Il-Pulizija tgħid li kien arrestat il-moħħ wara l-qtil doppju

Read in English.

Konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Kummissarju tal-Pulizija

Konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Kummissarju tal-Pulizija

Posted by The Malta Police Force on Tuesday, August 25, 2020

Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà indirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar l-omiċidju f’Tas-Sliema li seħħ fit-18 ta’ Awwissu fejn inqatlu żewġ persuni. Hawn ħareġ li llum kien arrestat raġel li qed jitlaqqam bħala l-moħħ wara l-qtil doppju.

Punti ewlenin:

  • Raġel barrani suspettat bħala l-moħħ wara l-qtil doppju.
  • Il-Pulizija tgħid li l-mottiv wara l-qtil kien serq ladarba nsteraq id-deheb li kien fuq iż-żewġ vittmi.
  • Id-deheb misruq s’issa għadu ma nstabx.
  • Intabet il-karozza li biha ħarbu t-tliet persuni li wettqu d-delitt doppju, kellha pjanċi differenti, iżda l-pjanċi nstabu fil-karozza.
  • Il-karozza li allegatament intużat fl-omiċidju ntużat nstabet f’parkeġġ qrib l-Isptar San Luqa.
19:16 Il-konferenza tal-aħbarijiet tasal fi tmiemha. Grazzi talli segwejtuna.
Nicole Borg
19:15 Hu appella li dan huwa stadju delikat fl-investigazzjoni, u b'hekk il-ġurnalisti għandhom ikunu kawteli fir-rappurtaġġ tagħhom.
Nicole Borg
19:13 Gafà qal li mit-tfittxijiet li għamlu sa dalgħodu, ma nstab l-ebda deheb li seta' nsteraq mir-residenza però nġabru affarijiet oħra li jista' jkun għandhom x'jaqsmu mad-delitt.
Nicole Borg
19:12 Dwar il-mottiv Gafà qal li l-Pulizija s'issa għadha qed tifhem li kienet serqa ladarba minn fuq il-vittmi nsteraq ammont sostanzjali ta' deheb.
Nicole Borg
19:11 Semma li l-arma kienet f'idejn il-vittma u nħatfitlu minn idejh. Qal li hemm testijiet forensiċi li se jkunu qed isiru biex ikun stabbilit jekk kinitx l-istess arma li ntużat fid-delitt.
Nicole Borg
19:08 Qal li l-Pulizija kienet konxja li sejra tarresta persuna perikoluża. Il-Pulizija kollha kienu mgħammra b'armi tan-nar u bullet proof vests biex ikunu protetti dawn il-membri tal-Korp tal-Pulizija.
Nicole Borg
19:08 Gafà qal li ż-żewġ persuni li kien hemm fil-post m'għandhomx x'jaqsmu mal-omiċidju. Qal imma li persuna oħra qed tinżamm mill-Pulizija b'rabta ma' ħabi ta' persuna.
Nicole Borg
19:06 Qal li ma jistax jagħti aktar dettalji tal-każ, u talab kawtela mill-midja biex il-ġustizzja tkun tista' ssir.
Nicole Borg
19:05 Qal li waqt l-arrest intużaw erba' flashbangs li l-għan tagħhom huma li jiddiżorjentaw il-persuni li jkunu fil-post. Qal li f'dan il-ħin ir-raġel qed jinżamm fil-lockup fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. Qabel ma nżamm fil-lockup, hu ttieħed biex jagħmel check-up għax ilmenta b'xi uġiegħ fi snienu.
Nicole Borg
19:04 Gafà qal li waqt l-arrest, il-Pulizija ħadet il-prekawzjonijiet kollha. Kienu mgħammra b'bullet proof vests u kienu armati. Minn id il-persuna arrestata, il-Pulizija ħatfet arma tan-nar.
Nicole Borg
19:04 Spjega li r-raġel arrestat instab ma' żewġ persuni oħra, b'waħda minnhom tinsab arrestata mill-Pulizija.
Nicole Borg
19:03 Insista li l-arrest tal-lum wassal għall-koordinazzjoni bejn is-setturi varji fil-Korp tal-Pulizija.
Nicole Borg
19:02 Qal li llum fis-1.15pm, il-Pulizija wasslet għall-arrest ta' persuna barranija li qal li ma jistax jikxef l-identità tagħha. Qal li dan l-arrest sar frott ta' investigazzjonijiet forensiċi li saru fl-aħħar jiem. Qal li dan ir-raġel qed ikun ikkunsidrat bħala s-suspettat prinċipali tal-każ – il-moħħ wara l-każ.
Nicole Borg
19:00 Minn dakinhar, il-Pulizija komplew jinvestigaw fejn waslu biex sabu l-vettura bi pjanċi differenti li allegatament intużaw dakinhar tar-reat. Fil-vettura nstabu oġġetti li jorbtu l-vettura max-xena tar-reat, kemm ħwejjeġ, kif ukoll propjetà li ttieħdet mill-post u l-pjanċi li kien hemm fuq il-vettura dakinhar tad-delitt. Instabu wkoll żewġ reppliki ta' armi tan-nar.
Nicole Borg
19:00 Semma li l-vettura li ntużat kienet insterqet sentejn qabel fil-Gżira. Qal li potenzjalment minn fuq il-post insteraq deheb minn fuq iż-żewġ vittmi u b'hekk il-Pulizija qed tqis dan il-każ bħala każ relatat ma' serqa.
Nicole Borg
18:58 Gafà qal li fl-10.19pm kien hemm tliet persuni li dehru deħlin fir-residenza tal-persuni li nqatlu. Qal li llum jista' jikkonferma li kien hemm sitt tiri ta' pistola 9mm. Macejovski kelli tir f'moħħu, min-naħa tiegħu Pandolfino qala' erba' tiri. Kien hemm tir li ma laqat lil ħadd.
Nicole Borg
18:58 Qal li dan huwa s-sitt każ ta' omiċidju din is-sena, u sostna li l-ħamsa ta' qabel ġew kollha solvuti. Insista li l-Korp għandu fih investigaturi b'saħħithom u tajbin.
Nicole Borg
18:57 "Nies li fl-eqqel tas-sajf kienu 'l bogħod mill-familji tagħhom, kien hemm min daħal mil-leave tiegħu, taw l-enerġija tagħhom biex lil dan il-qtil doppju nsibu tarf tiegħu," qal Gafà.
Nicole Borg
18:56 Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà qal li din hija konferenza relatata mal-qtil doppju li seħħ bħal-lum ġimgħa. Beda billi feraħ lill-kollegi sħabu li fl-aħħar ġranet irnexxielhom biex illum jimxu pass importanti fl-investigazzjonijiet.
Nicole Borg
18:53 Preżenti għal din il-konferenza tal-aħbarijiet se jkun hemm is-Supretendent Ramon Cassar, il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà, l-Assistent Kummissarju Sandro Galea u l-Ispettur James Grech mill-Iskwadra tal-Omiċidji.
Nicole Borg
18:52 Newsbook.com.mt jinsab LIVE mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana, fejn minn ħin għall-ieħor se tkun qed tibda l-konferenza tal-aħbarijiet.
Nicole Borg

Propju llum, il-Pulizija wettqet rejd fil-Furjana fejn sar l-arrest ta’ xi persuni allegatament b’rabta mal-istess omiċidju doppju. Il-konferenza tal-aħbarijiet se tkun qed tibda fis-6.45pm u se ssir fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.

It-tabib Chris Pandolfino u s-sieħeb tiegħu Ivor Maciejowski nqatlu kiesaħ u biered f’residenza fi Triq Locker f’Tas-Sliema.

Lura fit-18 ta’ Awwissu:
Jinqatlu żewġt irġiel f’Tas-Sliema