Filmat: L-iskejjel magħluqin sa Ġunju

Konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici

Konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici

Posted by Edukazzjoni on Saturday, 28 March 2020

L-iskejjel kollha se jibqgħu magħluqin sal-aħħar ta’ Ġunju, skont il-Ministru għall-Edukazzjoni.

Punti ewlenin

  • L-iskejjel kollha magħluqin sal-aħħar ta’ Ġunju
  • L-O levels se jsiru bi predictive marking
  • L-A levels se jsiru f’Settembru; resits f’Diċembru
  • L-istudenti tas-snin 4,5,6,7,8,9, u 10 se jimxu għas-sena li jkun imiss
  • L-eżamijiet ta’ dawk li qegħdin l-Università se jsiru onlajn f’Ġunju
  • Helpline dwar it-tibdil: 25981000

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Owen Bonnici tkellem dwar l-aħħar miżuri li qed jittieħdu fil-qasam edukattiv minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici qal li l-O u l-A levels mhux se jsiru f’April.

Għall-O levels se jkun hemm metodu ta’ predictive assessment. Min ikun irid jagħmel eżami xorta waħda, jista’ jagħmel dan f’Settembru.

L-ewwel sessjoni tal-A levels u l-intermediates se ssir f’Settembru. Se jkun hemm sessjoni ta’ resits f’Diċembru.

L-eżamijiet tal-istudenti li diġà qegħdin l-università se jsiru f’Ġunju. Però s’issa l-eżamijiet mhux se jsiru fis-swali mil-miktub. Ir-Rettur qal li l-eżamijiet se jsiru online. L-assessjar se jkun abbażi ta’ assignments u multiple-choice questions fost l-oħrajn.

Il-Ministru Owen Bonnici qal li dan kollu huwa pakkett tajjeb fiċ-ċirkostanzi.

Skont Bonnici hemm xi skejjel li jista’ jkun m’għamlux l-eżamijiet mock fis-suġġetti kollha. Qed isiru diskussjonijiet ma’ dawk l-iskejjel biex tinstab it-triq ‘il quddiem.

Qal ukoll li ħarġu punti pożittivi mis-sitwazzjoni. Semma’ l-eżempju tar-Rettur tal-Università li qatt ma kien għallem onlajn qabel u li issa qed jeperjenza xi ħaġa ġdida.

Għal mistoqsijiet dwar dan it-tibdil wieħed jista’ jċempel: 25981000

Wieħed jista’ jaqra l-miżuri f’aktar dettal minn hawn:

Intant, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni Clyde Puli stqarr li hemm bżonn iktar direzzjoni u ppjanar bi-quddiem fil-metodi tal-e-learning. Appella biex jiġu kkjarifikati l-kriterji li bihom il-Matsec se tkun qed tikkalibra u timmodera l-karti tal-mock examinations, sabiex isir standardizzazzjoni rett u ġust.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn