Filmat: House arrest għal min wasal biex joħroġ mill-ħabs – PN

Read in English.

Mill-Parlament

Konferenza tal-Ahbarijiet

Posted by Partit Nazzjonalista on Thursday, 26 March 2020

Dawk il-priġunieri li jkunu waslu biex joħorġu mill-ħabs mat-tmiem tas-sentenza tagħhom għandom jinżammu taħt house arrest, skont il-PN.

Il-MP tal-PN Beppe Fenech Adami għadda din il-proposta waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar l-imxija tal-coronavirus.

Il-MP qal li hemm ħafna qraba ta’ priġunieri li huma nkwetati dwar is-saħħa tagħhom. Qal li hemm 458 ċella f’Kordin u li 200 minnhom qed jinqasmu bejn għadd ta’ persuni. Qal li l-akbar ċelel huma 3 metri bi 3 metri. Spjega li dan ifisser li l-priġunieri ma jistgħux jipprattikaw is-social distancing. L-awtoritajiet tas-saħħa qed jisħqu fuq l-importanza li n-nies iżommu metru ‘l bogħod minn xulxin.

Fenech Adami qal li l-priġunieri anzjani għandhom jiġu segregati, anke jekk barra mill-ħabs. Ippropona li għandu jinstab bini li jkun jista’ jżomm dawn il-priġunieri b’mod temporanju.

Il-MP tal-PN Beppe Fenech Adami qal li l-pulizija m’għandhomx biżżejjed protezzjoni kontra l-coronavirus.

Fenech Adami qal li aktar ma jiżdiedu l-każi tal-COVID-19 aktar se jkun hemm bżonn l-għajnuna tal-pulizija u s-suldati.

Il-MP tal-PN Toni Bezzina qal li hemm bżonn aktar protezzjoni għax-xufiera tat-trasport pubbliku.

X’ipporpona Bezzina?

  • Inqas użu tat-trasport pubbliku
  • Ilbies protettiv għax-xufiera
  • Ħlas ikun bit-Tallinja kard biss
  • Jintużaw hand sanitisers
  • Tittieħed it-temperatura tax-xufiera qabel ma jibdew xogħol

Il-MP Robert Cutajar qal li l-Kunsilli Lokali għandhom rwol x’jaqdu fil-komunitajiet rispettivi tagħhom.

“Il-Kunsilli għandhom ikunu fuq quddiemnett fil-kampanji ta’ edukazzjoni u informazzjoni biex iwasslu kull informazzjoni possibbli lill-pubbliku kif ukoll għajnuna lill-komunità kummerċjali fil-lokalitajiet tagħna u dan billi jagħmlu użu primarjament mill-mezzi soċjali,” qal Cutajar.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn