“Muscat qalli ngħid lil Yorgen biex ma jaħrabx”

Read in English.

Keith Schembri dalgħodu xehed fil-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Yorgen Fenech, akkużat b’kompliċità fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Xi spikka mix-xhieda ta’ Keith Schembri?

  • Yorgen Fenech qatt ma tkellem miegħu dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia
  • Dakinhar tal-assassinju kien Kastilja ma’ Joseph Muscat u Kurt Farrugia
  • Joseph Muscat, dakinhar Prim Ministru, talbu biex ikellem lil Yorgen Fenech u jgħidlu biex ma jaħrabx minn Malta
  • Yorgen Fenech ġieli stiednu l-farmhouse jew fuq id-dgħajsa u “kien ikun hemm negozjanti, politiċi u pulizija”
  • Silvio Valletta kien fost dawk li kienu jkunu mistiedna għand Yorgen
  • Iddeskriva lil Yorgen Fenech bħala “umli”
  • Ma kienx jaf x’kienu t-termini u l-kundizzjonijiet tal-maħfra presidenzjali ta’ Melvin Theuma
  • Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia darba talab €50,000 lil Fenech biex jintużaw biex David Casa ma jerġax jitla’ fil-Parlament Ewropew. Din ġiet miċħuda għal darba oħra minn Delia
  • Ċaħad li għadda dokument lil Yorgen Fenech permezz tat-tabib Adrian Vella
  • Ċaħad li bagħat lil Kenneth Camilleri biex jiltaqa’ ma’ Melvin Theuma dwar it-talba għall-bail tal-aħwa Degiorgio
  • Ċaħad li sejjaħ lil Melvin Theuma Kastilja u li kien jaf lit-tliet akkużati fl-assassinju – l-aħwa Degiorgio u l-Koħħu  
17:45 Dak kien kollox għal-lum. Grazzi talli segwejtu dan il-live blog. Il-kumplament tal-ġurnata t-tajba
Christoph Schwaiger
17:45 Yorgen Fenech joħroġ mill-awla
Christoph Schwaiger
17:44 Il-Maġistrat tgħid li s-seduta tieqaf fis-2pm dakinhar
Christoph Schwaiger
17:43 Il-maġistrat tgħid li s-smigħ ikompli fit-30 ta' Lulju fl-10am. Ikompli jixhed l-Ispettur Kurt Zahra. Jixhed ukoll it-tabib Adrian Vella
Christoph Schwaiger
17:41 Il-Qorti tordna li t-talba tad-difiża tiġi komunikata lid-Direttur ta' Kordin. Dalli issa għandu żmien ġimgħa biex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu bil-miktub
Christoph Schwaiger
17:33 Mercieca jgħid li ma jistgħux jgħaddu pariri bit-telefon lil Fenech peress li l-linji huma kollha rrekordjati
Christoph Schwaiger
17:31 Mercieca jivverbalizza l-argument tiegħu
Christoph Schwaiger
17:29 Il-Maġistrat tgħid li dwar dan għandu jsir rikors. Tgħid li Dalli mhux se jixhed illum
Christoph Schwaiger
17:28 Il-Maġistrat tgħid li tkun trid tikkonsulta mad-direttur tal-ħabs
Christoph Schwaiger
17:28 Mercieca jgħid li qed issir diffiċli biex jipprovdu difiża tajba lil Fenech
Christoph Schwaiger
17:26 L-avukat Charles Mercieca jgħid li qed jinkisru d-drittijiet fundamentali ta' Yorgen Fenech
Christoph Schwaiger
17:24 il-ġurnalisti jerġgħu jidħlu
Christoph Schwaiger
17:12 Fl-awla se jkunu qed jiddiskutu affarijiet b'rabta mal-interrogazzjoni ta' Yorgen Fenech u dak li ried jikxef dwar il-korruzzjoni
Christoph Schwaiger
17:11 Il-Qorti tissospendi s-smigħ u tordna lill-ġurnalisti u l-membri tal-pubbliku joħorġu mill-awla
Christoph Schwaiger
17:06 Il-Maġistrat iċċanfar lil Kurt Zahra minħabba t-tip ta' affarijiet li qed jgħid
Christoph Schwaiger
17:04 Yorgen Fenech juża highlighter fuq il-karti li kien qed iqalleb fihom. Jagħti l-karti lill-avukati tiegħu
Christoph Schwaiger
17:03 Il-Qorti tgħid li l-allegazzjonijiet li saru għandhom jiġu indirizzati fil-forum opportun
Christoph Schwaiger
17:03 Keith Arnaud jgħid li l-Pulizija riedet li l-interrogazzjonijiet jiġu rrekordjati
Christoph Schwaiger
17:00 L-avukat Gianluca Caruana Curran jgħid li lest jiġi mmultat mill-Qorti. Ikompli jisħaq li l-Pulizija qed tigdeb
Christoph Schwaiger
17:00 Id-difiża takkuża lill-Pulizija qed tigdeb
Christoph Schwaiger
16:59 Keith Arnaud jgħid li jista' jixhed dak li qed jgħid Zahra
Christoph Schwaiger
16:59 Il-Maġistrat tgħid lid-difiża li għandha l-opportunità tagħmel kontro eżami
Christoph Schwaiger
16:58 Id-Difiża tgħid li x-xhud qed jigdeb taħt ġurament
Christoph Schwaiger
16:57 Zahra qal li l-Pulizija ssuġġerixxiet li Yorgen Fenech jitkellem mal-Economic Crimes Unit. Dan ġie żvelat nhar is-Sibt minn Newsbook.
Christoph Schwaiger
16:55 Zahra jgħid li fil-25 ta' Novembru Yorgen Fenech ried jikxef informazzjoni dwar il-koruzzjoni
Christoph Schwaiger
16:53 Id-difiża tgħid li dan hu mertu ta' inkjesta oħra
Christoph Schwaiger
16:53 Diżgwid bejn id-difiża u l-prosekuzzjoni
Christoph Schwaiger
16:52 Il-mistoqsija hija jekk Yorgen Fenech indikax li jaf aktar affarijiet
Christoph Schwaiger
16:52 Keith Arnaud jgħid li l-mistoqsija li jmiss għandha relevanza kbira
Christoph Schwaiger
16:51 Zahra jgħid li fil-25 ta' Novembru Yorgen Fenech qal li għandu dettalji ġodda. Ħarġu dawn iż-żewġ ittri
Christoph Schwaiger
16:50 Zahra jgħid li Dr Adrian Vella kkonferma li rċieva ittra mingħand Keith Schembri
Christoph Schwaiger
16:44 Zahra jgħid li għamlu konklużjoni li l-evidenza ta' Melvin Theuma kienet aħjar minn ta' Yorgen Fenech
Christoph Schwaiger
16:42 Zahra jgħid li l-ewwel Fenech qal li l-informazzjoni li fuq l-istess livell tiegħu. Jgħid li l-avukat ta' Fenech qal li l-informazzjoni hi fuq livell ogħla
Christoph Schwaiger
16:41 Zahra jgħid li l-avukati ta' Fenech għamlu ħafna ħin jitkellmu miegħu fil-lockup
Christoph Schwaiger
16:40 Fil-24 ta' Novembru ġie mistoqsi jekk kellux xi ħaġa xi jżid
Christoph Schwaiger
16:40 Il-Pulizija investigat l-allegazzjonijiet ta' Yorgen Fenech
Christoph Schwaiger
16:37 Zahra jgħid li Yorgen Fenech talab għall-maħfra presidenzjali
Christoph Schwaiger
16:37 Il-Pulizija semmgħet xi erba' recordings lill-avukati ta' Yorgen Fenech meta dan ġie arrestat
Christoph Schwaiger
16:35 Jinstab dokument ta' Melvin Theuma li jgħid li Keith Schembri u Yorgen Fenech huma l-mandanti tal-qtil
Christoph Schwaiger
16:32 Kommossjoni fl-awla. Yorgen Fenech jgħajjat "le, le, le" wara li l-Ispettur Zahra jgħid li l-Pulizija rċeviet l-aħbar li Fenech prova jaħrab. Il-Maġistrat tordna lil Fenech biex ma jikkummentax. Waqt li l-Ispettur Zahra qal li Fenech kien se jitlaq minn Malta bil-jott tiegħu, Fenech reġa' insista "insiefer"
Charmaine Attard
16:31 Zahra jgħid li Fenech ġie arrestat fuq il-baħar waqt li kien ħiereġ mill-pajjiż
Christoph Schwaiger
16:30 Id-difiża tgħid li ma jistax ikun li daħlet din l-informazzjoni
Christoph Schwaiger
16:29 Jgħid li qatt ma kellhom pjan li jarrestaw lil Yorgen Fenech fl-20 ta' Novembru
Christoph Schwaiger
16:29 Jgħid li ttieħdet deċiżjoni biex jiġi arrestat
Christoph Schwaiger
16:28 Zahra jgħid li fl-20 ta' Novembru ġie infurmat li daħlet informazzjoni li Yorgen Fenech kien se jaħrab minn Malta
Christoph Schwaiger
16:25 Zahra jitkellem dwar xi chats fuq SIgnal li ġew elevati – jissemma Keith Schembri u "dak ta' Ħal Luqa" (l-eks Kummissarju Lawrence Cutajar)
Christoph Schwaiger
16:22 Stqarrija minn Ivan Camilleri żewġ minuti ilu fuq Facebook:
"Press statement by Ivan Camilleri
22.06.2020

Reference is made to media reports regarding Mr Keith Schembri’s testimony in court today in which he gratuitously repeated claims made against me by my former employer, Times of Malta.

I want to, once again, publicly, and categorically, deny that I ever passed on any information whatsoever to Yorgen Fenech in relation to his involvement in the heinous assassination plot of Daphne Caruana Galizia. I never had any such information in the first place, let alone passed it on to Yorgen Fenech.

It is interesting to note that Times of Malta and Keith Schembri are repeating the same lie.

I have already filed legal proceedings against Times of Malta in relation to my unfair dismissal and I look forward to their conclusions so that truth can prevail, and justice is done.

I also reserve my rights at law with regards to the statements made in my regards by Mr Schembri in court today."
Christoph Schwaiger
16:19 Zahra jgħid li jissemma ċertu "Keith" fir-recordings. Melvin Theuma qal lill-Pulizija li dan kien Keith Schembri
Christoph Schwaiger
16:18 Zahra issa jitkellem dwar il-kwistjoni tal-bail
Christoph Schwaiger
16:15 Zahra ma jiftakarx eżatt Melvin Theuma kif waslitlu l-informazzjoni
Christoph Schwaiger
16:14 F'ħin minnhom Melvin Theuma beda jinkwieta għax waslitlu informazzjoni li Vince Muscat beda jitkellem
Christoph Schwaiger
16:11 Zahra jgħid li fil-kaxxa ta' Melvin Theuma kien hemm ritratti ta' mobile. Fuq il-mobile kienu jidhru messaġġi mibgħuta lil ċertu "Jorgen" – li l-Pulizija taħseb hi referenza għal Yorgen Fenech
Christoph Schwaiger
16:08 Zahra jgħid li bir-recordings biss ma kienu se jagħmlu xejn għax wieħed irid jiflihom u jpoġġihom f'kuntest
Christoph Schwaiger
16:05 Melvin Theuma jgħid li kien se jagħmel suwiċidju. Ma joqtolx lilu nnifsu għax qal li jekk jagħmel hekk jagħmel pjaċir lil Yorgen Fenech
Christoph Schwaiger
16:00 Melvin Theuma jgħid li l-Ħamis ta' qabel ir-rejd tal-4 ta' Diċembru 2017, Yorgen Fenech qallu li kien se jsir rejd fil-5 ta' Diċembru
Christoph Schwaiger
15:59 Melvin Theuma qal lill-Pulizija li Yorgen Fenech tah €150,000 biex tinqatel Caruana Galizia
Christoph Schwaiger
15:57 Zahra jgħid li Theuma qal li l-għada tad-delitt mar Portomaso jiltaqa' ma' Yorgen Fenech
Christoph Schwaiger
15:55 Melvin Theuma qal lill-Pulizija li uża mobile li kellu numru wieħed biss fuqu darbtejn – dak ta' Alfred Degiorgio. Darba ċempel mill-mobile bi żball
Christoph Schwaiger
15:49 Il-Pulizija staqsiet lil Melvin Theuma kif jaf lil Keith Schembri. Jgħid li ltaqa' miegħu darbtejn. Darba r-razzett ta' Yorgen Fenech u darb'oħra Kastilja
Christoph Schwaiger
15:46 Zahra jgħid li Theuma qal li ddobba n-numru tal-imputati minn ċertu Darren Debono – it-Topo
Christoph Schwaiger
15:44 Jgħid li għamlu sigħat sħaħ ikellmu lil Melvin Theuma u jikkonfermaw dawk l-affarijiet li jkun qed jgħid
Christoph Schwaiger
15:42 Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija reġa' ċaħad b’mod kategoriku u bl-iktar mod assolut l-akkużi li għamel illum Keith Schembri, l-eks Chief of Staff ta’ Joseph Muscat, dwar il-Partit Nazzjonalista. Il-Partit Nazzjonalista ddikjara "bl-aktar mod assolut illi qatt ma ġabar, talab u lanqas qatt ma rċieva €20,000 kull xahar mingħand Yorgen Fenech jew xi ħadd ieħor. Issa jmiss li l-Partit Laburista jagħmel l-istess tip ta’ dikjarazzjoni".
Christoph Schwaiger
15:42 Jgħid li l-interogazzjonijiet ta' Melvin Thuema huma rikordjati b'mod awdjoviżiv imma li dawn ma jistgħux jintużaw bħala prova – lanqas fl-atti tal-inkjesta
Christoph Schwaiger
15:40 Jgħid li Melvin Theuma ried jitkellem dwar l-assassinju bil-patt li jkollu maħfra presidenzjali
Christoph Schwaiger
15:39 Infetħet fil-kamra fejn saret l-interrogazzjoni. Hemm filmat ta' dan il-mument
Christoph Schwaiger
15:38 Zahra jgħid li meta l-pulizija arrestaw lil Melvin Theuma kellu kaxxa tal-plastik miegħu li fetaħha quddiem il-Maġistrat, l-avukati tiegħu, u l-Kummissarju
Christoph Schwaiger
15:37 Melvin Theuma kien jgħaddi xi mitt ewro lil kull imputat. Eventwalment il-mitt ewro għal Vince Muscat inqatgħu
Christoph Schwaiger
15:35 Il-Maġistrat titlob lil Zahra jaqbeż il-biċċiet li diġà xehed dawrhom Keith Arnaud
Christoph Schwaiger
15:34 Zahra jsemmi affarijiet mir-recordings. Id-difiża mhix kuntenta, tallega li Zahra mhux qed ikun preċiż fi kliemu
Christoph Schwaiger
15:33 Zahra jsemmi lil Edgar Brincat il-Ġojja
Christoph Schwaiger
15:32 Kienu qed isegwu telefonati li kienu għamlu l-aħwa Degiorgio mill-ħabs
Christoph Schwaiger
15:31 Jgħid li minn telefonati li ġew sorveljati saru jafu b'Melvin Theuma.
Christoph Schwaiger
15:24 Jgħid li hu kompla fuq xogħol tad-dipartiment tal-omiċidji. Arnaud baqa' fuq it-task force. Zahra jgħid li Arnaud kien jagħtih aġġornamenti kontinwi
Christoph Schwaiger
15:24 Jgħid li kull ħaġa li raw il-Pulizija Maltija rat il-Europol
Christoph Schwaiger
15:23 Zahra issa jibda jixhed dwar l-hekk imsejħa "tieni fażi"
Christoph Schwaiger
15:19 Jgħid li xi ħadd mis-suspettati kisser il-mobile mal-art meta raw l-uffiċjali ġejjin. Xi ħadd kellu n-numru tas-sieħba tiegħu miktub fuq idu. Zahra jgħid li dan kien suspettuż għax suppost ma kinux jafu li se jsir dan ir-rejd.
Christoph Schwaiger
15:16 Ġew arrestati xi persuni oħra li telqu jiġru mill-post imma jidher li dawn ma kellhomx x'jaqsmu mal-każ. Kellhom xi kwistjonijiet bil-visa u ħasbu li l-pulizija kienu ġew għalihom
Christoph Schwaiger
15:16 Jgħid li s-suspettati ma offrew l-ebda reżistenza
Christoph Schwaiger
15:15 "Żgur rawna ġejjin mill-bogħod" – Zahra. Jgħid li dan minħabba l-pożizzjoni tat-tinda b'veduta tajba tal-baħar
Christoph Schwaiger
15:14 Zahra jgħid li r-rejd ta' Diċembru kien se jsir malli s-suspettati jaslu fit-tinda. Hu kien inkarigat mit-tim tal-baħar
Christoph Schwaiger
15:09 Jgħid li ġew elevati filmati mill-kumpanija li minnha Daphne Caruana Galizia kriet il-karozza tagħha
Christoph Schwaiger
15:06 Ifakkar fit-top-up li rċieva George Degiorgio
Christoph Schwaiger
15:05 Ifakkar li talbu għall-filmati tal-Port il-Kbir – dan minħabba d-dgħajsa li kienu jużaw l-imputati
Christoph Schwaiger
15:04 Jgħid li kien hemm burner phones jagħmlu lejl sħaħ fejn kienu jkunu dawn il-persuni
Christoph Schwaiger
15:03 Jgħid li kellhom suspett li l-aħwa u Vince Muscat kienu involuti meta bdew jaraw din l-attività
Christoph Schwaiger
15:02 Jgħid li nqabdet informazzjoni minn xi antenna, li kien hemm attività ħdejn it-tinda tal-patata tal-Marsa. Dan hu l-post li fih sar l-arrest tal-aħwa Degiorgio u Vince Muscat
Christoph Schwaiger
14:59 Zahra jkompli jixhed dwar il-mobiles – ħafna minn dawn id-dettalji diġà ħarġu fil-Qorti fil-kumpilazzjoni kontra l-aħwa Degiorgio u Vince Muscat
Christoph Schwaiger
14:57 Hemm uffiċjal ixxamplat quddiem laptop iżomm rasu b'idejh – xi kultant tmur għajnu bih u jqum ftit wara
Christoph Schwaiger
14:56 Zahra għadu jixhed. Jitkellem dwar il-messaġġi li ntbagħtu biex tiskatta l-bomba.
Christoph Schwaiger
14:53 Zahra jgħid li hu mexxa l-fieldwork. Arnaud ħadem aktar mal-FBI
Christoph Schwaiger
14:53 Zahra jgħid li wasal tim tal-FBI li jispeċjalizza l-analiżi tad-data ċellulari
Christoph Schwaiger
14:51 Il-Pulizija bdiet tinvestiga dashcams u cameras tal-karozzi tal-linja li kienu għaddew minn ħdejn ir-residenza dakinhar tad-delitt
Christoph Schwaiger
14:50 Saret analiżi ta' fejn kienet il-karozza li splodiet fil-ġranet ta' qabel. Kienet intużat mit-tifel ta' Caurana Galizia, Matthew Caruana Galizia. Ġew elevati filmati biex il-Pulizija tinvestiga jekk kienx qed jiġi segwit minn terzi
Christoph Schwaiger
14:49 Zahra jfakkar li l-familja tal-vittma kienet talbet għar-rekuża tal-maġistrat Consuelo Scerri Herrera
Christoph Schwaiger
14:47 Zahra jfakkar li kienu nstabu xi biċċiet ta' sigaretti f'post fejn kienet intlemħet karozza qabel id-delitt. Dawn intbagħtu għall-analiżi
Christoph Schwaiger
14:45 L-Ispettur għadu qed jixhed. Yorgen Fenech qed iqalleb f'xi karti
Christoph Schwaiger
14:43 L-ispettur jgħid li dakinhar tad-delitt kien hemm raġel li ra splużjoni żgħira fil-karozza tal-ġurnalista. Wara l-karozza żdiedet fil-veloċità u mbagħad kien hemm splużjoni ferm akbar. Dan kollu ġara f'inqas minn ftit sekondi ("lanqas seconds")
Christoph Schwaiger
14:38 Ikompli jispjega x'ra dakinhar – tifrik ma' kullimkien
Christoph Schwaiger
14:37 Zahra jiftakar li ġie infurmat għat-3.10pm li kien hemm karozza bomba fil-Bidnija. Jgħid li meta wasal fuq il-post ra vettura sewda bin-nirien bid-duħħan ħiereġ. Fuq il-post diġà kien hemm uffiċjali tal-pulzija qablu.
Christoph Schwaiger
14:35 Zahra li kien qiegħed ħdejn il-prosekuzzjoni issa jitla' jixhed. Ifakkar li l-investigazzjoni bdiet fis-16 ta' Ottubru 2017. L-ewwel fażi baqgħet sejra sal-4 ta' Diċembru 2017. Imbagħad bdiet it-tieni fażi li fiha ġew arrestati Melvin Theuma u Yorgen Fenech
Christoph Schwaiger
14:35 Jixhed issa l-ispettur Kurt Zahra
Christoph Schwaiger
14:34 U wara dan Camilleri joħroġ mill-awla
Christoph Schwaiger
14:33 Tintemm ix-xhieda ta' Camilleri
Christoph Schwaiger
14:33 Kenneth Camilleri jgħażel li ma jixhidx
Christoph Schwaiger
14:32 Il-Maġistrat tgħidlu li mhux eskluż li jittieħdu passi kriminali kontrih. Tgħidlu li għandu d-dritt tas-silenzju
Christoph Schwaiger
14:31 Camilleri jidħol u jintalab ineħħi l-maskra tiegħu
Christoph Schwaiger
14:31 Uffiċjal tal-Qorti joħroġ biex isejjaħ lil Kenneth Camilleri
Christoph Schwaiger
14:30 L-oġġezzjoni ssir minn Charles Mercieca
Christoph Schwaiger
14:30 Id-difiża toġġezzjona li x-xhieda ta' Keith Schembri ġiet sospiża mingħajr ma ngħatat il-fakultà li tagħmel il-kontro-eżami fuq l-eżami
Christoph Schwaiger
14:28 Tidħol il-Maġistrat: "Ok tistgħu tpoġġu"
Christoph Schwaiger
14:26 Preżenti hawn ukoll id-Direttur tal-ħabs ta' Kordin – LT Col Alexander Dalli Ret'd
Christoph Schwaiger
14:23 Ismu ssemma fix-xhieda minn Melvin Theuma, l-allegat sensar fil-każ tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Camilleri, kien eks pulizija tat-traffiku u li kien jgħix Burmarrad. Wara l-2013, huwa ġie trasferit mas-Servizzi Sigrieti Maltin u mbagħad mal-Prim Ministru. Theuma qal li hu rċieva telefonata minn “ċertu Johann Cremona u Kenneth li kien jaħdem Kastilja”. Theuma qal fil-Qorti li hu ssuspetta li dawn intbagħtu jew minn Keith Schembri inkella minn Yorgen Fenech. Theuma qal li Kenneth wiegħdu li l-akkużat se jieħu €1 miljun u l-ħelsien mill-arrest. Madanakollu ma ħa xejn minn dawn. “M’iniex ċert jekk kienx Keith li bagħat lil Kenneth. Ma naħsibx li waqa’ mis-sema”, żied jgħid.
Christoph Schwaiger
14:21 Bħalissa qed nistennew lil Kenneth Camilleri biex jixhed. Sa ftit xhur ilu kien l-uffiċjal personali tas-sigurtà fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Joseph Muscat.
Christoph Schwaiger
14:09 Yorgen Fenech jerġa' jidħol fl-Awla
Christoph Schwaiger
13:43 Il-Maġistrat tissospendi s-smigħ għal ftit minuti
Christoph Schwaiger
13:42 Keith Schembri joħroġ mill-Awla
Christoph Schwaiger
13:42 Il-Maġistrat tgħid li l-kontro-eżami qed jiġi riżervat
Christoph Schwaiger
13:40 Il-Qorti tissospendi d-depożizzjoni ta' Keith Schembri
Christoph Schwaiger
13:39 Il-Prosekuzzjoni tgħid li Keith Schembri se jerġa' jittella bħala xhud darb'oħra
Christoph Schwaiger
13:37 Il-Prosekuzzjoni tistaqsi lil Schembri għalfejn jaħseb li saru dawn l-allegazzjonijiet fuqu minn Yorgen Fenech. Id-difiża terġa' tidħak u tgħid li Schembri ma jafx x'hemm f'moħħ Yorgen Fenech
Christoph Schwaiger
13:37 Il-Maġistrat tgħid li jekk il-mistoqsijiet lil Schembri se jsirulu bħala suspettat il-Qorti trid timxi b'mod ieħor
Christoph Schwaiger
13:36 "Jien mingħalija li se jgħidilna li sabu s-Sur Arnaud" – jgħid avukat tad-difiża
Christoph Schwaiger
13:36 Il-prosekuzzjoni issa trid tistaqsi dwar il-mobile l-mitluf
Christoph Schwaiger
13:35 Id-difiża tidħak u tgħid li jekk iridu jissuġġerixxu xi ħaġa jistgħu jagħmlu hekk
Christoph Schwaiger
13:35 Il-Prosekuzzjoni tistaqsi lil Keith Schembri jekk għandux xi ħaġa xi jżid
Christoph Schwaiger
13:33 Schembri jgħid li t-tabib tellgħu Għawdex. Jgħid li t-tabib qallu li Fenech kellu bżonn xi żmien waħdu.
Christoph Schwaiger
13:33 Schembri jgħid li t-tabib Vella qallu li Yorgen Fenech kien Għawdex
Christoph Schwaiger
13:32 "Kulħadd jaf kollox bil-lest diġà" tgħid il-Maġistrat
Christoph Schwaiger
13:31 Jiċħad li informa lil Yorgen Fenech dwar id-data ta' xi arresti
Christoph Schwaiger
13:31 Il-Maġistrat tfakkru li għandu d-dritt ma jixhidx. Schembri jgħid li jħossu komdu jixhed
Christoph Schwaiger
13:30 Keith Schembri jiċħad li ried jibgħat lil Kenneth Camilleri biex joqtol lil Melvin Theuma
Christoph Schwaiger
13:28 Keith Schembri jiġi mistoqsi dwar xi basktijiet tad-ditta Reebok – jgħid li qatt ma ġew għandu dawn
Christoph Schwaiger
13:26 Keith Schembri jgħid li l-PM Joseph Muscat talbu jaċċerta li Yorgen Fenech ma jitlaqx mill-pajjiż
Christoph Schwaiger
13:25 Minn fuq Facebook:

Statement from MaltaToday managing editor Saviour Balzan and executive editor Matthew Vella on claims in court by Keith Schembri

MaltaToday managing editor Saviour Balzan denies ever having had any prior knowledge of the police raid on the men charged with the assassination of Daphne Caruana Galizia. Keith Schembri’s assertion in court that MaltaToday was aware of the raid is untrue. Conversations were held with several individuals including Schembri after the raid took place in the course of gathering more detailed information on the investigation.
Christoph Schwaiger
13:24 Jgħid li jaf li kien hemm ħafna verżjonijiet imma li ma kienx jaf x'fiha
Christoph Schwaiger
13:24 Jgħid li kellu l-uffiċċju pass 'il bogħod minn fejn kienu jsiru l-laqgħat. Jgħid li kien hemm ħafna leaks
Christoph Schwaiger
13:23 Schembri jgħid li kien hemm diversi verżjonijiet tal-proklama ta' Melvin Theuma. Però jgħid li ma kellux kopja tagħha.
Christoph Schwaiger
13:22 Schembri jgħid li qatt ma ra l-"memorandum of understanding"
Christoph Schwaiger
13:21 Aktar kmieni Schembri jgħid li Fenech irċieva xi komunikazzjoni minn Ivan Camilleri (eks Times of Malta)
Christoph Schwaiger
13:20 Fi stqarrija, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ċaħad mill-ġdid “bl-aktar mod assolut u kategoriku l-allegazzjonijiet kollha” li qed isiru fil-konfront tiegħu. Fakkar li hu diġà għamel affidavit konfermat bil-ġurament. Stqarr li mhux se jikkummenta aktar f’dan l-istadju għax ma jridx jippreġudika l-proċeduri legali. Żied jgħid li ma jistax ma jfakkarx li l-istess Keith Schembri u n-nies ta’ madwaru huma implikati fl-assassinju “u għalhekk qed jirrikorri għal gideb sfaċċat anke waqt li jkun qed jixhed taħt ġurament”.
Christoph Schwaiger
13:20 Schembri jgħid li qabel l-arrest ta' Melvin Theuma l-Pulizija kellhom dubju dwar l-involviment ta' Yorgen Fenech
Christoph Schwaiger
13:19 Jgħid li sema' b'isem Yorgen Fenech bħala xi tip ta' involviment xi tliet xhur qabel l-arrest
Christoph Schwaiger
13:18 Schembri jgħid li tkellem dwar dawn l-affarijiet ma' Fenech wara li "nġabar Melvin Theuma"
Christoph Schwaiger
13:18 Schembri jgħid li Fenech staqsieh dwar il-proklama
Christoph Schwaiger
13:17 Schembri jgħid li Fenech ma talbu xejn.
Christoph Schwaiger
13:13 Schembri jgħid li ċempel lil Yorgen Fenech lejlet l-arrest tiegħu biex ma jitlaqx mill-pajjiż. It-telefonata damet 24 minuta.
Christoph Schwaiger
13:13 Keith Schembri issa jiftakar dawn il-messaġġi
Christoph Schwaiger
13:12 L-Ispettur Arnaud jgħid li fil-messaġġi Yorgen Fenech talbu jgħinu. Dan kien fid-19 ta' Novembru 2019
Christoph Schwaiger
13:12 Il-prosekuzzjoni tgħid li għandha kopja ta' messaġġ bejn Yorgen Fenech u Keith Schembri lejlet li ġie arrestat Fenech. Schembri jgħid li ma jiftakarx fil-messaġġ
Christoph Schwaiger
13:10 Schembri jgħid li lanqas għadda xi dokument lil Yorgen Fenech qabel l-arrest tiegħu
Christoph Schwaiger
13:10 Schembri jħares lejn kopja tal-ittra. Itenni li ma għaddihiex lit-tabib
Christoph Schwaiger
13:07 Jgħid li qatt ma għadda dokumenti lit-tabib. Il-Maġistrat tgħid li t-tabib qal lill-Pulizija li għaddielu dokument. Il-Maġistrat tgħid li hemm xhud li qed jgħid kompletament oppost ta' dak li qed jgħid hu. Il-Maġistrat twissieh jgħid il-verità
Christoph Schwaiger
13:06 Jgħid li ma jafx min talab biex it-tabib imur id-dar tiegħu – jekk hux it-tabib Vella jew kienx hu (Schembri)
Christoph Schwaiger
13:05 Jgħid li Vella tah xi preskrizzjonijiet u wara ħadu whiskey flimkien – dan kien tard filgħodu jew kmieni waranofsinhar. Il-Girgenti kien hemm attività tal-PM.
Christoph Schwaiger
13:05 Jaħseb li kien il-Ħadd għax wara kellu "party il-Girgenti"
Christoph Schwaiger
13:04 Schembri jgħid li f'Novembru 2019 Adrian Vella mar għandu
Christoph Schwaiger
13:04 Schembri jgħid li l-Pulizija wrietu 3 ittri
Christoph Schwaiger
13:03 Schembri jgħid li l-ittra li tissemma ma kitibhiex hu u li ma ta dik l-ittra lil ħadd
Christoph Schwaiger
13:02 Schembri jgħid li t-tabib Adrian Vella huwa t-tabib tal-familja tiegħu. Saritlu rakkomandazzjoni dwaru mill-familja ta' Yorgen Fenech
Christoph Schwaiger
13:01 Jerġa' jidħol Jason Azzopardi – għandu tazza disposable f'idejh
Christoph Schwaiger
13:00 Mistoqsi jekk jafx li kien hemm darba minnu li kien qed jippanikja Melvin Theuma, Schembri jgħid li ma jaf b'xejn
Christoph Schwaiger
12:59 Schembri jiċħad li qatt kellem lill-Imħallef Mizzi
Christoph Schwaiger
12:58 Il-prosekuzzjoni tkompli bil-mistoqsijiet
Christoph Schwaiger
12:57 Keith Schembri għadu quddiem il-mikrofonu u jixrob ftit ilma. Jerġa' jidħol Charles Mercieca
Christoph Schwaiger
12:56 Yorgen Fenech qed jitkellem ma' wieħed mill-avukati tiegħu – it-tnejn li huma jidħku dwar xi ħaġa
Christoph Schwaiger
12:54 L-avukat Jason Azzopardi joħroġ mill-awla
Christoph Schwaiger
12:54 L-avukat Charles Mercieca joħroġ mill-Awla
Christoph Schwaiger
12:53 Bħalissa l-Maġistrat qed tfittex it-traskrizzjoni tar-recording b'din il-biċċa biex ikunu preċizi fil-kliem li ntqal
Christoph Schwaiger
12:52 Il-Prosekuzzjoni tistaqsi lil Keith Schembri dwar diskors li sar dwar l-Imħallef Antonio Mizzi
Christoph Schwaiger
12:51 Schembri jgħid li Yorgen Fenech qatt ma kellmu dwar bail
Christoph Schwaiger
12:49 Schembri jgħid li Yorgen Fenech qatt ma talbu għal xi informazzjoni jew biex jgħinu dwar dan il-każ. Iżid jgħid li Yorgen Fenech huwa wieħed minn dawk il-ftit negozjanti li lanqas qatt ma talab għal xi tip ta' għajnuna oħra
Christoph Schwaiger
12:48 Schembri jgħid li l-ġurnalisti jippretendu li jgħaddilhom l-informazzjoni – però jsemmi lil Saviour Balzan biss
Christoph Schwaiger
12:48 Schembri jgħid li Saviour Balzan biss ċempillu u ebda ġurnalist ieħor
Christoph Schwaiger
12:47 Jgħid li Saviour Balzan ċempel lilu "għax kien Chief of Staff tal-PM"
Christoph Schwaiger
12:46 Keith Schembri jgħid li l-MaltaToday ġew avżati bir-rejd tat-Tnejn filgħodu. Saviour Balzan ċempillu biex iċanfru talli ma avżahx minn qabel
Christoph Schwaiger
12:45 Schembri jgħid li veru li kien jidħol fin-nar għal Yorgen Fenech imma li ma tahx dettalji
Christoph Schwaiger
12:44 Schembri jgħid li qatt ma għadda xi tip ta' dettalji lil Yorgen Fenech
Christoph Schwaiger
12:43 Schembri jgħid li lanqas mal-mara tiegħu ma kien jiddiskuti dan il-każ. Jgħid li internament fl-uffiċċju tiegħu kienu jitkellmu dwaru b'mod regolari
Christoph Schwaiger
12:42 Schembri jgħid li jaf li l-Pulizija staqsew xi mistoqsijiet lil Melvin Theuma dwar xi ittra
Christoph Schwaiger
12:41 Pierre Portelli fuq Facebook: "Niċħad kategorikament dak li għadu kemm qal Keith Schembri fil-qorti. Il-ġimgħa li għaddiet ħadt affidavit biex nippreżentah lill-Pulizija Jekk jitolbuni nagħmel dikjarazzjoni."
Christoph Schwaiger
12:38 Dakinhar meta saru jafu bid-data tar-rejd kien hemm il-Kummissarju tal-Pulizija, l-Ispettur Keith Arnaud, Joseph Muscat, il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-OPM, il-Brigadier tal-AFM, u Mark Mallia d-Deputat Brigadier
Christoph Schwaiger
12:36 "Fil-meeting tas-Sibt ittieħdet id-deċiżjoni li l-operazzjoni se ssir it-Tnejn"
Christoph Schwaiger
12:33 Jgħid li sema' recording fejn Yorgen Fenech kien qed jagħti dettalji lil Melvin Theuma x'kien qed jgħid il-Koħħu (Vince Muscat). Schembri jgħid li hu ma kienx jaf id-dati tar-rejd ta' Melvin Theuma. Jgħid li kien jaf id-data tar-rejd fuq l-aħwa Degiorgio
Christoph Schwaiger
12:31 Jgħid li fil-high level meetings kien hemm il-PM li kien jgħidlu iġib ċertu nies. Jgħid li ġieli ntalab ma jidħolx għal-laqgħat
Christoph Schwaiger
12:30 Schembri jgħid li l-Pulizija kienet tgħidilhom dwar x'qed jagħmlu l-Europol
Christoph Schwaiger
12:29 Jgħid li kien preżenti għal laqgħa fejn sar jaf li Vince Muscat "beda jitkellem"
Christoph Schwaiger
12:29 Jgħid li ġieli ntalab jitlaq mill-kamra waqt xi laqgħat
Christoph Schwaiger
12:28 Jgħid li Owen Bonnici kien qrib ħafna mal-Avukat Ġenerali
Christoph Schwaiger
12:28 Schembri jgħid li jaf li l-Pulizija kienet qed tkellem lil Vince Muscat biex isibu "l-persuna tan-nofs"
Christoph Schwaiger
12:27 Issa jgħid li kienu jkunu jafu lil min qed ikellmu l-Pulizija
Christoph Schwaiger
12:26 Schembri jgħid li Joseph Muscat kien jgħati ħafna importanza lil dan il-każ. Jgħid li kien ikun hemm ħafna laqgħat.
Christoph Schwaiger
12:26 L-ewwel laqgħa li attenda kien qrib ir-rejd tal-aħwa Degiorgio u Vince Muscat
Christoph Schwaiger
12:25 Jgħid li jekk ikun hemm 10 passi ta' x'se jsir ma kinux jgħidulhom kollox. Però wara jgħid li fil-laqgħa li jmiss kienu jgħidulhom xi jkun sar
Christoph Schwaiger
12:24 Kien ikun preżenti waqt dawn il-laqgħat. Jgħid li l-Pulizija ma kinitx tgħid fejn ikunu waslu l-investigazzjonijiet. Jgħid li kien jirċievi biċċiet
Christoph Schwaiger
12:23 Schembri jgħid li kien jirranġa l-laqgħat bejn Silvio Valletta, il-PM, l-Avukat Ġenerali, u Owen Bonnici
Christoph Schwaiger
12:22 L-avukat Mercieca jgħid li qed issir mistoqsija dwar konverżazzjoni bejn nies oħra li mhumiex Keith Schembri
Christoph Schwaiger
12:21 Il-Maġistrat titlob lil Schembri jitkellem aktar jgħajjat meta jkun qed jixhed
Christoph Schwaiger
12:20 Schembri jgħid li Yorgen Fenech qatt ma qallu li għamel id-delitt. Jgħid li lanqas qatt ma semmielu d-delitt jew iddiskutewh
Christoph Schwaiger
12:18 Keith Schembri jgħid li sema r-recordings ħafna drabi. Jgħid li għandu kopja tal-interrogazzjoni tiegħu
Christoph Schwaiger
12:17 Schembri jiċħad li qal lil Kenneth Camilleri jkellem lil xi ħadd dwar bail
Christoph Schwaiger
12:16 Skont Schembri Melvin Theuma qal lill-Pulizija li hu ma kien involut f'xejn
Christoph Schwaiger
12:14 Keith Schembri jgħid li sema' r-recordings ta' Melvin Theuma waqt l-interrogazzjonijiet li sarulu
Christoph Schwaiger
12:13 Jgħid li "żgur li le" ma kienx involut f'diskussjonijiet ta' bail dwar l-aħwa Degiorgio
Christoph Schwaiger
12:12 Schembri jgħid li qatt ma kellu kuntatt ma' Mario Degiorgio
Christoph Schwaiger
12:12 Jgħid li sar jaf min huma meta bdiet l-investigazzjoni – qabel ma kienx jaf min huma
Christoph Schwaiger
12:11 Schembri jgħid li ma jafx lill-aħwa Degiorgio jew lil Vince Muscat
Christoph Schwaiger
12:10 Jiftakar lil Yorgen Fenech jgħidlu: "Wassalni Melvin"
Christoph Schwaiger
12:09 Keith Schembri jgħid li Yorgen Fenech ġieli qallu li kien waslu xi ħadd "Melvin". Skont Schembri ma ndunax li dan kien l-istess Melvin li ltaqa' miegħu hu
Christoph Schwaiger
12:08 Yorgen Fenech jiddobba ħelwa, Halls, mill-uffiċjali tas-sigurtà għall-griżmejh
Christoph Schwaiger
12:07 Jgħid li ma tantx kien ikellmu. Jgħid li kien fis-segretarjat tiegħu. Kien jarah darba iva u darba le minħabba r-roster tagħhom
Christoph Schwaiger
12:06 Jistaqsuh dwar Kenneth Camilleri li kien parti mill-istaff tiegħu
Christoph Schwaiger
12:05 Jason Azzopardi jibda jrodd is-salib
Christoph Schwaiger
12:04 Il-ġimgħa li għaddiet, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ċaħad l-allegazzjoni li rċieva xi flus biex xi kandidat jew ieħor ma jiġix elett. Huwa ppubblika wkoll affidavit ġuramentat li għamel fil-Qorti. Fix-xhieda tiegħu l-ġimgħa li għaddiet, is-sensar fl-assassinju Melvin Theuma qal li Yorgen kien xaħħam lill-PN biex David Casa ma jitlax fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Christoph Schwaiger
12:04 Schembri jgħid li kull ġimgħa tal-aħħar tax-xahar Pierre Portelli tal-PN kien jiġbor €20,000 mingħand Fenech. Dan skont x'qallu Yorgen Fenech
Christoph Schwaiger
12:03 Keith Schembri jixhed li Fenech qallu li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ħa €50,000 mingħand Fenech biex ma jitlax David Casa
Christoph Schwaiger
12:02 Schembri jgħid qatt ma ra politċi b'għajnejh
Christoph Schwaiger
12:02 Schembri jgħid li Fenech qallu li kien mar poltiku li mar jiekol u jixrob għandu u talbu l-flus
Christoph Schwaiger
12:00 Il-Maġistrat tistaqsi dwar il-politiċi li kien hemm
Christoph Schwaiger
11:59 Schembri jiftakar li kien hemm Silvio Valletta
Christoph Schwaiger
11:59 Il-Prosekuzzjoni tistaqsi min kien ikun hemm f'dawn l-attivitajiet. Schembri jistaqsi jekk hix mistoqsija relevanti. Il-Maġistrat tgħidlu li dak tarah il-Qorti
Christoph Schwaiger
11:58 Il-prosekuzzjoni tistaqsi lil Schembri kif jaf li qed jirreferi għal ikla però qed jgħid li dakinhar ma rax lil Theuma
Christoph Schwaiger
11:56 Schembri jgħid li ma jiftakarx jekk qattx iltaqa' ma' Melvin Theuma darb'oħra. Però lanqas jeskludi li qatt iltaqa' miegħu xi darba oħra
Christoph Schwaiger
11:56 Jgħid li baqa' jilbes nuċċali għal xi xahrejn tlieta
Christoph Schwaiger
11:55 Jgħid li l-ewwel ġurnata lura x-xogħol wara l-kanċer kienet dakinhar tal-hijack
Christoph Schwaiger
11:54 Schembri jgħid li ltaqa' ma' Melvin Theuma fl-uffiċċju tiegħu Kastilja.
Christoph Schwaiger
11:54 Schembri jgħid li xtaqu jisimgħu minn kemm jista' jkun nies
Christoph Schwaiger
11:53 Jgħid li kellu lista ta' min kien se jara u li Melvin Theuma kien fuqha. Jgħid li l-lista ssir mis-segretarja tiegħu.
Christoph Schwaiger
11:53 Schembri jgħid li ma jafx kif kellu laqgħa ma' Melvin Theuma
Christoph Schwaiger
11:52 Schembri jiġi muri ritratt. Il-Prosekuzzjoni tistaqsi dwar id-data ta meta ttieħed. Schembri jgħid li fil-bidu tal-2017
Christoph Schwaiger
11:51 Schembri jgħid li fir-rejd li sar fuq Melvin Theuma kien hemm ritratt li ħadu flimkien f'kaxxa mar-recordings u l-kuntratt tax-xogħol
Christoph Schwaiger
11:50 Schembri jgħid li ma kienx jaf jekk ħadux ix-xogħol jew le. Jgħid li ma tax rakkomandazzjoni għalih.
Christoph Schwaiger
11:48 Schembri jgħid li ltaqa' ma' Melvin Theuma Kastilja. Jgħid li Theuma talbu għal xogħol u jgħid li għaddih għand il-customer care. Jgħid li ħadu xi ritratti flimkien
Christoph Schwaiger
11:45 Wara ġew infurmati li aktarx inqatlet Caruana Galizia. Schembri jgħid li għamel kuntatt mac-Charge d'Affaires Mark Schapiro mill-Ambaxxata Amerikana. Dan qallu li kien hemm xi uffiċjali tal-FBI Ruma li setgħu jgħinu
Christoph Schwaiger
11:45 Jgħid li ġew infurmati mill-Kap Eżekuttiv ta' Mater Dei Ivan Falzon li skattat bomba fil-bidnija
Christoph Schwaiger
11:44 Schembri jgħid li dakinhar tal-assassinju kien mal-eks Prim Ministru Joseph Muscat u mad-direttur tal-komunikazzjoni Kurt Farrugia
Christoph Schwaiger
11:42 Il-mistoqsijiet issa se jkunu dwar l-assassinju
Christoph Schwaiger
11:41 Qal li biex jiftaħ trust New Zealand ried jiftaħ kumpanija fil-Panama
Christoph Schwaiger
11:40 Schembri jgħid li jaf li 17 Black kienet ta' Yorgen Fenech
Christoph Schwaiger
11:39 Schembri jgħid li ċ-Chairman tal-BOV ammetta li kien hemm leaks dwar it-trust tiegħu. Jgħid li qabad it-trust ta' Malta u qal lill-konsulenti li ma setax jafda l-banek Maltin. Jgħid li għażel New Zealand
Christoph Schwaiger
11:38 Schembri jgħid li fetaħ trust mal-BOV fl-2013
Christoph Schwaiger
11:37 Schembri jixhed li 17 Black kienet target client tiegħu
Christoph Schwaiger
11:36 Schembri jgħid li ma riedx jiftaħ libell għax jgħid li ma riedx jaħli xi erba' snin
Christoph Schwaiger
11:35 Il-Maġistrat iċċanfar lill-avukat Jason Azzopardi u tgħidlu biex ma jinterrompihiex
Christoph Schwaiger
11:34 Il-Maġistrat tgħid li jekk jingħadda xi kumment mhux f'postu fl-awla se tissospendi s-seduta
Christoph Schwaiger
11:33 Id-difiza trid li jiġi eżebit il-blog
Christoph Schwaiger
11:33 Jgħid li spjega x'kien veru u mhux veru f'dak il-blog mal-kollegi tiegħu
Christoph Schwaiger
11:31 Jgħid li kien hemm blogs oħra li affettwawh aktar. Schembri jgħid li qatt ma tkellem dwar il-bloggta' 17 Black ma' xi ħadd. Però wara jgħid li ddiskuta l-blogg f'Kastilja
Christoph Schwaiger
11:30 Il-prosekuzzjoni tistaqsi lil Schembri dwar blog post dwar 17 Black flimkien ma' ritratt ta' Schembri
Christoph Schwaiger
11:29 "Bir-rispett kollu aqtgħuha" – tgħajjat il-maġistrat hekk kif l-avukati jibdew jilletikaw dwar il-mistoqsijiet tal-prosekuzzjoni dwar il-blogs ta' Daphne
Christoph Schwaiger
11:28 Jistaqsuh kif kien jiġi affettwat mill-kitba ta' Caruana Galizia. Jgħid li għall-ewwel qabel l-2013 kien jeħodha bi kbira. Jgħid li wara rabba kallu politiku
Christoph Schwaiger
11:26 Schembri jgħid li qabel ma spiċċat il-laqgħa staqsa lil Johann Cremona dwar Yorgen Fenech għax kien ilu ma jarah
Christoph Schwaiger
11:26 Schembri jgħid li ltaqa' ma' Johann Cremona darba Kastilja għal madwar 20 minuta. Cremona talab għal-laqgħa. Tkellmu dwar il-gaming
Christoph Schwaiger
11:25 Schembri jgħid li Fenech jista' jkun li kellu xi problemi tas-saħħa
Christoph Schwaiger
11:24 Ma jafx għalfejn kien isiefer
Christoph Schwaiger
11:23 Jgħid li qabel kienu jintaqgħu regolari imma mbagħad bdew jinqatgħu. Jgħid li kien jistaqsi lin-nies dwaru jekk "hux ok". Jgħid li fl-aħħar sena 9 xhur minnhom kien ikun imsiefer
Christoph Schwaiger
11:23 Jgħid li ma kinux ikunu waħedhom – kien ikun hemm negozjanti, poltiċi, u pulizija
Christoph Schwaiger
11:22 Jgħid li Fenech ġieli stiednu l-farmhouse u fuq id-dgħajsa
Christoph Schwaiger
11:21 Schembri jgħid li Fenech għamillu l-kuraġġ meta kellu l-kanċer għall-2015-16
Christoph Schwaiger
11:20 Jgħid li ma tantx kellhom negozju flimkien. Fenech ġieli xtara xi prodotti mingħandu "imma xejn kbir"
Christoph Schwaiger
11:20 Jgħid li l-"chemistry kienet hemm" ma' Yorgen Fenech. Jiddeskrivieh bħala bniedem umli
Christoph Schwaiger
11:19 Jgħid li kellu diversi negozji fosthom tal-manifattura, tal-ikel, recycling, u proprjetà fost affarijiet oħra
Christoph Schwaiger
11:18 Schembri jgħid li kien ħabib ta' Yorgen Fenech meta kellhom madwar 13-il sena. Imbagħad inqatgħu. Jgħid li reġgħu saru "close ħafna" għall-2010
Christoph Schwaiger
11:16 Jibdew il-mistoqsijiet mill-prosekuzzjoni. Jixhed bil-ġurament li kien Chief of Staff bejn 2013 u Novembru 2019
Christoph Schwaiger
11:16 Schembri – issa bla maskra – iħares madwaru fl-awla
Christoph Schwaiger
11:15 Il-Maġistrat tinforma lil Schembri li jista' ma jixhidx. Schembri jgħid li jrid jixhed
Christoph Schwaiger
11:14 Schembri jidħol liebes maskra.
Christoph Schwaiger
11:14 Uffiċjal tal-Qorti joħroġ biex isejjaħ lil Keith Schembri
Christoph Schwaiger
11:14 Il-Maġistrat tgħid li Schembri se jingħata dritt ma jweġibx
Christoph Schwaiger
11:12 L-Ispettur Keith Arnaud jgħid li f'dan l-istadju mhux se jittieħdu proċeduri kriminali kontra Keith Schembri
Christoph Schwaiger
11:11 Id-difiża hi kontra li ma jixhidx Keith Schembri
Christoph Schwaiger
11:10 L-avukat mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jgħid li huma lanqas riedu li Keith Schembri jixhed bħalissa
Christoph Schwaiger
11:09 Il-prosekuzzjoni tgħid li ma riditx li Keith Schembri jixhed f'dan l-istadju
Christoph Schwaiger
11:07 Tgħid li hemm diversi sezzjonijiet differenti jinvestigaw
Christoph Schwaiger
11:07 Il-prosekuzzjoni tgħid li t-task force kibret minn Novembru 2019 'l hawn
Christoph Schwaiger
11:05 L-avukat ta' Keith Schembri jgħid li l-Pulizija qed tinvestiga data b'rabta miegħu qabel ma terġa' tinterrogah
Christoph Schwaiger
11:03 Il-Maġistrat tistaqsi jekk Keith Schembri hux suspettat jew le
Christoph Schwaiger
11:03 Il-prosekuzzjoni tgħid li jista' jkun hemm affarijiet li l-anqas hi ma taf bihom
Christoph Schwaiger
11:02 Il-prosekuzzjoni tgħid li f'ħin minnhom se tissospendi x-xhieda ta' Keith Schembri peress li hemm investigazzjonijiet għaddejjin
Christoph Schwaiger
11:00 Fenech itaptap fuq dahar l-avukati tiegħu u jikkonsulta magħhom dwar xi ħaġa
Christoph Schwaiger
10:58 Il-prosekuzzjoni teżebixxi kopja oħra ta' parti mill-interrogazzjoni ta' Yorgen Fenech. Kien hemm xi ħsara fl-ewwel kopja
Christoph Schwaiger
10:58 Mercieca huwa wieħed mill-avukati tad-difiża li ftit ġimgħat ilu kien prosekutur tal-istat
Christoph Schwaiger
10:55 Dan ifisser li Fenech issa qiegħed żewġ metri l'bogħod mill-pożizzjoni tagħhna. Xorta jibqa' mdawwar minn uffiċjali tas-sigurtà
Christoph Schwaiger
10:55 Charles Mercieca jitlob biex Yorgen Fenech ipoġġi eżatt ħdjehom minflok f'nofs l-awla. Il-Maġistrat tilqa' t-talba
Christoph Schwaiger
10:53 Il-Qorti tinnomina espert biex jagħmel optimisation tar-recordings. Ta' min ifakkar li fil-qorti mhux kulħadd kien qed jifhem x'qed jintqal minħabba l-kwalità tal-awdjo
Christoph Schwaiger
10:52 Yorgen Fenech qiegħed bilqiegħda fuq siġġu liebes visor. Għandu uffiċjal tas-sigurtà fuq ix-xellug u fuq il-lemin tiegħu
Christoph Schwaiger
10:51 Tidħol il-maġistrat
Christoph Schwaiger
10:51 Jinġabu aktar siġġijiet u kulħadd ipoġġi
Christoph Schwaiger
10:46 Il-ġurnalisti jidħlu fl-awla però hemm minnhom bilwieqfa minħabba n-nuqqas ta' spazzju. Is-seduta għadha ma bdietx
Christoph Schwaiger
10:31 Jasal qrib l-awla Keith Schembri però ma jidħolx
Christoph Schwaiger
10:30 Jasal Yorgen Fenech
Christoph Schwaiger
10:21 L-avukat Jason Azzopardi jinforma lil dawk preżenti li r-reġistratur tal-Qorti ma jridx li tintuża awla akbar. Jenfasizza li din mhix id-deċiżjoni tal-maġistrat
Christoph Schwaiger
10:18 Suppost is-seduta kellha tibda fl-10am, però jidher li se nkunu qed nittardjaw
Christoph Schwaiger
10:15 F'mument minnhom deher ukoll Neville Gafà
Christoph Schwaiger
10:14 Preżenti hemm membri tal-familja Caruana Galizia u ġurnalisti
Christoph Schwaiger
10:11 Bħalissa hawn ċorma ta' madwar 30 persuna miġbura mal-bieb tal-awla. Kollha qed jistennew il-permess biex jidħlu
Christoph Schwaiger
10:05 Bonġu! Merħba għal dan il-live blog mill-Qorti
Christoph Schwaiger

Huwa u dieħel il-Qorti, intlaqa’ mill-ġurnalisti li bdew jistaqsuh dwar l-involviment tiegħu fl-assassinju tal-ġurnalista, iżda Schembri baqa’ jitbissem u ma qal xejn.

Ilbieraħ fuq Facebook huwa qal li llum se toħroġ il-verità kollha wara li ismu ssemma numru ta’ drabi fis-seduti tal-Qorti b’rabta mal-każ.