Sitwazzjoni “suspettuża” fl-FIAU meta beda jiġi investigat Schembri

Miguela Xuereb

X’qal Manfred Galdes fix-xhieda tal-lum?

  • Galdes jgħid li kienet “suspettuża l-affari” kif ma ngħatawx riżorsi lill-FIAU meta beda jiġi investigat Keith Schembri
  • Il-PEPs li ġew investigati fl-informazzjoni li għadda lill-Kummissarju kienu fil-Gvern
  • Ma ntużatx il-proċedura normali minħabba ‘min’ kien involut fil-każ
  • Ħass li dak li kellu jsir ma kienx qed isir u ma kienx hemm bizzejjed rizorsi
  • Hemm każijiet tal-FIAU li ma ħarġux fil-pubbliku
  • Impjegati fl-FIAU kienu jużaw il-blogg ta’ Daphne biex jiġbru informazzjoni
  • Kien hemm biżżejjed informazzjoni biex il-Pulizija tinvestiga
  • Darba kien hemm min prova jinfluwenzah direttament u darbtejn influwenza indiretta

Xi spikka milli qal Kenneth Farrugia?

  • Intbagħtu lill-Pulizija rapporti dwar 15-il każ b’rabta mal-Panama Papers
  • Kien hemm rapporti li kienu jinvolvu PEPs, fosthom dwar Keith Schembri u Konrad Mizzi
  • Qatta’ ħin twil jixhed fil-magħluq
16:58 Mhux se jkun hemm aktar xhieda wara Kenneth Farrugia, allura s-sessjoni tagħna tintemm hawn. L-inkjesta għandha terġa' tkompli nhar l-Erbgħa. Grazzi talli segwejtuna.
Christoph Schwaiger
16:52 It-talba tintlaqa'. Il-ġurnalisti jiġu ordnati joħorġu mill-Awla.
Christoph Schwaiger
16:51 Jitlob li jkompli jixhed fil-magħluq.
Christoph Schwaiger
16:48 Jgħid li kien hemm rapporti li ntbagħtu dwar Keith Schembri u Konrad Mizzi.
Christoph Schwaiger
16:48 Jgħid li kien hemm rapporti li kienu jinvolvu PEPs.
Christoph Schwaiger
16:47 B’rabta mal-Panama Papers jgħid li ntbagħtu rapporti lill-Pulizija. Jgħid li bagħtu 15-il każ.
Christoph Schwaiger
16:46 Farrugia jgħid li kull każ li kien hemm kien hemm kontinwità. Kull rapport li rċivew, jgħid li sar ix-xogħol neċessarju. Jgħid li tkomplew l-investigazzjonijiet b'rabta mal-PEPs.
Christoph Schwaiger
16:45 Farrugia jgħid li l-FIAU kellu żewġ rwoli – superviżorju u analitiku.
Christoph Schwaiger
16:44 Sab Deputy Director li kien qed imexxi. Tah handover.
Christoph Schwaiger
16:43 Jispjega li ma kienx impjegat mal-FIAU qabel. Jgħid li kien jaħdem ma’ audit firm. Mar Heritage Malta. Imbagħad mar l-FIAU – 7 xhur wara li telaq ta' qablu.
Christoph Schwaiger
16:42 Farrugia jgħid li ġie appuntat fit-13 ta’ Frar 2017.
Christoph Schwaiger
16:42 Il-Bord jordna lil Farrugia jixhed dwar dak li jaf.
Christoph Schwaiger
16:41 Farrugia jgħid li ma jridx jiġi interpretat li ma jridx jikkoopera.
Christoph Schwaiger
16:40 Farrugia jgħid li kien jippreferi kieku ma jeżistix dan l-artiklu għax kienu jkunu jistgħu jispjegaw ħafna affarijiet fil-passat.
Christoph Schwaiger
16:38 Farrugia jgħid li ma jistax jitkellem dwar każijiet speċifiċi.
Christoph Schwaiger
16:36 Jibda jixhed Kenneth Farrugia – id-Direttur tal-FIAU bħalissa
Christoph Schwaiger
16:34 Il-Bord jordna pawża ta' 5 minuti
Christoph Schwaiger
16:34 Galdes itemm jixhed fil-magħluq.
Christoph Schwaiger
16:20 Is-sessjoni għadha għaddejja wara bibien magħluqa.
Christoph Schwaiger
16:01 Galdes bħalissa qed jixhed fil-magħluq. Il-membri tal-pubbliku u l-ġurnalisti ntalbu joħorġu mill-Awla.
Christoph Schwaiger
16:01 Dwar inċidenti indiretti, Galdes jgħid li ftit qabel ma rreżenja kien hemm żewġ inċidenti li darsuh xi ftit. Ma żvelax dettalji dwar x’kien ġara.
Christoph Schwaiger
16:00 Galdes jgħid li qatt ma ttollera li xi ħadd jinfluwenzah
Christoph Schwaiger
16:00 Il-Bord jistaqsi lil Galdes dwar jekk jaħsibx li kienx għal t'apposta li l-FIAU ma ngħatax ir-riżorsi meħtieġa. Jgħid li kienet "suspettuża l-affari" ta' kif l-interess li jiżdiedu r-riżorsi tal-FIAU waqaf meta bdew jiġu investigati ċertu każijiet.
Christoph Schwaiger
15:59 Galdes jgħid li darba kien hemm segretarja ta’ Segretarju Parlamentari li bagħtet lill-FIAU tgħidilhom li xi ħadd li kien jaf personalment kien dieħel għal interview. Galdes jgħid li din il-persuna ma tħallietx tidħol għat-tieni intervista.
Christoph Schwaiger
15:57 Galdes jiġi mistoqsi dwar jekk xi ħadd qattx fixklu f'xogħlu. Jgħid li darba kien hemm influwenza diretta u xi darbtejn kien hemm influwenza indiretta.
Christoph Schwaiger
15:53 Azzopardi jistaqsi jekk il-Pulizija qalulux li bdew jinvestigaw. Galdes jaħseb li kien hemm xi laqgħa ma’ nies mill-Economic Crimes Unit. Jaħseb li kien hemm tliet uffiċjali (Ian Abdilla, Antonovitch Muscat, u Ray Aquilina) li ġew għandhom biex jingħataw spjegazzjoni mill-FIAU. Azzopardi jemmen li l-minuti ta' din il-laqgħa jkunu ta' interess għall-inkjesta.
Christoph Schwaiger
15:51 Galdes jgħid li investigazzjoni dwar reat finanzjarju ddum.
Christoph Schwaiger
15:48 Galdes jgħid li saret talba ħames darbiet għal ċertu dokumenti. Qatt ma waslu.
Christoph Schwaiger
15:48 Galdes jgħid li Pilatus ma kienx l-unika bank b’nuqqasijiet serji. Jgħid li fil-Bank Pilatus kien hemm problemi b’informazzjoni dwar minn fejn kienu qed jiġu l-flus.
Christoph Schwaiger
15:46 Galdes jgħid li jekk ic-Chairperson kien konvint li l-uffiċjali ma rawx kollox, kien lest jagħmel spezzjoni oħra.
Christoph Schwaiger
15:45 Allegatament, il-persuni tal-bank qalu li t-tali informazzjoni ma kinetx qed tinġabar. Dan kien ksur tal-liġi.
Christoph Schwaiger
15:45 Galdes jgħid li l-ispezzjoni damet xi għaxart ijiem. Uffiċjali tal-FIAU kienu qed jitolbu għal ċertu informazzjoni imma l-bank ma tax din l-informazzjoni lill-uffiċjali.
Christoph Schwaiger
15:44 Galdes jgħid li ftit qabel ma telaq iltaqa’ maċ-Chairperson tal-Bank Pilatus. Kien iltaqa’ miegħu l-ewwel darba li ħareġ ir-rapport u ma kienx qabel mal-konklużjonijiet.
Christoph Schwaiger
15:42 Galdes jgħid li jekk ksur ikun serju biżżejjed, l-FIAU tista’ toħroġ multa. Jaħseb li l-FIAU qatt ma ngħatat multa meta telaq. Ma ħarġux multi għall-Pilatus meta kien jaħdem hemm.
Christoph Schwaiger
15:42 Galdes jgħid li skont il-proċeduri tal-FIAU jista’ jsir on-site investigation f’każijiet bħal ta’ Pilatus, tasal għal ċertu konklużjonijiet. Jaħseb li kien hemm joint visit mill-FIAU u mill-MFSA fil-bank Pilatus.
Christoph Schwaiger
15:39 Sa fejn jaf Galdes, l-Avukat Ġenerali ma ħariġx talba għall-ħruġ ta' attachment order
Christoph Schwaiger
15:37 “Dejjem bżajt mill-leaks,” qal Galdes.

Jgħid li l-PEPs li ġew investigati fl-informazzjoni li għadda dirett lill-Kummissarju kienu fil-Gvern mhux fl-Oppożizzjoni.
Christoph Schwaiger
15:36 Galdes jgħid li n-nies li kienu jaħdmu fl-FIAU kienu jużaw il-blogg ta’ Daphne Caruana Galizia biex jiġbru informazzjoni. “No information should ever be ignored,” qal Galdes.
Christoph Schwaiger
15:35 Galdes: L-FIAU diġà kellha ħafna informazzjoni qabel ma faqqa’ l-iskandlu tal-Panama Papers.
Christoph Schwaiger
15:34 Galdes jgħid li rapporti tal-FIAU li kien involut fihom ma ġewx “written to be leaked”.
Christoph Schwaiger
15:33 Jispjega li kien hemm xi livell ta’ burokrazija. Meta għamel follow-up telephone, Galdes jgħid li xi ħadd li jaħdem f’Dipartiment fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qallu li ngħata ordni li ma jistax jgħin lill-FIAU.
Christoph Schwaiger
15:31 Jgħid li Gvernatur tal-Bank Ċentrali u Chairperson tal-MFSA talbu biex riżorsi tal-FIAU jiżdiedu. Jgħid li s-Segretarju Permanenti u l-Ministru qablu.
Christoph Schwaiger
15:30 Galdes jgħid lill-MFSA kienu jgħallmuhom kif għandu jsir on-site visit filwaqt li nies tal-MFSA kellhom paga sostanzjalment aħjar minn dawk tal-FIAU.
Christoph Schwaiger
15:29 Jgħid li l-pagi tal-FIAU kienu ħafna inqas minn tal-MFSA. Jgħid li tul is-snin ir-riżorsi żdiedu imma mhux daqs kemm kien hemm bżonn.
Christoph Schwaiger
15:29 Jason Azzopardi jistaqsi lil Galdes jekk sabx għajnuna mill-Ministru għall-Finanzi. Galdes jgħid li iva.
Christoph Schwaiger
15:25 Galdes jgħid li ma setax ikompli jaħdem f'FIAU ineffettiva. Ma jafx jekk dan kienx "by design" jew le
Christoph Schwaiger
15:21 Galdes qal li ppretenda li l-FIAU tippubblika l-ittra. Ħass li kien għad jasal mument li ssir inkjesta.
Christoph Schwaiger
15:20 Galdes jgħaddi kopja tal-ittra tar-riżenja tiegħu.
Christoph Schwaiger
15:19 Jemmen li hi prassi tajba li l-entitajiet jikkooperaw.
Christoph Schwaiger
15:18 Galdes jgħid li kien hemm każijiet li kkordinaw mal-Pulizija fl-istess ħin.
Christoph Schwaiger
15:17 Galdes jgħid li kien hemm bank statements linked mal-ewwel każ ta’ Willerby u kien hemm print-outs ta’ informazzjoni li eventwalment ġew leaked fil-Panama Papers. Kien hemm ukoll dokumenti li juru UBO ta’ ċertu kumpaniji. Jgħid li dan ma kienx każ wieħed, imma sett ta’ informazzjoni.
Christoph Schwaiger
15:15 Galdes qed jifli kopja ta’ rapport, allegatament dwar onsite visit fil-Pilatus Bank.
Christoph Schwaiger
15:14 Galdes qed jara rapport dwar Keith Schembri u Adrian Hillmann. Jgħid li mhux qed jagħraf ir-rapport imma jikkonferma li l-każ ġie investigat.
Christoph Schwaiger
15:12 Galdes jgħid li l-kitba hi familjari. Jaħseb li dan hu rapport li għadda lill-Pulizija ftit qabel ma rreżenja. Ir-rapport huwa dwar Keith Schembri.
Christoph Schwaiger
15:10 Galdes qed jifli d-dokumenti biex jara jekk jagħrafx il-lingwaġġ.
Christoph Schwaiger
15:09 Jgħid li l-istil tar-rapport li qed jara mhux wieħed li qed jagħraf.
Christoph Schwaiger
15:08 L-avukat Therese Comodini Cachia turi lil Galdes ċertu dokumenti li ġew leaked mill-FIAU. Galdes jgħid li kien hemm rapport li jidher simili għal wieħed li qed jiġi muri. Jgħid li ma jafx jekk hux ir-rapport eżatt li għamel hu.
Christoph Schwaiger
15:07 Ħass li kien hemm biżżejjed informazzjoni biex il-Pulizija tieħu ċertu azzjoni
Christoph Schwaiger
15:06 Fis-7 ta’ April 2016 bagħat ittra li fiha spjega l-kuntest tad-dokumenti.
Christoph Schwaiger
15:06 Galdes: Kien hemm bank statements b’data fuqhom. Kien hemm dokumenti self-explanatory.
Christoph Schwaiger
15:05 Galdes jgħid li ħassew li l-informazzjoni kienet korretta.
Christoph Schwaiger
15:04 Fl-ittra speċifika li jekk l-FIAU tiġbor aktar informazzjoni, ir-rapport jingħadda lill-Pulizija.
Christoph Schwaiger
15:03 Galdes bagħat ittra ta’ madwar 5 paġni bi spjegazzjoni dwar il-każ. Ma jiftakarx jekk niżżilx fl-ittra li l-FIAU kellha suspett raġonevoli. Jgħid li l-informazzjoni ngħatat lill-Pulizija biex ikun hemm investigazzjoni. Qal li l-proċedura normali ma ġietx użata minħabba min kien involut fil-każ. Ħassew ukoll li jkun tajjeb li kieku l-Pulizija tkun taf b’dik l-informazzjoni dak il-ħin stess. Ħassew li kieku mxew mal-proċedura tas-soltu kien se jintilef il-ħin.
Christoph Schwaiger
15:01 Spjega li kien hemm informazzjoni ta’ natura serja biżżejjed biex imur hu dirett għand il-Kummissarju. Għaddielu xi dokumenti biex il-Kummissarju jkun jaf bihom. Dakinhar filgħaxija, Cassar ċempillu u staqsieh jekk hux rapport formali.
Christoph Schwaiger
15:00 Jgħid li meta kien direttur tal-FIAU, darba kien hemm kollezzjoni ta’ informazzjoni li ta dirett lill-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar. Dan kien f’April 2016.
Christoph Schwaiger
14:59 Galdes jitlob biex jixhed wara bibien magħluqa dwar ċertu proċessi tal-FIAU
Christoph Schwaiger
14:58 Jgħid li meta l-FIAU kellha każijiet investigattivi, il-bord ma kienx jiġi infurmat.
Christoph Schwaiger
14:57 Jgħid li l-bord kien jaf li l-FIAU marret tagħmel spezzjoni għand Pilatus Bank. Jispjega li l-bord ġie infurmat. Ma jaħsibx li l-bord kien jingħata r-rapport imma kien jingħata findings tal-on-site visit.
Christoph Schwaiger
14:56 Galdes jgħid li l-investigatur huwa l-Pulizija, l-FIAU aktar tagħmel xogħol analitiku.
Christoph Schwaiger
14:54 Galdes jgħid li l-każ ta’ Pilatus Bank huwa differenti.
“Qed nitkellmu fuq compliance visit tal-FIAU”.
Christoph Schwaiger
14:53 Galdes jgħid li fit-tmien snin kien hemm każijiet serji ħafna, uħud minnhom li ma ġewx żvelati fil-pubbliku.
Christoph Schwaiger
14:53 Galdes jgħid li kien hemm bord li jagħti direzzjoni lill-FIAU u jidħol f’amministrazzjoni u affarijiet strateġiċi. Jgħid li ma kienx jidħol f’affarijiet partikolari f’investigazzjonijiet. Jispjega li meta kien hemm każijiet serji li jinvolvu PEPs ħass li kellu jinforma lill-bord imma mhux dwar dettalji.
Christoph Schwaiger
14:52 Galdes jgħid li kull rapport tal-FIAU kien imur għand il-Police Liaison Officer.
Christoph Schwaiger
14:49 Ir-rapporti kienu jingħataw lill-Pulizija minn id l-FIAU għal id il-Pulizija minħabba s-segretezza.
Christoph Schwaiger
14:48 Galdes jgħid li l-FIAU tista’ tgħid biss li għandha suspett raġonevoli. Ma tistax tagħti rakkomandazzjonijiet. Jgħid li r-rapport ma jistax jintuża bħala evidenza għax il-Pulizija trid tagħmel l-investigazzjonijiet tagħha. Jgħid li r-rapporti tal-FIAU kienu jgħaddu għand Police Liaison Officer. Galdes jgħid li meta rreżenja, l-Ispettur Ian Abdilla kien acting police liaison officer. Jgħid li Michael Cassar kien l-aħħar liaison officer uffiċjali fi żmienu.
Christoph Schwaiger
14:46 Galdes jgħid li mbagħad rapport jintbagħat għand il-Pulizija biss. Wara kien hemm xi tibdil fil-liġi.
Christoph Schwaiger
14:46 Galdes: Jekk ikun hemm entità jew professjonista, eċċ. malli jkollhom suspett ta’ ħasil ta’ flus jew finanzjar tat-terroriżmu dawn huma obbligati jinfurmaw lill-FIAU. L-FIAU mbagħad taqbad ir-rapporti u teżaminahom. Tiġbor informazzjoni permezz ta’ poteri wiesgħa mogħtija mil-liġi bbażati fuq suspett. L-FIAU tmur għand banek tiġbor informazzjoni u tista’ tiġbor informazzjoni minn kwalunkwe dipartiment u persuna. Tista’ wkoll tiġbor informazzjoni minn FIAUs madwar id-dinja.

“Jidħol il-każ. Teżaminah. Tiġbor l-informazzjoni.”
Christoph Schwaiger
14:44 Ma riedx ikompli jaħdem jekk ma kienx se jkun jista’ jkun effettiv.
Christoph Schwaiger
14:43 Galdes: L-FIAU ma kellhiex ir-riżorsi tħallas salarji deċenti.
Christoph Schwaiger
14:42 Jgħid li ma kienx hemm biżżejjed nies imexxu t-tim ta’ superviżjoni.
Christoph Schwaiger
14:42 Jgħid li kien ċar li Malta ma setgħetx timxi ma’ ċertu obbligi tal-MONEYVAL. Jgħid li jekk Malta ma tilħaqx l-istandards internazzjonali kien se jkun hemm riperkussjonijiet. Ġibed l-attenzjoni ta’ diversi istituzzjonijiet biex Malta tieħu ċertu azzjonijiet. Ħass li dak li kellu jsir ma kienx qed isir.
Christoph Schwaiger
14:40 Galdes jgħid li rreżenja f’Lulju 2016. Kien ilu 8 snin mal-FIAU bħala Direttur – pożizzjoni li ġie magħżul għaliha mill-ewwel. F’Lulju 2016 ħass li wasal iż-żmien biex jirreżenja u kellem liċ-Chairperson tal-FIAU, Dr Peter Grech. Dakinhar stess qallu li jixtieq li jitkellem mas-Segretarju Permanenti dwar il-ħsieb tiegħu. Jgħid li kien hemm diversi attentati biex nies jikkonvinċuh jibqa’.

Jgħid li ħass li kien diffiċli biex l-FIAU teżerċita d-dmirijiet tagħha skont il-liġi u l-obbligi internazzjonali. Kien żmien twil li l-FIAU kellu bżonn aktar ħaddiema.
Christoph Schwaiger
14:37 Il-Bord jordna lil Galdes jixhed dwar fatti li jaf bihom bħala eks Direttur tal-FIAU dwar affarijiet relatati mal-inkjesta.
Christoph Schwaiger
14:33 Jgħid li l-liġi tipprojbixxi ħaddiema tal-FIAU milli jitkellmu fuq ċertu affarijiet, anke wara li joħorġu mill-FIAU. L-avukat Jason Azzopardi jgħid li l-Qorti tista’ tordna lil xhud jixhed u dan jegħleb il-liġi.
Christoph Schwaiger
14:32 Jibda jixhed Manfred Galdes, l-eks Direttur tal-FIAU
Christoph Schwaiger

Illum kompliet l-inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Matul is-sessjoni xehed l-eks direttur tal-FIAU Manfred Galdes. Galdes għamel xi ħin jixhed wara bibien magħluqa.

Fis-seduta ta’ qabel kienu xhedu Sandro Chetcuti, il-Kap tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi f’Malta, u l-eks Aġent Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit.

Brian Tonna joħroġ stqarrija

Sid il-kumpanija Nexia BT, Brian Tonna, ħareġ stqarrija wara s-smigħ tal-inkjesta pubblika.

Tonna qal li Galdes żvela li kien hemm rapport dwar tranżazzjoni suspettuża li sar mill-FIAU. Ir-rapport kien dwar Keith Schembri u Willerby Trading Inc.

Skont Tonna, dawn it-tranżazzjonijiet qed jiġu investigati mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras. Reġa’ tenna li qatt ma għamel xejn ħażin. Qal li t-tranżazzjonijiet kienu leġittimi u li ma kienx se jikkumenta aktar dwar dak li qal Galdes minħabba l-inkjesta li qed issir.