Filmat: L-infermiera tal-Emerġenza jidħlu mal-GWU – Bugeja

LIVE: Konferenza tal-aħbarijiet mill-General Workers Union

Posted by Newsbook.com.mt on Tuesday, 24 March 2020

Il-General Workers Union (GWU) qalet li issa l-infermiera kważi kollha tad-Dipartiment tal-Emerġenza jaqgħu taħthom.

Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet. B’kollox fid-dipartiment hemm 90 ruħ, però ma ntqalx in-numru preċiż ta’ kemm issieħbu persuni mal-GWU. Skont il-GWU għadd ta’ infermiera kienu membri ta’ unjin oħra u ħassew li xtaqu jissieħbu ma’ unjin differenti.

Il-GWU qalet li ma talbitx rikonoxximent uffiċjali mill-amministrazzjoni tal-isptar Mater Dei.

Fi stqarrija l-GWU qalet li qed twessa’ l-bażi tal-membri tagħha billi se tibda tieħu ħsieb l-interessi ta’ grupp ġdid ta’ ħaddiema professjonisti fil-qasam tas-saħħa.

“Dan huwa pass important għall-GWU li se tkompli żżid u ssaħħaħ il-preżenza tagħha fil-qasam mediku,” qalet il-GWU.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn