Filmat: Kaos ta’ kju fiċ-Ċirkewwa; issejħu lill-Pulizija

🔴 LIVE: Kaos ta’ kju fiċ-Ċirkewwa; issejħu lill-PulizijaDettalji: http://bit.ly/2MxFSqb

Posted by Newsbook.com.mt on Friday, August 24, 2018

Hekk kif mal-ġurnata kien hemm ħafna li qasmu lejn Għawdex, fl-aħħar sigħat kien hemm kaos fit-triq taċ-Ċirkewwa li minnha jwassal għat-terminal tal-vapur.

B’konsegwenza ta’ hekk, Minħabba li l-karozzi bdew jiffurmaw kju twil, għadd ta’ karozzi tal-linja weħlu fit-traffiku u damu ma waslu fid-destinazzjoni.

Il-blogger ta’ Newsbook.com.mt Daniel Cilia kien fiċ-Ċirkewwa u qalilna li s-sitwazzjoni tranġat hekk kif issejjaħ Pulizija biex jorganizza t-traffiku li kien hemm u minn kaos, il-karozzi ffurmaw kju organizzat għall-vapur ta’ Għawdex.

Persuni fuq il-post qalu ma’ Newsbook.com.mt li għadd ta’ persuni pparkjaw fiċ-Ċirkewwa biex jattendu għall-festa f’Għajnsielem fejn illum isir il-marċ popolari tul Triq l-Imġarr imsejjaħ “il-Marċ Ta’ Balzunetta”.