Follow Up: Kemm għandu jogħla l-bini fl-irħula?

Fil-programm Follow Up tal-lum 8 ta' Frar fuq RTK 103FM, Josianne Camilleri tintervista lill-Perit Tara Cassar dwar il-bini għoli fil-qalba tal-irħula.
Aktar kmieni waqt il-programm tkellimna ma' Graham Sansone l-Assistent Kap ta' skola li safa attakkat minn gwardjan tal-iskola. Tkellimna wkoll mas-Sur John Portelli dwar il-pestiċida glyphosate. Illum il-Parlament Ewropew approva li jinħatar kumitat biex jinvestiga l-geoblocking. Tkellimna fuq dan is-suġġett ma' Matthew Borg.
Insegwu wkoll intervista ma' Abigail Mamo mill-GRTU dwar kif is-sistema tal-punti qed taffetwa lis-sidien tan-negozji.

Segwi l-programm hawn: