Melvin dejjem kien isemmi lil Fenech, Schembri, Cardona… – Johann Cremona

Read in English.

Illum xehed Johann Cremona fil-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Yorgen Fenech. Fenech qed ikun akkużat b’kompliċita fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Intant, wara mandat t’arrest għall-Edgar (Edwin) Brincat (magħruf bħala l-Ġojja), dan tressaq il-Qorti wkoll biex jagħti x-xhieda tiegħu illum.

Il-Qorti qed tisma’ diversi rekordings li ħa s-sensar tal-assassinju, Melvin Theuma meta kellu konverżazzjonijiet dwar l-assassinju ma’ Fenech stess.

Is-smigħ tal-lum, li għalih ma kienx preżenti s-sensar tal-assassinju Melvin Theuma dam disa’ sigħat għaddej.

X’kienu l-punti ewlenin tas-smigħ tal-lum?

  • “Melvin dejjem kien jgħidli l-istess storja u jsemmi l-ismijiet ta’ Yorgen Fenech, Keith Schembri, Chris Cardona u David Gatt” – Johann Cremona.
  • “Qatt ma tkellimt dwar li kont naf fuq l-assassinju ħlief darba ma’ qassis” – Johann Cremona.
  • Johann Cremona qal li mhux l-ewwel darba li gideb lil Melvin Theuma. Qal li kien jagħmel dan biex jikkalmah.
  • Il-Maġistrat Montebello toħroġ mandat t’arrest għal Edgar (Edwin) Brincat (il-Ġojja) ladarba dan kellu jixhed illum iżda telaq mill-Qorti mingħajr ma talab permess.
  • Melvin Theuma kien semma lil Simon Busuttil, Jason Azzopardi u Karol Aquilina bħala avukati li setgħu jgħinuh – Edgar (Edwin) Brincat, il-Ġojja.
  • “Jien ilni naf lil Lawrence Cutajar għal snin twal” – Edgar (Edwin) Brincat, il-Ġojja.
  • Lejn l-aħħar tal-kumpilazzjoni tal-lum, ħareġ li x-xhud ma jismux Edwin Brincat iżda jismu Edgar Brincat.
  • L-avukat Jason Azzopardi talab lill-Qorti biex tikkunsidra tordna l-Pulizija biex tinvestiga lil Lawrence Cutajar u tieħu azzjoni kriminali fil-konfront tiegħu.
18:55 L-avukat Jason Azzopardi qed jitlob lill-Qorti biex tikkunsidra tordna l-Pulizija biex tinvestiga lil Lawrence Cutajar u tieħu azzjoni kriminali fil-konfront tiegħu.
Nicole Borg
18:51 Is-smigħ li jmiss se jkun fit-22 ta' Ġunju fl-10am.
Nicole Borg
18:49 Apparentament ix-xhud jismu Edgar Brincat u mhux Edwin. Il-Qorti kienet sorpriża b'dan għax matul ix-xhieda kollha kien qed jissejjaħ bħala Edwin matul ix-xhieda kollha.
Nicole Borg
18:48 Id-difiża tissospendi l-kontro-eżami.
Nicole Borg
18:45 Brincat qal li Theuma qallu li Yorgen Fenech kien staqsa lil Keith Schembri biex jagħti xogħol lil Theuma.
Nicole Borg
18:39 Id-difiża staqsiet diversi mistoqsijiet lil Brincat dwar ix-xogħol li ngħata Theuma qabel l-elezzjoni tal-2017.
Nicole Borg
18:35 Brincat qal li meta żar lill-eks Kummissarju tal-Pulizija Ħal Lua, dan staqsieh jekk hu kienx għadu ħabib ma' Theuma.
Nicole Borg
18:31 Waqt li Brincat qed jagħti x-xhieda tiegħu, l-avukat Charles Mercieca tkellem ma' Fenech. Hu kiteb xi noti li mbagħad għaddihom lill-avukat Camilleri li qed tagħmel il-kontro-eżami lil Brincat.
Nicole Borg
18:26 Brincat qal ukoll li kien Johann Cremona li qal lil Theima li kien se jiġi arrestat.
Nicole Borg
18:22 Brincat qed jgħid li kienet bint Theuma li tagħtu l-idea biex jibda jirrekordja l-konverżazzjonijiet ma' Yorgen Fenech.
Nicole Borg
18:20 L-avukat Marion Camilleri qed tippressa lix-xhud biex iwieġeb dwar jekk Theuma kienx jaf minn qabel li kien se jingħata l-maħfra presidenzjali.
Nicole Borg
18:18 Brincat qal fil-Qorti li hu qatt ma struzzjona lil Theuma biex jhedded lil Yorgen Fenech bir-rekordings.
Nicole Borg
18:14 Brincat qed jgħid li Theuma kien qallu li tkellem dwar il-ħelsien mill-arrest għall-aħwa Degirogio ma' Kenneth Camilleri.
Nicole Borg
18:13 Brincat ikkonferma li hu kien jikkomunika ma' Theuma b'mod regolari.
Nicole Borg
18:12 Id-difiża qed tagħmel il-kontro-eżami lix-xhud.
Nicole Borg
18:08 Is-sessjoni tkompli.
Nicole Borg
18:08 Is-smigħ fil-Qorti llum beda fl-10am.
Nicole Borg
18:00 L-avukati tad-difiża talbu għal pawża ta' ħames minuti biex jikkonsultaw mal-klijent tagħhom.
Nicole Borg
17:58 Brincat ma jistax jifhem għaliex Azzopardi għadu qed jistaqsih l-istess domanda.

L-avukat Jason Azzopardi informa lill-Qorti li l-għan tal-mistoqsija dwar kif il-Europol saru jafu dwar ir-rekordings, kienet relatata ma dak li qal qabel fix-xhieda tiegħu Johann Cremona.
Nicole Borg
17:57 Brincat qal li hu qatt ma kien infurmat li l-Europol kienu jafu dwar ir-rekordings.
Nicole Borg
17:56 Il-Maġistrat Montebello wissiet lix-xhud biex jgħid il-verità għax hu qiegħed jitkellem taħt ġurament.
Nicole Borg
17:51 Brincat ma jiftakars il-kelma "Europol" mill-konverżazzjoni tiegħu ma' Cutajar.
Nicole Borg
17:47 Brincat qal li Theuma kien qallu li kien ingħata xogħol u mar Kastilja biex isir jaf aktar dwar dan ix-xogħol.
Nicole Borg
17:45 Brincat xehed li Theuma qallu li Johann Cremona infurmah dwar l-arrest b'rabta mal-ħasil tal-flus.
Nicole Borg
17:43 Brincat qal li Melvin Theuma qatt ma semma lil Chris Cardona u lil David Gatt miegħu.
Nicole Borg
17:39 Azzopardi staqsa lil Brincat x'kien qallu Theuma meta Theuma ssuġġerixxa li jżur lil Keith Schembri.

"Jien għidtlu li jkun miġnun jekk jagħmel hekk," qal Brincat.
Nicole Borg
17:34 Brincat qal li hu kien iddiskuta ma' Theuma r-raġuni għaliex kien involva lilu nniffsu f'dan kollu u Theuma qal li ħassu obblogat lejn Fenech għax Fenech kien tah permess li jaħdem bit-taxi viċin il-lukanda tiegħu (ta' Fenech).
Nicole Borg
17:33 "Theuma ma kienx jaf li kien se jidħol f'daqshekk inkwiet," qal Brincat.
Nicole Borg
17:30 Yorgen Fenech deher jitkellem mal-avukati tiegħu diversi drabi waqt ix-xhieda ta' Brincat.
Nicole Borg
17:28 L-avukat Jason Azzopardi jibda l-kontro-eżami.
Nicole Borg
17:27 "Hu ma qallix li kien dwar il-flus imma li kien se jkun qed jirċievi għajnuna mingħanx xi ħadd bl-isem ta' Kenneth Camilleri," qal Brincat.
Nicole Borg
17:25 Ix-xhud ftakar li Theuma kien qallu li kellu jiltaqa' ma' xi ħadd li kien jaħdem Kastilja u li kien ħabib ta' Keith Schembri.
Nicole Borg
17:20 "Theuma ma kienx jaf lil Cutajar għax kelli nispjegalu jiena min kien Cutajar," qal Brincat.

Qal li lil Theuma kien qallu li "Cutajar kien dak li kien ikun il-Marsa".
Nicole Borg
17:18 Brincat qal li hu semma lil Cutajar ma' Theuma darba biss dwar ir-rekordings.
Nicole Borg
17:16 "Cutajar qalli li jekk kelli xi informazzjoni dwar il-każ għandi ninfurmah, speċjalment dwar il-konverżazzjonijiet irrekordjati. Imma jien qatt ma kont se nrodd lil Theuma f'idejn il-pulzija," qal Brincat.
Nicole Borg
17:14 Brincat qal li darba ddiskuta lil Melvin Theuma fil-qosor ma' Cutajar. Edwin Brincat qal li Cutajar kien qallu li Theuma kien involut f'każ serju u li kien hemm rekordings dwar il-każ.
Nicole Borg
17:12 "Jien ilni naf lil Lawrence Cutajar għal snin twal," qal Brincat.
Nicole Borg
17:08 Brincat ikkonferma li kien żar l-eks kummissarju tal-Pulizija, Lawrence Cutajar f'Ħal Luqa biex jagħmel xi ħaġa dwar multa.
Nicole Borg
17:03 Skont Brincat, Theuma qallu li kien fl-interess ta' Fenech u Schembri li jeliminawh. Għax jekk ikun eliminat, ma kien ikun hemm l-ebda konnessjoni bejn Fenech u l-aħwa Degiorgio u l-Koħħu.
Nicole Borg
17:02 "Aktar kemm semma li Schembri kien qed jgħin lil Fenech, aktar kont konvint li ma kienx se jingħata l-maħfra presidenzjali," xehed Edwin Brincat.
Nicole Borg
17:00 "Hu dejjem kien qed isemmi kif Keith Schembri kien qed jgħin lil Yorgen Fenech," qal Brincat.
Nicole Borg
16:58 Brincat qal li Theuma semma lil Simon Busuttil, Jason Azzopardi u Karol Aquilina bħala avukati li setgħu jgħinuh.
Nicole Borg
16:57 "Theuma ma riedx assistenza legali għax kien jibża' mill-politika," qal Brincat.
Nicole Borg
16:56 Brincat qal fil-Qorti li Theuma kien inkwetat li Fenech kien ħarab mill-pajjiż.
Nicole Borg
16:51 Brincat spjega kif Theuma nbidel minħabba l-assassinju. "Hu kien bniedem ferrieħi imma l-assassinju waqqgħu f'dippressjoni u paranojja," qal Brincat.
Nicole Borg
16:46 "Ir-raġuni għaliex Theuma kien jagħti l-flus lill-aħwa Degiorgio kienet għax kien qed jibża' li se jsemmu ismu mal-pulizija," qal Brincat.
Nicole Borg
16:43 Edwin Brincat xehed li Theum kien qallu li hu ma ħax flus mill-assassinju, imma spiċċa kellu joħroġ il-flus minn butu.
Nicole Borg
16:41 "Theuma kien jinkwieta kull darba li kienu joħorġu dettalji ġodda u kien jgħidli li kien wasal żmienu biex jitkellem," qal Brincat.
Nicole Borg
16:40 Edwin Brincat qal li kien jinkwieta li jekk Melvin Theuma jgħid il-verità kollha hu kien se jispiċċa arrestat u ma kienx se jirnexxielu joħroġ mill-ħabs. Qal li dawn kienu jwaħħlu l-assassinju fuqu.
Nicole Borg
16:39 Brincat spjega li hu qal lil Theuma li kieku ma kellux ir-rekordings ma kienx ikun hemm provi li Fenech kien il-moħħ wara l-assassinju.
Nicole Borg
16:37 "Kont issuġġerejt lil Theuma biex jgħid lil Fenech li rrekordja l-konverżazzjonijiet," qal Edwin Brincat.
Nicole Borg
16:36 "Jien kont naf li Fenech kellu ħafna kuntatti għax kont naf min hu. Kont naf lil zijuh u membri oħrajn tal-familja. Imma qatt ma kont kellimt lil Fenech," qal Brincat.
Nicole Borg
16:34 "Theuma qalli li kien Yorgen Fenech li ordna l-qtil ta' Daphne," qal Brincat.
Nicole Borg
16:33 Brincat qal fil-Qorti li Theuma qallu li Fenech infurmaħ li l-Koħħu kien qed jagħti l-informazzjoni lill-pulizija dwar il-qtil ta' Daphne.
Nicole Borg
16:31 Skont Brincat, Theume spjegalu ċertu dettalji bl-għaġġla għall-ewwel darba għax kien inkwetat li Vince Muscat kien se jingħata l-maħfra presidenzjali minfloku għax Muscat kien qed jipprovdi l-informazzjoni lill-pulizija.
Nicole Borg
16:30 Hu ftakar li Theuma kien qallu li kien involut fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Brincat qal li dan qallu wara l-assassinju iżda ma jiftakarx ix-xahar u d-data bl-eżatt.
Nicole Borg
16:28 Brincat qal li hu ilu jaf lil Theuma għal 30 sena. Hu kien jiltaqa' miegħu l-korsa taż-żwiemel tal-Marsa.
Nicole Borg
16:26 Edwin Brincat jintalab jitla' jixhed.
Nicole Borg
16:25 Tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda tal-lum.
Nicole Borg
15:09 Il-Qorti se tistenna sakemm Edwin Brincat ikun arrestat u jitressaq biex jixhed illum stess.
Nicole Borg
15:07 Il-Maġistrat Montebello ordnat li ladarba Edwin Brincat telaq mill-Qorti mingħajr permess għandu jinħareġ mandat t'arrest biex Brincat jitla' jixhed fil-Qorti.
Nicole Borg
15:02 Il-Qorti qalet li Brincat kien barra l-awla aktar kmieni llum imma telaq u b'hekk mhux se jkun jista' jixhed illum.

Il-prosekuzzjoni kienet infurmata minn Dr Matthew Brincat, f'isewm Edwin Brincat, li l-klijent tiegħu ma setax ikun preżenti wara s-2.30pm.
Nicole Borg
15:01 Jintalab jitla' jixhed Edwin Brincat (il-Ġojja).
Nicole Borg
15:01 Ix-xhieda ta' Johann Cremona tintemm hawn.
Nicole Borg
14:57 L-Ispettur Arnaud qal li dawn l-allegazzjonijiet għadhom qed jiġu investigati.
Nicole Borg
14:53 Cremona qal li Theuma kien jgħidlu li kien jikkomunika mal-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar. Hu kkonferma li l-komunikazzjoni ma' Cutajar ma kinitx diretta.
Nicole Borg
14:51 Cremona qal fil-Qorti li Theuma kien jitolbu jċempel lil Kenneth Camilleri biex jara jekk Keith Schembri kellux xi aġġornamenti.
Nicole Borg
14:47 Aktar kmieni, Johann Cremona qal li r-ritratt li kien bagħtlu Fenech kien hemm fih Theuma bejn Cardona u t-tliet akkużati.

Earlier Johann Cremona said that the photo Fenech sent him was the middleman between Cardona and the 3 accused.
Nicole Borg
14:43 L-avukat Marion Camilleri staqsiet lil Cremona jekk hux possibbli li Melvin Theuma seta' ried li l-assassinju jseħħ biex ma jitlifx il-flus.

Cremona qal li dan seta' kien possibbli għax meta ra r-ritratt li kien bagħtlu Fenech – bħala s-sensar tal-assassinju, hu ħaseb li Theuma kien qed jigdeb dwar Fenech.
Nicole Borg
14:40 "Bdejt nibża' nipprova neħles minn Theuma," qal Cremona.
Nicole Borg
14:38 "Ma stajtx neħles minn Theuma," qal Cremona.
Nicole Borg
14:37 Dwar kif Camilleri u Theuma kienu ltaqgħu flimkien fl-uffiċċju tiegħu, Cremona wieġeb jgħid li ma jafx għaliex.
Nicole Borg
14:32 Il-Maġistrat Montebello staqsiet lil Cremona kif meta Camilleri staqsietu jekk hu riedx li jiltaqa' ma' Melvin Theuma, hu qal iva u ħa lil Theuma fir-residenza tiegħu.

Cremona qal li hu ma staqsiex għaliex ried jiltaqa' miegħu.

Il-Maġistrat Montebello innutat li dan kien fiż-żmien meta Theuma kien diġà qed iżur l-uffiċċju Cremona ta' kuljum.
Nicole Borg
14:31 Cremona qal li apparti milli għax kienu ġirien, hu jaf lil missieru u kienu wkoll ħbieb.
Nicole Borg
14:29 Camilleri staqsiet lil Cremona biex jispjega kif kellu n-numru tal-mobile ta' Kenneth Camilleri.
Nicole Borg
14:24 L-avukat Marion Camilleri tibda l-kontro eżami għan-naħa tad-difiża.
Nicole Borg
14:20 "Ma nistax nifhem għaliex Theuma kien ikun irid bħal qisu jieħu xi informazzjoni mingħandi. Illum nista' nifhem li beda jagħmel hekk biex jinvolvi lili wkoll," qal Johann Cremona.
Nicole Borg
14:17 Cremona qed jgħid li Melvin Theuma qallu li l-Koħħu kien qed jagħti l-informazzjoni dwar l-assassinju lill-pulizija.
Nicole Borg
14:15 Cremona xehed li meta ltaqa' ma' Schembri dan qallu li kien inkwetat dwar Yorgen Fenech.
Nicole Borg
14:13 Cremona qal li ltaqa' ma' Keith Schembri f'Settembru tal-2019.
Nicole Borg
14:13 "Ma kontx naf li Theuma kien qed jirrekordjani u ma kellux raġuni għaliex jagħmel dan," qal Cremona.
Nicole Borg
14:11 Cremona qal li r-raġel fir-ritratt m'għandux xagħar.
Nicole Borg
14:08 Cremona qal li ma jiftakarx meta rċieva r-ritratt mingħand Yorgen Fenech. Cremona kkonferma li rċieva r-ritratt permezz tal-app Signal u kkonferma li dan seħħ is-sena li għaddiet.
Nicole Borg
14:07 Azzopardi staqsa lil Cremona biex jikkonferma jekk Theuma kienx qallu li l-eks Kummissarju tal-Pulizija kienx sema' r-rekordinfs tal-konverżazzjonijiet bejn Theuma u Fenech. Cremona ikkonferma.
Nicole Borg
13:58 L-avukat Azzopardi staqsa lil Johann Cremona biex jikkonferma jekk Theuma kienx qallu li Cardona kellu jipprepara €400,000. Cremona kkonferma dan. Hu kkonferma li jekk l-aħwa Degiorgio jsemmu lil Cardona hu jkun lest li joqtolhom.
Nicole Borg
13:55 Il-Maġistrat Montebello ordnat lill-avukat Azzopardi biex jimxi fil-kontro-eżami.
Nicole Borg
13:52 Azzopardi qed jgħid li l-parte civile għandha dritt li tagħmel kontro-eżami lix-xhud bħal ma seħħ fil-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ tal-aħwa Degiorgio u Vince Muscat.
Nicole Borg
13:45 L-avukat Jason Azzopardi għandu jagħmel il-kontro-eżami tax-xhud iżda l-avukati tad-difiża qed joġġezzjonaw.
Nicole Borg
13:44 Il-Maġistrat Montebello tidħol lura fl-awla.
Nicole Borg
13:33 Il-Maġistrat Montebello ordnat pawża ta' 10 minuti
Nicole Borg
13:32 Il-ġurnalist tħallew jidħlu lura fl-awla.
Nicole Borg
13:08 Il-ġurnalisti għadhom qed jistennew barra awla numru 9.
Nicole Borg
11:39 Il-ġurnalisti jintalbu joħorġu mill-awla.
Nicole Borg
11:37 Rekordings se jkunu qed jinstemgħu wara bibien magħluqa.
Nicole Borg
11:36 L-avukat tal-parte civile jieħu post l-Ispettur Arnaud u jibda jistaqsi l-mistoqsijiet tiegħu.
Nicole Borg
11:34 Cremona qal li ma jafx għaliex ivvinta xi ħaġa bħal din.
Nicole Borg
11:34 Il-Maġistrat Montebello staqsa lix-xhud għaliex ivvinta xi ħaġa bħal din jekk ma riedx ikun involut.
Nicole Borg
11:32 "Hu kien jippressani biex nikkuntattja lil Kenneth u mbagħad meta għidtlu li t-tinda tal-patata fil-Marsa kienet se tgħaddi minn rejd. Imma din kont ivvintajtha jiena, ma kontx naf jekk il-pulizija kinux se jagħmlu rejd," qal Cremona.
Nicole Borg
11:31 "Theuma kien jistaqsini għal ħafna informazzjoni," qal Johann Cremona.
Nicole Borg
11:31 L-Ispettur Arnaud staqsa mill-ġdid lil Cremona jekk kienx bagħat xi messaġġ jew ċempel lil Fenech biex jinfurmah li Theuma ried ikellmu.

Cremona issa kkonferma li għamel dan.
Nicole Borg
11:27 Cremona qal li Theuma kien dejjem jgħidlu li hu kien tradut mill-bidu, meta kien beda jżuru fl-uffiċċju tiegħu kuljum u mhux biss meta Theuma sar jaf li kien qed jiġi investigat għall-ħasil tal-flus.
Nicole Borg
11:23 Il-Maġistrat Montebello qalet lil Cremona li dak ma kienx il-kliem li qal aktar kmieni.
Nicole Borg
11:19 Il-Maġistrat Montebello staqsiet lil Cremona biex jikkjarifika jekk hu kienx tkellem ma' Fenech għax aktar kmieni kien qal li hu u Fenech qatt m tkellmu dwar l-assassinju.
Nicole Borg
11:17 Cremona qal li darba kien wera ritratt lil Theuma ta' xi ħadd magħruf bħala "Il-Bagri" u Fenech qallu li dak kien hu – is-sensar bejn Cardona u xi oħrajn.
Nicole Borg
11:15 "Meta kont irrid nevitah kont ngħidlu li qiegħed il-Belt Vallett u kien jiġi hemm," qal Johann Cremona.
Nicole Borg
11:14 Hu qal mill-ġdid li hu kien jidgeb lil Theuma biex jipprova jikkalmah.
Nicole Borg
11:12 Cremona qal li darba Theuma rċieva telefonata imma ma qallux mingħand min. Qal li din qatt ma setgħet kienet mingħand Yorgen Fenech.

L-Ispettur Arnaud staqsa għaliex kien qed jgħid hekk. Cremona wieġeb li Fenech qatt ma kien iċempel dak il-ħin.

Fit-tweġibiet tiegħu, Fenech bħal qisu qed jiddefendi lil Cremona.
Nicole Borg
11:11 L-Ispettur Arnaud qal li dak ma kienx dak li qal Theuma fix-xhieda tiegħu.
Nicole Borg
11:09 Cremona qal li mhux veru dak li Theuma kien xehed fil-qorti li hu (Cremona) kien informah li se jsir rejd fuqu fis-16 ta' Novembru.
Nicole Borg
11:07 Cremona qal ukoll li Theuma kien jibgħatlu l-messaġġi tard filgħaxija u jibqa' jibgħat sakemm Cremona kien iwieġbu.
Nicole Borg
11:05 Meta Theuma ma rnexxielux jilħaq lil Fenech hu kien jikkuntattja lil Cremona jistaqsih biex iċempel lil Kenneth Camilleri. Cremona xehed jgħid ukoll li hu qatt ma kien ikkuntattjat jew mistoqsi minn Theuma biex iċempel lil Yorgen Fenech.
Nicole Borg
11:04 Cremona qed jgħid li hu ġieli kien jigdeb lil Theuma.
Nicole Borg
11:02 Cremona qal li hu qatt ma pprova jikkonferma dak li kien qed jgħidlu Theuma.
Nicole Borg
11:01 Johann Cremona qal li hu qatt ma emmen dak li kien jgħidlu Theuma għax hu kien ilu jaħdem ma' Fenech żmien twil u ma setax jemmen li seta' jasal għal xi ħaġa bħal din.
Nicole Borg
10:59 Theuma kien qal lil Cremona biex jibgħat messaġġ lil Yorgen Fenech u jgħidlu li Theuma kien irrekordjah.
Nicole Borg
10:57 Cremona qal li Theuma kien qallu li semma r-rekordings lill-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar. Dawn huma l-istess rekordings li qed jissemmgħu fil-Qorti.
Nicole Borg
10:57 Spjega li l-ittra kienet ġejja minn bank li Theuma ma kienx eliġibbli għal self ta' flus. Dan ġara f'Settembru tal-2019.
Nicole Borg
10:56 Johann Cremona ppreżenta ittra li tah Theuma fil-Qorti.
Nicole Borg
10:56 Cremona qed jgħid li minn Ġunju tal-2018 hu qatt ma tkellem ma' Yorgen Fenech minkejja li kienu business partners.
Nicole Borg
10:54 Cremona qal ukoll li hu qatt ma tkellem dwar dan kollu ma' xi ħadd ħlief darba ma' qassis.

Cremona qal li l-qassis staqsieh jekk hu kienx involut fl-assassinju. Cremona wieġeb jgħid le u l-qassis qallu li allura ma kellux dwar xiex jinkwieta.
Nicole Borg
10:51 Johann Cremona qal li hu kien jigdeb ħafna lil Theuma biex jipprova jikkalmah.
Nicole Borg
10:50 Cremona qal li ma kienx hu li qal lil Theuma li l-Koħħu (Vince Muscat) kien qed jiżvela d-dettalji.
Nicole Borg
10:49 Johann Cremona kkonferma li Melvin Theuma waqa' f'dippressjoni u kien jibki ħafna.
Nicole Borg
10:47 Cremona ftakar kif Theuma qallu li Mario Degiorgio kien talbu jitlaqa' ma xi ħadd biex jiddiskutu lil Cardona.
Nicole Borg
10:45 Skont Cremona, Theuma qallu li kienu qalulu li meta l-akkużati jinħarġu mill-ħabs, Cardona kellu jipprepara €400,000.
Nicole Borg
10:43 Theuma kien qal lil Cremona li David Gatt kien qallu li meta l-aħwa Degiorgio joħorġu mil-ħabs, jekk jgħidu xi ħaġa, Cardona kien se joqtolhom.
Nicole Borg
10:41 Cremona spjega kif Theuma qallu li qabel l-assassinju, meta Fenech kien qal lil Theuma jwaqqaf kollox, Theuma kien ta' €30,000 lill-aħwa Degiorgio biex iżommu l-kelma tagħhom miegħu.
Nicole Borg
10:39 Cremona kien qal li biex jikkalma lil Theuma kien jgħidlu li Fenech kien negozjant bieżel u mhux dejjem kien se jkun jista' jwieġeb it-telefonati jew il-messaġġi tiegħu. Qal li f'dak il-punt, Theuma kien jiġġennen.
Nicole Borg
10:38 Cremona qal ukoll li kull meta Theuma ma kienx jirnexxielu jaqbad lil Yorgen Fenech kien jiġġennen.
Nicole Borg
10:36 Johann Cremona qal li Theuma kien jitolbu jċempel lil Kenneth Camilleri biex itih il-flus. Hu qal li mhux dejjem kien iċempel lil Camilleri għax ma riedx jinvolvi lilu nniffsu fil-każ.
Nicole Borg
10:35 Cremona qal li Theuma kien jgħidlu li kien se joqtol lilu nniffsu. Kien jgħidlu li se jisker u joqtol lilu nniffsu.
Nicole Borg
10:34 Johann Cremona qed jgħid li hu kien jitkellem kontra Yorgen Fenech ma' Theuma u kien jipprova jikkalmah. Qal li kien jirnexxielu jagħmel dan.
Nicole Borg
10:31 Johann Cremona qal li Melvin Theuma kien qallu li Yorgen Fenech u Keith Schmebri kienu ordnaw l-assassinju ta' Daphne u li huma tradewh.
Nicole Borg
10:29 Cremona xehed li Theuma kien dejjem jgħidlu l-istess storja, l-istess dettalji tal-assassinju u dejjem kien isemma l-ismijiet ta' Yorgen Fenech, Keith Schembri, Chris Cardona u David Gatt.
Nicole Borg
10:28 Cremona qal li qabel ma kien iżur l-uffiċċju tiegħu, Theuma kien iżur lil Mario De Giorgio.
Nicole Borg
10:27 Ħareġ li Theuma mbagħad beda jżur lil Cremona fl-uffiċċju tiegħu kuljum.
Nicole Borg
10:26 Johann Cremona qal li Melvin Theuma qallu li kien ġie tradut minn Yorgen Fenech u Keith Schembri.
Nicole Borg
10:24 Cremona qed jgħid li hu kien ċempel lil Camilleri biex jgħidlu x'kien qed jiġri u Camilleri qallu li Theuma kien talbu biex jgħinu.
Nicole Borg
10:23 Wara dan l-episodju, Cremona qal li staqsa lil Theuma x'inhu jiġri. Cremona qal li din kienet l-ewwel darba li sema' x'kien qed jiġri u li kienu qed jiddiskutu affarijiet relatati mal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.
Nicole Borg
10:21 Camilleri u Theuma ltaqgħu l-Belt quddiem il-binja tal-Parlament. Cremona qal li sema' l-kliem "irranġaw mal-bail".
Nicole Borg
10:21 Cremona qal li kkuntattja lil Camilleri li wkoll kien il-Belt.
Nicole Borg
10:20 L-għada, Cremona qal li mar il-Belt meta Theuma ċempillu jitolbu biex jiltaqa' miegħu għax ried ikellem lil Kenneth Camilleri.
Nicole Borg
10:19 Johann Cremona qal li dan kollu ġara f'Ġunju tal-2018.
Nicole Borg
10:18 Ftit minuti aktar tard, Melvin Theuma daħal fil-binja u talbu biex jitkellem ma' Camilleri li dak il-ħin kien fl-uffiċċju.
Nicole Borg
10:17 Qal li l-għada, bejn is-7.30am u t-8am, Kenneth Camilleri żar l-uffiċċju tiegħu (Cremona) u ħa kafè.
Nicole Borg
10:16 Johann Cremona qal li malli waslu fir-residenza ta' Theuma hu ħallihom jitkellmu waħedhom u telaq.
Nicole Borg
10:15 Cremona qal li mbagħad wassal lil Kenneth Camilleri fir-residenza ta' Theuma.
Nicole Borg
10:14 Kenneth Camilleri huwa uffiċjal tal-pulizija li jaħdem fis-sezzjoni tat-traffiku.
Nicole Borg
10:13 Cremona qal li hu kien sar jaf b'ċeru informazzjoni dwar l-assassinju fl-2018 meta Kenneth Camilleri żar wieħed mill-ħwienet tal-ażżard tal-kumpanija biex jgħidlu biex jitkellem ma' Melvin Theuma.
Nicole Borg
10:11 Cremona qal li l-ewwel darba li ltaqa' ma' Melvin Theuma kien fl-2013. Qal li l-kumpanija tal-gaming kienet tikri propjeta mingħand Theuma.
Nicole Borg
10:10 L-Ispettur Arnaud staqsa lil Cremona x'inhu x-xogħol kurrenti tiegħu. Hu qal li jaħdem fl-industrija tal-gaming u li kien business partner ta' Fenech mill-2011.
Nicole Borg
10:08 Illum Melvin Theuma mhux preżenti fl-awla.
Nicole Borg
10:07 Cremona jintalab jibda jixhed.
Nicole Borg
10:06 L-Ispettur Arnaud qal li l-Pulizija kkonkludiet l-investigazzjoni tagħha fuq Johann Cremona.
Nicole Borg
10:03 Il-Maġistrat Montebello daħlet fl-awla.
Nicole Borg
10:01 L-avukati Caruana Curran u Mercieca qed jidhru jitkellmu mal-Ispettur tal-Pulizija Arnaud.
Nicole Borg
10:00 Fl-awla numru disa' hemm preżenti l-avukati tad-difiża ta' Yorgen Fenech, l-avukat tal-parte civile, Yorgen Fenech, il-qraba tal-ġurnalista assassinata u l-Ispettur Keith Arnaud li qed imexxi l-prosekuzzjoni.
Nicole Borg
09:58 Il-Kumpilazzjoni tax-xhieda qed tinstema' mill-Maġistrat Rachel Montebello.

Illum mistenni jixhed Johann Cremona. Cremona huwa ħabib tal-akkużat, Yorgen Fenech u s-sensar tal-assassinju Melvin Theuma.
Nicole Borg
09:55 Il-ġurnata t-tajba u nilqgħukom għal dan il-blogg li se jkun qed jaġġornakom dwar dak li se jintqal fil-Qorti minuta b'minuta.
Nicole Borg

X’kienu l-punti ewlenin tal-aħħar smigħ?

  • Ix-xhieda ta’ Melvin Theuma dwar uħud mir-rekordings saret wara bibien magħluqa. Il-ġunalisti għamlu madwar sagħtejn jistennew barra l-awla.
  • L-Ispettur Arnaud qal lil Theuma biex ma jsemmix ismijiet jekk ma jiftakarx eżatt il-persuna jew persuni.
  • Il-Maġistrat tgħid li ma tippretendix li l-investigazzjonijiet f’Keith Schembri u Kenneth Camilleri għadhom għaddejjin.
  • “Reġa’ ġej għall-Whisky” – dan il-kliem jinstema’ fir-rekording b’referenza għal Silvio Valletta.
  • Theuma qal li hu kien staqsa lil Fenech jekk Valletta kienx se jitneħħa mill-investigazzjoni fl-assassinju u Fenech assigurah li dan ma kienx se jiġri.
  • Johann Cremona se jintalab jixhed nhar it-Tnejn.

Yorgen Fenech huwa rappreżentat mill-Avukati Dr Gianluca Caruana Curran, Dr Marion Camilleri u Dr Charles Mercieca. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra, assistiti mill-Avukat Ġenerali.

L-Avukat Jason Azzopardi qed jidher parte civile għall-familja Caruana Galizia.