Electrogas: Il-Bord tal-inkjesta jitlob dokumenti b’partijiet mhux mgħottija

Miguela Xuereb

Read in English.

Dalgħodu xehed fl-inkjesta pubblika fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, is-Segretarju Permanenti għall-Ministeru għall-Finanzi Alfred Camilleri.

Xi spikka fis-seduta tal-lum?

  • L-inkjesta pubblika kienet infurmata li l-mandat tagħha ġie estiż sal-15 ta’ Diċembru
  • Il-Bord tal-Inkjesta rċieva mingħand il-Ministeru għall-Finanzi kopja tal-ftehim tal-garanzija bankarja b’partijiet mgħottijin.
  • Il-banek ma aċċettawx il-ftehim dwar is-Sigurtà tal-Provvista għax ma kienx hemm approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea
  • Il-garanzija tal-istat lill-Konsorzju tal-Electrogas ħareġ biss fl-assenza tal-Ftehim tas-Sigurtà tal-Provvista
  • Il-bank avża lill-Ministeru għall-Finanzi li l-Electrogas mhux tonora l-pagamenti
  • Ma ridniex nagħtu garanzija bankarja lill-Enemalta
  • Jien qatt ma ddiskutejt garanziji bankarji mal-Electrogas. Meta kien ikolli laqgħat ma’ Konrad Mizzi, Edward Scicluna dejjem kien preżenti
  • “Kienet deċiżjoni politika,” qal Camilleri dwar it-tneħħija ta’ Konrad Mizzi milli jmexxi l-proġett tal-Electrogas
12:02 Grazzi talli segwejtuna.
Nicole Borg
12:01 Il-bord u l-avukati qabelu li dan mhux biżżejjed.
Nicole Borg
12:01 Il-bord ta' inkjesta ngħatat estenzjoni sal-15 ta' Diċembru.
Nicole Borg
12:01 Camilleri se jkompli jixhed fl-4 ta' Settembru.
Nicole Borg
11:57 Il-Prim Imħallef Emeritu Said Pullicino rrimarka li x-xhud tkellem ħafna. Żied jgħid li l-Bord talab id-dokumenti li jikkonċernaw il-garanziji bankarji u l-ftehim tas-self imma dawn mhux oriġinali. Irrimarka li jekk dawn id-dokumenti ma jinżammux mill-bord, mela għandhom ikunu pprovduti bl-oriġinali li mbagħad ikunu rritornati.

"Tant hu ridott li lanqas nistgħu naqraw xejn," L-Imħallef Mallia qal.

Ix-xhud qal li hu ma ta l-ebda pariri biex dan isir.
Nicole Borg
11:56 Qal li l-laqgħa urġenti saret l-Erbgħa filgħodu xorta waħda, qal Camilleri. Qal li ma jiftakarx min kien hemm preżenti għal din il-laqgħa.

Skont l-emails li nqraw fil-Qorti, l-istakeholders kellhom laqgħa mal-bank (il-Mandate Lead Arranger – MLA – li huwa bank li jġib banek oħra flimkien) ġurnata qabel ma ltaqgħu ma' Camilleri.
Nicole Borg
11:55 Camilleri qal li hu kien imħasseb ħafna dwar il-garanzija bankarja u kien qed jistenna t-tneħħija tagħha.
Nicole Borg
11:48 Camilleri qal li kien bagħat email lis-segretarja tiegħu biex tiskeda laqgħa għall-Erbgħa filgħodu tgħid li kienet xi ħaġa serja u urġenti. Hu kien qal lis-segretarja tiegħu li l-affarijiet kollha l-oħra jistgħu jistennew. Il-Ministeru għat-Turiżmu, il-bank u l-imsieħba fil-konsorzju kollha rċevew l-email.

L-email intbgħtet fl-4 ta' Settembru tal-2017, ftit aktar minn xahar qabel inqatlet Daphne Caruana Galizia.

Dr Azzopardi issa dar għal numru ta' emails li ma kinux jinkludu l-Ministeru għall-Finanzi imma kien hemm fihom Ralph u Markus from Siemens, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi, is-Segretaru Permanenti tiegħu Ronald Mizzi, Thurab Musayev, Gasan, u Catherine Halpin fost l-oħrajn.

Markus minn Siemens bagħat email intern jistaqsi kif għandhom jirreaġixxu għal email ta' Camilleri. Hu ssuġġerrixa wkoll li ssir laqgħa mal-MLAs. Nofs siegħa wara, Yorgen Fenech wieġeb lil Siemens, fejn kien hemm ukoll Catherin Halpin.

Dr Azzopardi qara l-email li jgħid:

"Dear Markus, Mark [Gasan] and I are away.

I think this is a good wake up call for GoM"

The lawyer points out that in this case GoM would mean government of Malta, asking the witness what Yorgen Fenech might mean by the last line.

L-avukat qal li l-kliem GoM tfisser Gvern ta' Malta. Hu staqsa jekk jafx x'ried ifisser bih Yorgen Fenech dan il-kliem.

Camilleri qal li ma jafx għax m kienx involut f'dawn l-emails.
Nicole Borg
11:42 Dr Azzopardi qara email mingħand Fiona Brinkworth tal-BOV, dwar l-"existing and continuing default" tal-Electrogas.

Camilleri qal li dak l-email kien dwar il-ftehim tas-self. Qal li kien wasal it-tmiem tal-garanzija bankarja u li minn dejjem kien jibża' li jkun hemm xi nuqqasijiet.

Ix-xhud qal li wieħed ma jkunx qed jistenna li jkun hemm dawn l-affarijiet fi stadju daqshekk avvanzat.

Fl-email Brinkworth kienet qalet li l-Electrogas talbet għal rinunzja mill-banek, qara Dr Azzopardi. Qal li aktar tard fl-email, il-BOV informa li l-gvern li l-ftehim ta' sigurtà tal-provvista u l-conversion term agreement ma kienux iffirmati.

Dr Azzopardi staqsa jekk kienx ingħata raġuni għaliex dan ma kienx iffirmat. Camilleri qal li dik kienet deċiżjoni kummerċjali. Qal li hu aġixxa fuq dan immedjatament għax kien imħasseb dwar l-email li rċieva mill-bank.
Nicole Borg
11:39 Dr Azzopardi staqsa dwar laqgħa bejn il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna u l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi dwar l-Electrogas wara l-elezzjoni tal-2017.

Camilleri qal li l-laqgħa saret f'Awwissu. Spjega li hu qatt ma kien ingħata spjegazzjoni għaliex Mizzi ma kienx għadu responsabbli għall-proġett meta ltaqa' mal-Ministru għall-Finanzi.

"Kienet deċiżjoni politika," qal Camilleri.
Nicole Borg
11:39 L-avukat Jason Azzopardi jibda jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu.
Nicole Borg
11:36 Dr Comodini Cachia staqsiet għal kjarifikazzjoni taż-żmien.

Camilleri qal li "l-ftehim tal-provvista kien imwiegħed f'Settembru tal-2013. Dan kien approvat mill-bord tal-istate aid. Il-banke ma aċċettawx għax il-Kummissjoni Ewropea la kienet għadha ġiet notifikata u lanqas approvat. Il-Ministeru għall-Enerġija kien ivolut, mhux il-Ministeru għall-Finanzi. Il-ftehim kien iffirmat wara li ġie approvat."
Nicole Borg
11:35 Camilleri qal li l-board ta' monitoraġġ tal-istate aid f'Malta kienet approvat il-ftehim, imma dan kien għadu ma ġiex approvat mill-Kummissjoni Ewropea. Qal li l-Kummissjoni Ewropea approvatu f'Awwissu tal-2014.
Nicole Borg
11:31 Dr Comodini Cachia saqsiet jekk ħax azzjoni meta sar jaf li 17 Black hija ta' wieħed mid-Diretturi tal-Electrogas Yorgen Fenech.

Camilleri qal li jemmen li sa dak iż-żmien, il-garanzija bankarja kienet tneħħiet.

Dr Comodini Cachia staqsiet meta tneħħiet il-garanzija bankarja. Camilleri wieġeb li dan sar fit-30 ta' Novembru tal-2017.

Qalet li s-sid tal-kumpanija 17 Black kien żvelat fit-30 ta' Ottubru tal-2017, xahar qabel.

Camilleri qal li uffiċjali investigattivi kienu qed jieħdu ħsieb dan. Hu rrepeta li minn dejjem kellu t-tħassib tiegħu dwar l-ogħti tal-garanzija bankarja.
Nicole Borg
11:31 Camilleri jintalab jeżebixxi l-komunikazzjoni tiegħu ma' Halpin.
Nicole Borg
11:30 Camilelri qal li hu kien jiltaqa' ma rappreżentanti tal-Electrogas. Semma lil Catherine Halpin.
Nicole Borg
11:28 Dr Comodini Cachia staqsiet jekk il-laqgħat sarux mal-Electrogas.

Camilleri qal li l-ministeru kien jirċievi rapporti dwar il-progress tal-proġett waqt li l-banek kienu jirċievu rapporti oħra.
Nicole Borg
11:27 Camilleri qal li l-Ministeru għall-Finanzi kien qed isegwi l-proġett mill-viċin.
Nicole Borg
11:24 Dr Comodini Cachia staqsiet x'ried ifisser bil-kelma "inċident".

Camilleri qal li fl-4 ta' Settembru tal-2017 kien infurmat li l-konsorzju kien qed jtitardja fil-ħlasijiet tiegħu. Hu kien għamel laqgħa dwar dan fis-6 ta' Settembru ma' dawk kollha involuti.

Qal li l-garanzija bankarja kienet estiża wara l-elezzjoni bikrija.
Nicole Borg
11:23 Camilleri qal li hu ma kienx preżenti għal-laqgħat dwar il-memorandum ta' ftehim.
Nicole Borg
11:21 "Il-Ministru Mizzi ma kellux ifittex il-konferma tal-Ministeru għall-Finanzi dwar il-ftehim ladarba kien se jpoġġi lill-Gvern f'riskju finanzjarju?" staqsiet Comodini Cachia.

Qal li r-responsabbiltà tiqaf mal-gvern.

Dr Comodini Cachia rrimarkat li hi mhux hekk kienet qed tistaqsi.
Nicole Borg
11:20 Qal li l-Ministeru għall-Finanzi ma kienx involut fil-ftehim tas-sigurtà tal-provvista.

Qal li l-Ministeru għall-Finanzi kien ikun involut biss meta l-gvern kellu bżonn iħallas xi ħaġa.
Nicole Borg
11:17 Dr Comodini Cachia saqsiet jekk Camilleri kellux laqgħat mal-Ministru Konrad Mizzi mingħajr il-Ministru Scicluna.

Qal li meta kien ikollu laqgħat ma' Mizzi, Scicluna dejjem kienu ikun preżenti. Qal li hu kien involut f'laqgħat tekniċi.

Dwar jekk kienux jiddiskutu l-istabbilità finanzjarja tal-investituri, Camilleri qal li le. Qal li r-rapport tal-istatus finanzjarju tal-konsorzjum sar minn awditur indipendenti u ma kienx ipprovdut mill-Miniseru għall-Enerġija.
Nicole Borg
11:15 Camilleri qal li skont ir-rapport tekniku, l-investituri kellhom il-poter finanzjarju dak iż-żmien.

Il-Prim Imħallef Emeritu Said Pullicino rrimarka li ninsabu f'sitwazzjoni fejn kien hemm diversi inċidenti fi proġetti maġġuri.
Nicole Borg
11:13 Dr Comodini Cachia rrimarkat li kienet diffiċli għaliha li tifhem kif il-gvern seta' jagħti garanzija lil kumpanija li ma kellhiex is-saħħa finanzjarja u li l-gvern sar jaf dan mill-midja.
Nicole Borg
11:11 Camilleri qal li l-problema kienet solvuta f'jumejn. Żied jgħid li r-rapport tal-midja żvela li Gasol kienet qed tesperjenza diffikultajiet finanzjarji u kienet għadha fil-konsorzju.
Nicole Borg
11:09 Dr Comodini Cachia staqsiet dwar meta ngħataw il-€110 miljun u Gasol telqet mill-konsorzju meta l-Gvern kellu l-garanziji għall-kumpanija.

Camilleri qal li hu sar jaf li Gasol ħarġet mill-konsorzju mill-midja u immedjatament aġixxew.
Nicole Borg
11:08 Ix-xhud qal li t-termini tal-garanzija kienu diskussi mal-bank.
Nicole Borg
11:07 Camilleri qal li hu qatt ma ddiskuta garanziji bankarji mal-Electrogas.
Nicole Borg
11:06 "Ma ridniex nagħtu garanzija bankarja lill-Enemalta," qal Camileri.
Nicole Borg
11:04 Dr Comofini Cachia kompliet taqra mill-minuti fir-rapport tal-NAO. Camilleri qal li l-garanzija msemmija tikkonċerna l-Enemalta li aktar tard kienet abbandunata.
Nicole Borg
11:03 Dr Comodini Cachia qrat mill-muniti tal-2013. Camilleri qal li fl-2013 ma kienx hemm strumenti ta' garanzija, imma għażliet.
Nicole Borg
10:59 Qal li kien hemm żewġ garanziji bankarji:

1. Waħda ta' €110 miljuni li tmur lura għad-19 ta' Diċembru tal-2014 sat-30 ta' Awwissu tal-2015. Is-self kien estiż sat-28 ta' Mejju bi €27 miljun li telgħu għal total ta' €110.

2. It-tieni garanzija bankarja ħarġet fit-28 ta' Lulju tal-2015.
Nicole Borg
10:56 Il-Prim Imħallef Emeritu staqsa jekk Keith Schembri kienx preżenti għall-meeting tal-Kabinett fejn kien diskuss is-self. Camilleri qal li ma jafx għax kien hemm wisq nies preżenti.

"Kien preżenti għal laqgħat dwar il-baġit," qal Camilleri dwar Keith Schembri.
Nicole Borg
10:53 Wara deskrizzjoni twila ta' kif sar is-self mill-bank, il-Prim Imħallef Emeritu Said Pullicino staqsa jekk il-garanzija bankarja kinitx saret minħabba l-offerent.

Camilleri reġa' beda jitkellem dwar l-2013. Qal li fuq ftehim tas-sigurta tal-provvista ma kien se jitħallas xejn.

"Tħallejna biss bl-għażla ta' garanzija bankarja," qal Camilleri.
Nicole Borg
10:50 Camilleri qal li l-gvern kellu żewġ strateġiji madwar il-garanziji.

Qal li l-gvern kellu linja ta' kreditu minn wieħed mill-banek Maltin involuti ta' €150 miljun u €100 miljun bħala support mit-Teżor, u €110 miljun minn diversi kontijiet tal-gvern f'każ li jiġri xi ħaġa.
Nicole Borg
10:47 Camilleri qal li kien jibża li jkun hemm xi nuqqasijiet.
Nicole Borg
10:45 Qal li lgvern ħareġ mal-€450 miljun f'garanziji bankarji.
Nicole Borg
10:43 Camilleri qal li hu kien ifittex il-pariri tal-Avukat Ġenerali.

Qal li meta kienet diskussa l-garanzija bankarja, il-banek – HSBC, KFW, Soċjetà Ġenerali u l-BOV "kellhom armata ta' avukati".
Nicole Borg
10:42 Camilleri qal li l-ewwel garanzija kienet mistennija tingħata għall-ewwel 6-7 xhur, bil-għan li l-gvern jikkonferma l-ftehim tas-sigurtà tal-provvista.
Nicole Borg
10:40 "Li kieku l-ftehim tas-sigurtà tal-provvista kien ikkonfermat mill-Unjoni Ewropea, ma kienx ikun hemm bżonn garanzija bankarja," qal Camilleri.
Nicole Borg
10:39 Said Pullicino staqsa jekk dan is-self kienx minħabba li l-investituri ma kellhomx is-saħħa finanzjarja.
Nicole Borg
10:36 Qal li l-ewwel interim bridge loan kienet ta' €110 miljuni suġġetti għal diversi kriterji u kundizzjonijiet. Qal li l-kriterji kienu:

1. Il-valur tal-kreditu – li kien jinkludi test tekniku li jsir minn kumpanija tal-awditjar.
2. l-ammont
3. limitu tal-ħin
4. approvazzjoni tal-istate aid
5. valur ekonomiku – li jikkumpensa għall-għajnuna li tingħata mill-istat
6. Għal self ta' €110 miljuni, il-gvern jista' biss jiggarantixxi 80% tas-self.
Nicole Borg
10:34 Il-Ministru għall-Finanzi kien jaqbel miegħi, qal Camilleri. Hu spjega t-tħassib tiegħu u qal li aċċerta ruħu li dan il-pass ikun wieħed legali.
Nicole Borg
10:31 Qal li lejn nofs l-2014, kienet issemmiet l-alternattiva nukleari.

Semma li l-ewwel garanzija bankarja f'Diċembru tal-2014 – interim bridge loan – kienet approvata mill-Kabinett.

Camilleri qal li hu kien imħasseb dwar jekk għandhiex tingħata garanzija bankarja lil kumpanija privata u proġett li ma kienx taħt il-kontroll tal-gvern. Qal li kien jinsisti li dawn id-deċiżjonijiet ikunu approvati mill-Kabinett kollu.

"Dawn ir-riskji dejjem ħassbuni," qal Camilleri.
Nicole Borg
10:30 Camilleri qal li l-aġenziji tal-credit ratings għadhom qed jiġu Malta.
Nicole Borg
10:30 "Bħala ministeru, darba tajna garanzija 'żgħira' lil NGO. Ġieli tajna 'ittri ta' konfort' lil NGOs li jassiguraw ko-finanzjament," qal Camilleri.
Nicole Borg
10:28 Camilleri qa li din il-garanzija kienet ħarġet għall-bidders kollha, mhux biss għall-kumpanija li ntagħżlet.

Qal li mbagħad, il-bidder li jintgħażel kien ikun jista' jaħdem billi juża' s-sigurtà tas-supply agreement u l-approvazzjoni tal-istate aid.
Nicole Borg
10:22 Camilleri spjega li f'dak il-kuntest tal-aġenziji tal-credit ratings kienu qed jgħidu lill-gvern biex inaqqas il-kontinġenzi passivi, ma kinux jingħataw garanzji bankarji.

Ix-xhud qal li hu sar jaf bil-Programme Implementation Board mir-rapport tal-NAO. Spjega li f'Settembru tal-2013, il-Programme Implementation Board ħareġ sigurtà għal ftehim dwar servizz. Hu spjega li dan sar minħabba li l-pajjiż dejjem kellu bżonn enerġija, u b'hekk il-Gvern kien jagħmel tajjeb.

Qal li garanzija bankarja ikkollha bżonn konferma mill-perspettiva ta' state aid permezz tal-monitoring board jew tal-Kummissjoni Ewropea. Għaċ-ċertezza legali, kienet tispiċċa quddiem il-Kummissjoni Ewropea.
Nicole Borg
10:21 Camilleri qal li l-gven jista' jagħti tipi differenti ta' garanziji tal-istat.
Nicole Borg
10:19 Camilleri qal li l-kuntest kien neċessarju. Spjega li l-proċess tat-tendering kien beda. Dawk li kienu qed jagħmlu l-proposti tagħhom innutaw li l-Enemalta, li kien ilha f'sitwazzjoni finanzjarja prekarja, kienet qed tipproponi li tagħti kuntratt ta' xiri ta' fjuwil għal 18-il sena. Qal li dawn li kienu qed jagħmlu l-proposti tagħhom talbu għas-saħħa finanzjarja tal-Enemalta. Cammileri spjega li dawk li kienu lesti jinvestu riedu qabel kollox iserrħu moħħhom.
Nicole Borg
10:18 Said Puliccino qal li l-bord ma għandha l-ebda problema bil-power station tal-gass. Hu staqsa direttament lix-xhud jekk kienx hemm xi ħaġa ħażina fl-eżekuzzjoni tal-proġett.
Nicole Borg
10:17 Camilleri qal li l-aġenzija tal-credit ratings kienet qed toġogħbhom l-idea ta' power station tal-gass.
Nicole Borg
10:15 Jibda jitkellem dwar il-powerstation tal-gass. Camilleri qal li kien hemm kumpaniji differenti li offrew il-proposti tagħhom ta' kif għandu jsir il-proġett qabel l-2013. Żied jgħid li wieħed minn dawn talab li jsir feasibility study bejn Diċembru u Jannar tal-2013. Qal li dawn ma sarux.
Nicole Borg
10:15 "Kulħadd kien jaf id-diffikultajiet finanzjarji tal-Enemalta, inkluż il-banek," insista x-xhud.
Nicole Borg
10:14 Id-dejn tal-Enemalta kien ristrutturat f'Diċembru tal-2012 bl-użu ta' special purpose vehicle.
Nicole Borg
10:13 Camilleri tkellem dwar l-Enemalta u qal li l-prezzijiet kienu għolja. Qal li l-gvern kien qed jissussidja lill-Enemalta, imma l-kumpanija kienet qed tagħmel it-telf.
Nicole Borg
10:13 Camilleri rrimarka li meta xi ħadd jgħid l-opinjoni tiegħu, ma jkunx popolari.
Nicole Borg
10:12 Qal li l-pariri tiegħu mhux dejjem kienu jinstemgħu u jintlaqgħu.
Nicole Borg
10:11 Hu qal li fl-2013, il-gvern kellu deficit eċċessiv. Żied jgħid li l-gvern kellu stokk ta' €1.6 biljun.
Nicole Borg
10:10 Fl-2012, żewġ aġenzija tal-credit rating kienu taw grad baxx lil Malta, qal Camilleri.

"Downgrade ifisser downgrade," qal Camilleri lill-bord.
Nicole Borg
10:09 Camilleri beda billi ta kuntest. Qal li fl-2013 kien hemm kriżi finanzjarja globali u l-prezzijiet taż-żejt kienu għolja.
Nicole Borg
10:09 Camilleri issa se jispjega l-garanzija tal-istat li ngħatat lill-Electrogas.
Nicole Borg
10:08 Said Pullicino nnota li l-Ministeru għall-Finanzi huwa preokkupat aktar mix-xogħol ta' kuljum, milli proġetti maġġuri.
Nicole Borg
10:06 Camilleri spejga li meta kien hemm l-estenzjoni ta' San Vinċenz de Paul, il-proġett kellu jiġi quddiem il-Ministeru għall-Finanzi imma dan ma sarx. Qal li minn dakinhar, il-Ministeru għall-Finanzi u d-Dipartiment tal-Kuntratti li huwa awtonomu mill-Ministeru, kienu jikkomunika b'mod frekwenti biex japprovaw jew jiddeċiedu kontra direct order.
Nicole Borg
10:05 Hu qal lill-bord li jekk ikollhom jistaqsu dwar il-garanzija tal-istat, kien lest li jagħti rendikont ta' x'ġara eżatt. Qal li hu kien imħasseb dwar dan u kien tkellem dwar it-tħassib tiegħu.

Camilleri spjega li d-direct orders maġġuri huma approvati mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Nicole Borg
10:02 Camilleri qal li għamel xi riċerka u sab li kull proġett maġġuri kellu xi kontroversja madwaru. Qal li din kienet xi ħaġa minn dejjem, matul is-snin.

Minn dejjem kien hekk, żied jgħid li l-allegazzjonijiet dejjem kienu ta' korruzzjoni u nuqqas ta' trasparenza.

Camilleri għandu post fil-Public Accounts Committee.
Nicole Borg
10:01 Camilleri qal li ħadem taħt amministrazzjonijiet differenti, u hu qatt ma ra l-ebda deċiżjoni ffirmata minn xi kitchen cabinet.

Irrepeta li l-mistoqsijiet għandhom isiru lill-persuna li għamlet dawn l-allegazzjonijiet.
Nicole Borg
09:59 "Kitchen Cabinet ma jfissirx hekk. Meta l-Ministru tiegħek kien qed jixhed, kien qed ifisser għal xi ħaġa oħra," qalet l-Imħallef Lofaro.

"Issaqsinix dwar il-kitchen cabinets għax jien ma nkunx naf," wieġeb Camilleri.
Nicole Borg
09:58 L-Imħallef Lofaro tgħid li l-kitchen cabinet ma jfissirx dak li qed jifhem hu.

Camilleri skuża ruħu u qal li din il-mistoqsija għandha ssir lil xi ħadd ieħor.
Nicole Borg
09:57 Jistaqsu lil Camilleri dwar Cafè Premier. Hu jgħid li l-Ministeru pprova l-flus.

Said Pullicino staqsa jekk il-Ministeru jaqbadx u jagħti l-flus. Camilleri qal li d-deċiżjonijiet kienu jittieħdu fuq livell ta' Kabinett.
Nicole Borg
09:54 Il-Prim Imħallef Emeritu Said Pullicino staqsa jekk il-Ministeru għall-Finanzi kienx jagħmel assessjar fuq is-sostennibilità tal-proġett u jekk kienx isir proċess ta' due diligence dwar l-investituri.

Camilleri qal li d-due diligence isir mill-ministeru.

"Jien qatt ma attendejt għall-kitchen cabinets. Jien mort biss għal erba' laqgħat tal-kabinett – dawn kienu jinkludu l-laqgħa dwar il-garanzija tal-istat dwar il-powerstation," qal Camilleri.
Nicole Borg
09:52 Camilleri spjega li l-proġetti huma mmexxija mill-Ministeri rispettivi. Ministeri differenti għandhom proġetti differenti. Qal li l-Ministeru għall-Finanzi jkun involut fl-aspett finanzjarju tal-proġetti.

"Il-Ministeru għall-Finanzi essenzjalment jiffaċilità l-proġetti," qal Camilleri.
Nicole Borg
09:51 Staqsewh jiddeskrivi l-karriera tiegħu fis-settur pubbliku.

Camilleri qal li hu beda bħala clerk u kompla l-istudji tiegħu fl-Università. Hu rritorna mir-Renju Unit u minħabba t-taħriġ li kellu fl-istatistika kien ingħata xi xogħol.

Fl-2006, qabel l-introduzzjoni tal-Ewro, hu kien inħatar Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Finanzi.
Nicole Borg
09:50 L-Imħallef Emeritu Mallia jibda jistaqsi lix-xhud.

Camilleri jgħid li ilu jaħdem bħala Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Finanzi minn Marzu tal-2006.
Nicole Borg
09:48 L-Imħallef Emeritu Mallia jagħmel sinjal li t-talba ta' Camilleri li jixhed mingħajr ġlekk kienet approvata. Ix-xhud jibda jixhed.
Nicole Borg
09:47 Il-bord ta' inkjesta jidħol fl-awla.
Nicole Borg
09:32 Preżenti fl-awla hawn ix-xhud tal-lum, Alfred Camilleri, kif ukoll l-avukati Therese Comodini Cachia u Jason Azzopardi.
Nicole Borg
09:31 Bonġu u nilqgħukom għal dan il-live blogg. Bħalissa ninsabu live b'rappurtaġġ minn awla 20.
Nicole Borg

Nhar l-Erbgħa li għaddew, propju f’għeluq snin il-ġurnalista assassinata, xehdu aktar persuni.

Xi spikka minn dak li qal Adrian Said, Chairman tal-Mimcol?

  • “Xi proġetti (tal-Gvern) kienu jridu jsiru bl-għaġġla”
  • Il-privatizzazzjoni tal-isptarijiet lis-settur privat kienet waħda mill-ikbar konċessjonijiet li ta l-Gvern fl-aħħar snin.
  • Hu u jitkellem dwar l-Isptar San Luqa, Said qal li sa Jannar tal-2015 l-idea kienet li jkun hemm “administrative city”.

Xi spikka milli xehed William Wait?

  • Projects Malta ma kellha l-ebda kuntatt ma’ Keith Schembri u ftit li xejn kuntatt ma’ Joseph Muscat.
  • Maniera Achitects tħallsu €700,000 biex jippreparaw il-proġett tal-ITS, li ma sarx. Il-ħlas sar.
  • Il-Prim Imħallef Emeritu spjega lil Wait li xhieda oħrajn qablu kienu qalu lill-bord biex jindirizzaw il-mistoqsijiet tagħhom lil Projects Malta. L-Imħallef Lofaro rrimarkat li dawn qed iweħħlu f’xulxin u ħadd mhu qed iwieġeb.
  • Ħadd minn Projects Malta ma kien involut fil-ftehim dwar l-Electrogas, insista Wait.