħaxx.

Filmat: Ippreżentat il-Baġit 2020