Filmat: 2 każi ġodda tal-coronavirus; 4 fl-ITU

Aġġornat 08:04 AM

Read in English.

Is-Superintendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci ħabbret żewġ każi tal-coronavirus. Dan wara li saru total rekord ta’ 585 swab. B’hekk fil-pajjiż issa hawn total ta’ 151 każ.

Prof. Gauci fakkret li dan ma jfissirx li qe djonqsu l-każijiet hekk kif il-pajjiż għadu fil-bidu tal-curve tiegħu. Semmiet li r-raġel ta’ 72 sena fl-ITU għadu f’qagħda kritika. Ilbieraħ ġew trasferiti żewġ każijiet oħrajn, li m’għandhomx bżonn ventilator imma qed jiġu mmonitorjati fl-ITU. Fl-ITU hemm erba’ persuni pożittivi u persuna li qed isirula testijiet biex jiġi determinat jekk hux ukoll pożittiv għall-virus.

Coronavirus Malta -29.03.20

L-ewwel każ huwa ta’ mara Maltija ta’ 53 sena li bdiet bis-sintomi ta’ deni, uġigħ fil-griżmejn, diarrhoea fl-24 ta’ Marzu. Hi ma sifritx imma qarib tagħha, li kien imsiefer l-Ingilterra, fit-23 ta’ Marzu wkoll kien żviluppa sintomi. Persuna li kellha kundizzjonijiet mediċi fil-familja kienet sabet post fejn tgħix qabel mal-qarib ġie lura mill-Ingilterra.

It-tieni każ huw ata’ raġel Malti ta’ 39 sena. Fil-15 ta’ Marzu beda b’uġigħ ta’ ras u fil-griżmejn. Ilbieraħ mar sabiex isirulu t-testijiet. Hu ma kienx imsiefer iżda jaħdem ma’ kumpanija privata. Jidher li kien hemm xi ħadd fuq il-post tax-xogħol li kien imsiefer u kellu xi sintomi. Qed isir contact tracing tal-post tax-xogħol.

Il-Professur Gauci appellat biex minkejja li llum ġurnata sabiħa, m’għandhomx joħorġu. Il-Pulizija se jkunu qed iferrqu l-pubbliku f’postijiet li f’jiem bħal dawn l-aktar jiffrekwentaw in-nies.

Intant, il-Prof. Gauci appellat li biex dawk li sarulhom it-testijiet, xorta joqgħodu attenti u joqgħodu ġewwa. Dan għaliex huma jkollhom tipi differenti ta’ viruses li bihom xorta jistgħu jmarrdu persuni oħrajn.

Jistaqsu l-ġurnalisti…

Il-Prof. Gauci qalet li mal-iswabs qed ikun hemm persuni li mhumiex sintomatiċi biex jaraw hemmx xi tip ta’ firxa oħra.

Qalet li lill-persuni li jinsabu pożittivi qed jiġu mmonitorjati. Qalet li s’issa m’hemmx każi oħra ta’ persuni li huma negattivi. Qalet li meta persuna li tinstab li fieqet xorta tintalab tibqa’ 15-il jum fi kwarantina mandatorja wara l-fejqan bħala prekawzjoni.

Mistoqsija dwar persuni li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa li għandhom mard kroniku. Il-Prof. Gauci qalet li dawn jistgħu jiddeċiedu li xorta waħda jibqgħu jaħdmu. Qalet li hemm min qed janalizza kull sitwazzjoni u li deċiżjoni dwar jekk persuna taħdimx jew le tittieħed skont il-każ xi jkun u x’jikkonsisti l-impjieg tal-persuna.

If you want to be the first to receive the latest news on the coronavirus in Malta, download the Newsbook APP here.