Kanonizzat Qaddis Ingliż ġdid wara 40 sena

Read in English.

Il-Papa Franġisku llum ikkanonizza Qaddis Ingliż ġdid wara 40 sena. Il-Kardinal John Henry Newman se jiġi kanonizzat illum.

John Harry Newman twieled f’Londra fi Frar 1801 u miet f’Awwissu 1890. Dan it-teologu u poeta famuż l-ewwel kien saċerdot Anglikan imma aktar tard kien ordnat saċerdot fil-Knisja Kattolika u eventwalment sar ukoll Kardinal.  Hu għandu post important fl-istorja reliġjuża tal-Ingilterra.

Kien wieħed mill-mexxejja ta’ dak li baqa’ magħruf bħala l-Oxford Movement li jaf il-bidu tiegħu fl-Universita ta’ Oxford fl-1833 bil-ħsieb li jressq il-Knisja Anglikana u dik Kattolika aktar lejn xulxin. Hu meqjum kemm mill-Kattoliċi kif ukoll mill-Knisja Anglikana. Meta sar saċerdot Kattoliku kien waqqaf l-Oratorju San Filippu Neri fl-Ingilterra.

Il-Papa Benedittu XVI kien ibbeatifikah f’Settembru tal-2010. L-aktar poeżija-innu li hu magħruf għaliha hi “Lead kindly light.”

Paladin tal-kuxjenza

Ġurnali internazzjonali qed jgħidu li l-Prinċep Charles se jkun qed jattendi l-kanonizzazzjoni f’Ruma. Charles, li bħala eredi għat-tron fl-Ingliterra se jkun il-kap tal-knisja Anglikana, wirt tar-Re Neriku VIII, se jiltaqa mal-avukat Melissa Villalobos li fieqet permezz tal-interċessjoni tal-Kardinal Newman u kien il-miraklu li wassal għall-kanonizzazzjoni. HUwa faħħar il-kontribut tal-Karbinal, mhux biss biex iqarreb lill-Kattoliċi u lill-Anglikani imma ukoll għall-valuri ta’ dan il-qaddis. “F’dan il-qaddis kull min jgħożż il-kuxjenza f’baħar ta’ relattiviżmu morali, isib paladin” qal il-Prinċe Charles. Żied li f’epoka fejn qed naraw attakki kontinwi fil-komunitajiet tagħna, attakki ta’ intorlleranza minħabba reliġjon, Newman huwa xempju ta’ dak li żamm sod mal-fidi tiegħu minkejja li din il-fidi kienet iżżommu milli jimxi l-quddiem fil-ħajja publika.

L-aħħar qaddis Ingliż kien ikkanonizat fl-1976. Kien Fr John Ogilvie li kien miet martri fl-1639.