Filmat: 19-il każ ġdid fosthom raġel ta’ 81 sena

Is-Superintendent għas-Saħħa Pubblika, Prof. Charmaine Gauci, qalet li mit-testijiet li saru lbieraħ irriżulta 19-il każ ġdid. 488 swabs, 80 kienu tal-ġurnata ta qabel. Total ta’ 128 każ.

Prof. Gauci qalet li sa issa f’Malta saru total ta’ 3,819 swab.

  • 19-il każ ġdid; total ta’ 129 każ
  • 8 każi relatati ma’ vjaġġar: 4 mill-Ingilterra; 1 minn Spanja; 2 mill-Awstrija; 1 mill-Polonja
  • 4 każi ta’ trażmissjoni lokali marbuta ma’ każi eżistenti
  • 7 każi ta’ trażmissjoni lokali, mhux magħruf minn fejn ġie: Dawn jinkludu raġel ta’ 81 sena u ħaddiem fis-settur tas-saħħa
  • Appell mill-ġdid biex kemm nistgħu noqogħdu ġewwa
  • Ilbieraħ saru 488 swabs – 80 kienu minn tal-ġurnata ta’ qabel
  • Malta hi fost l-iktar pajjiżi li qed jagħmel testijiet

Prof. Gauci qassmet il-każi ġodda fi tliet gruppi Relatati ma’ safar, grupp ieħor relatati ma każijiet contact tracing u grupp ta’ trażmissjoni lokali.

8 każijiet relatati ma’ safar

Erba’ każijiet li kienu ġejjin mill-Ingilterra. Dawn huma mara Maltija ta’ 47 sena, mara Maltija ta’ 23 sena, Ingliż li jgħix Malta ta’ 54 sena u ibnu ta’ 22 sena.

Każ ieħor ta’ mara Spanjola ta’ 40 sena residenti Malta li ġiet minn Spanja.

Żewġ każijiet relatati ma’ xulxin li kienu ġejjin mill-Awstrija relatati ma’ xulxin. Dawn huma raġel ta’ 52 sena u żagħżugħ ta’ 19-il sena.

Il-każ l-ieħor huwa ta’ mara Maltija li kienet ġejja mill-Polonja, hi għandha 56 sena.

4 każijiet ta’ contact tracing

Il-każi f’din il-kategorija huma kollha persuni li nstabu minħabba contact tracing li kien qed isir b’rabta ma’ persuni li diġà nstabu pożittivi. Prof. Gauci qalet li din l-istrateġija hija tajba għax b’hekk persuni jiġu iżolati skont il-bżonn.

Każ minnhom huwa raġel ta’ 21 sena Malti, relatat ma’ żewġ każi oħrajn ta’ residenti fir-residenza ta’ Aġenzija Sapport. Qed issir ħidma fil-post għall-kwarantina u sabiex is-sitwazzjoni ma tinfirixx.

Raġel Malti ta’ 58 sena li huwa qarib ta’ healthcare worker li kien instab pożittiv. Malti ieħor ta’ 36 sena li kellu kuntatt ma’ raġel li nstab pożittiv waqt li kien il-gym.

Mara Maltija ta’ 52 sena li nstabet pożittiva hija qariba ta’ mara oħra li kienet instabet pożittiva qabel.

7 każijiet ta’ trażmissjoni lokali

Prof Gauci spjegat kif seba’ minn dawn il-każijiet huma ta’ trażmissjoni lokali u ma nstabx minn fejn eżatt setgħu ġew infettati dawn il-persuni. Il-każi huma:

  • Raġel Malti ta’ 27 sena
  • Raġel Taljan li jgħix Malta ta’ 38 sena
  • Healthcare worker mara Maltija ta’ 24 sena
  • Healthcare worker ieħor Ċiniż ta’ 23 sena li jgħix hawn Malta u ma kienx imsiefer
  • Raġel Malti ta’ 47 sena
  • Mara Maltija ta’ 60 sena
  • Raġel Malti ta’ 81 sena

Prof. Gauci spjegat li r-raġel Malti ta’ 81 sena ddaħħal l-Isptar Mater Dei u qiegħed fil-kura tal-IDU. Il-kundizzjoni tiegħu hija stabbli. Pazjenti li huma anzjani b’riskju ta’ kumplikazzjonijiet ikbar qed jiġu segwiti b’reqqa. Il-Professur spjegat li hu jinsab f’kundizzjoni tajba.

Kif inhu r-raġel ta’ 61 sena fl-ITU?

Prof. Gauci tkellmet dwar ir-raġel ta’ 61 sena li jinsab fl-ITU għadu instabbli, imma mhux qiegħed f’qagħda kritika.

Il-ġurnalisti jistaqsu

Prof. Gauci spjegat li s’issa kien hemm żewġ persuni biss li fiequ filwaqt li l-unika persuna li qiegħed f’kundizzjoni medika instabbli huwa r-raġel ta’ 61 sena.

Mistoqsija dwar meta se jasal il-peak, Prof. Gauci qalet li diffiċli li wieħed jgħid meta se jkun dan. Madanakollu spjegat li bħalissa qed jaħdmu biex kemm jista’ jkun titnaqqas il-firxa f’daqqa tal-virus.

Mistoqsiji dwar persuni li mardu fi spiżeriji. Prof. Gauci qalet li kien hemm każ wieħed ta’ persuna infettata fi spiżerija. Qalet li sar contact tracing ta’ impjegati fl-istess spiżerija.

Mistoqsija dwar il-persuni li mardu bi trażmissjonijiet lokali. Prof. Gauci spjegat li huma jieħdu nota ta’ meta persuna tkun ġiet infettata. Imbagħad isir contact tracing tal-persuna sa ġurnata qabel ma’ din tkun żviluppat is-sintomi.

Hi appellat sabiex l-anzjani jieqfu joħorġu fil-pjazez. Qalet li huwa importanti li kemm jista’ jkun kulħadd jagħmel telefonata lil xi anzjan jew persuna li għandha mard kroniku biex dawn ma joħorġux.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn