Filmat: ‘Persuni reqdin fuq il-bankini; għalhekk tlabna l-forzi tal-ordni’

Il-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat qal li l-forzi tal-ordni ntalbu li jinżlu fil-Marsa u postijiet oħra biex ikun hemm iktar ordni, wara li n-nies ilmentaw li persuni qed jorqdu fuq il-bankini u dan nissel biża’.

Fl-ewwel attività politika tal-Partit Laburista fil-kampanja elettorali, Muscat kien intervistat it-Tnejn fil-Marsa. Waqt l-intervista huwa kien mistoqsi dwar l-immigrazzjoni. Il-Mexxej tal-Partit Laburista semma’ kif diversi nies qalulu li l-presenza ta’ persuni reqdin fuq il-bankini kien qed toħloq biża’. Spjega li dan wassal biex il-Gvern talab lill-forzi tal-ordni jinżlu fit-triq biex ikun hemm ħarsien ta’ iktar ordni.

Muscat qal li t-talba li saret lill-forzi tal-ordni ma għandiex x’taqsam mal-kulur tal-ġilda tal-persuna iżda hi kwistjoni li ‘l-liġi qegħda hemm għal kulħadd’.

Muscat qal li wkoll li l-Partit Nazzjonalista huwa nkonsistenti fuq l-immigrazzjoni bil-Partit Nazzjonalista jwieġeb li l-Gvern kien telaq mis-summit dwar l-immigrazzjoni mingħajr ftehim.

Muscat saħaq li l-Gvern qed imur quddiem l-Unjoni Ewropea u jgħid li Malta tista’ tkun parti mis-soluzzjoni iżda mhux li terfa’ l-piż tal-immigrazzjoni waħidha. B’referenza għal ftehim ad hoc li saru fl-aħħar sena bejn Stati Membri, Muscat qal li Malta lesta tkun parti minn soluzzjoni iżda li mhux li tkun hi s-soluzzjoni.

‘Il-krejnijiet u t-trab idejquk meta jkunu ħdejk u mhux tiegħek’ – Muscat

Muscat sostna li f’Malta hemm progress, u dan huwa rifless fil-postijiet ġodda li qed jinbnew. Huwa kompla jgħid li aktarx il-krejnijiet u trab li jdejjaq lin-nies li jkunu jinsabu ħdejhom iżda dan mhux il-każ meta wieħed ikun qed jibni huwa stess.

Muscat kompla jgħid li għalhekk hawn postijiet fejn wieħed jista’ jmur jimxi hemm bżonn ta’ postijiet fejn in-nies jirrikreaw ruħhom. Iddeskriva dak li ħabbar il-Ħadd bħala “opportunity cost” kbira ħafna, u spjega li hekk kif minflok jibnew fabbriki se jkunu qed ikun spazju miftuħ organizzat li qabblu ma’ Ta’ Qali.

Iktar tard Muscat qal li l-post fejn kien hemm il-power station irrid jiġi żviluppat b’tali mod li jkun post ta’ żvog għan-nies tal-inħawi.

‘Muscat kien taparsi jsabbat saqajh matul is-summits, imma telaq mis-summit bla ftehim’ – PN

Intant il-Partit Nazzjonalista rrefera għal Valletta Summit li sar dwar l-immigrazzjoni. Sostna li minkejja wegħdi li se tinstab soluzzjoni mill-Prim Ministru dak iż-żmien sal lum għadt m’hemmx din is-soluzzjoni. Sostna li minkejja Muscat kien ‘isabbat saqajh biex ikun hemm ftehim dwar l-immigrazzjoni bejn l-istati membri, huwa baqa’ bla ftehim’.

AQRA: Il-Polonja bla rappreżentanza għall-Valletta Summit dwar l-immigrazzjoni

AQRA: Filmat: Fil-Valletta Summit jintlaħaq qbil fuq pjan ta’ azzjoni għall-immigrazzjoni

AQRA: L-ebda ftehim dwar l-immigrazzjoni fis-summit tal-mexxejja tal-UE

Il-Partit Nazzjonalista saħaq li kien, għadu u jibqa’ favur id-drittijiet fundamentali tal-bniedem speċjalment il-protezzjoni tal-ħajja u d-dinjità tal-bniedem.

Il-Partit Nazzjonalista rrefera għall-ħidma li saret mill-Ewroparlamentari Nazzjonalisti li ħadmu fuq liġi fil-Parlament Ewropew biex tissaħħaħ is-sigurtà bejn il-fruntieri tal-Unjoni Ewropea.

AQRA: Il-Parlament Ewropew jgħaddi liġi dwar il-fruntieri nnegozjata minn Metsola

Aktar mill-kampanja elettorali llum: