Filmat: “Mhux ma qbilniex, imma kien hemm bżonn fine tuning”

Read in English.

Deputy Prime Minister and Minister for Health Chris Fearne and Minister for Gozo Clint Camilleri addresses a press conference about COVID-19 preparations in Gozo.

Deputy Prime Minister and Minister for Health Chris Fearne and Minister for Gozo Clint Camilleri addresses a press conference about COVID-19 preparations in Gozo.

Posted by Covid19 Malta on Saturday, 28 March 2020

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li kien hemm bżonn fine tuning fid-deċiżjoni dwar lockdown għall-anzjani u ma kienx każ ta’ nuqqas ta’ qbil. Huwa sostna li kull deċiżjoni li tittieħed trid issosstni lill-popolazzjoni fit-tul.

Waqt li wieġeb għall-mistoqsijiet ta’ Newsbook.com.mt, il-Ministru Fearne stqarr li kien hemm żewġ laqgħat tal-Kabinett li fihom kien hemm. Żewġ konklużjonijiet differenti. Spjega li l-Ħamis il-Kabinett qabel li jdaħħal miżuri għall-anzjani u l-persuni vulnerabbli. Kompla jgħid li fiċ-ċirkostanzi li dejjem qed jinbidlu nħass il-bżonn li jkun hemm xi tibdil.

Huwa aċċerta li t-tibdil dwar il-lockdown sar mhux għax ma kienx hemm qbil iżda għax kien hemm bżonn fine tuning. Meta mistoqsi dwar l-Avviż Legali dwar din id-deċiżjoni, il-Ministru aċċerta lill-ġurnalisti li din se tiġi ppubblikata “fil-minuti li ġejjin”.

10 każijiet ġodda ta’ coronavirus

Fil-konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Chris Fearne ħabbar li nstabu 10 każijiet ġodda ta’ Covid-19 u dwar dan se tkun qed tidħol fid-dettall is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci aktar tard mal-ġurnata.

Coronavirus Malta -28.03.20

Huwa ħabbar ukoll li f’Għawdex se jkun hawn total ta’ 123 sodda għall-pazjenti bil-Covid-19 filwaqt li s-sodod fl-ITU se jitilgħu għal 20 bi 13 minnhom ikunu għal pazjenti bil-Covid-19.

Dwar l-iskola medika ta’ Barts, il-Ministru Fearne qal li l-amministrazzjoni tal-iskola għamlet il-bini disponibbli għall-awtoritajiet fejn bħalissa qed isir it-taħriġ għall-professjonisti kif ukoll tista’ tintuża għall-pazjenti bil-Covid-19 li jkollhom sistema ta’ immunità baxxa.

Il-Ministru Fearne qal li f’laqgħa li saret fl-aħħar jiem mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), Malta ssemmiet bħala pajjiż mudell f’dak li għandu x’jaqsam il-kura ta’ pazjenti bil-Covid-19.

Il-Ministru Clint Camilleri kkonferma  l-aħbar ta’ Newsbook.com.mt li l-anzjani fir-Residenza Sant’Anna tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex se jinħarġu u jittieħdu f’lukanda fir-Rabat, Għawdex. Huwa qal li dan l-arranġament se jipprovdi biex ikun hemm 80 sodda oħra li jistgħu jintużaw għall-pazjenti bil-Covid-19.

Min-naħa tagħha, il-President ta’ Steward Health Care f’Malta Dr Nadine Delicata qalet li l-iswabs għall-coronavirus qed isiru kemm fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kif ukoll fil-komunità. Hija kkonfermat ukoll li t-testijiet ta’ dawn l-iswabs qed isiru f’Malta fil-laboratorju tal-isptar Mater Dei.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn