Filmat: Inti kont l-‘Isqof twajjeb’ – L-Isqof Scicluna

L-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna ddeskriva lill-Mons. Pawlu Cremona bħala l-'Vescovo Buono', b'referenza għat-tmexxija tiegħu tal-Knisja f'Malta matul l-aħħar tmien snin.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Kurja tal-Arċisqof dwar ir-riżenja tal-Arċisqof Pawlu Cremona, l-Isqof Scicluna qal li l-Arċisqof il-ġdid għandu jkun bniedem ta' djalogu u bniedem ta' Alla, qrib ħafna tan-nies u jkun kapaċi jibni pontijiet bejn in-nies u ma' Alla.
Min-naħa tiegħu n-Nunzju Appostoliku Aldo Cavalli spjega kif il-proċess biex jinħatar Arċisqof ġdid mistenni jieħu madwar erba' xhur.
Ritratt: Photocity