Cutajar kien jattendi l-laqgħat tas-Servizzi tas-Sigurtà – Kap tas-Sigurtà

Miguela Xuereb

Read in English.

Illum kompliet l-inkjesta pubblika dwar il-qtil tal-ġurnalista investigattiva Daphne Caruana Galizia, fejn xehed il-Kap tas-Servizzi tas-Sigurtà Joseph Bugeja.

L-inkjesta se tkompli nhar il-Ġimgħa imma se tkun kompletament fil-magħluq.

15:21 Jidher li mhux se jkun hemm aktar xhieda llum. Bugeja għadu qed jixhed wara bibien magħluqa fil-preżenza tal-Bord, l-avukati, u ta' membri tal-familja Caruana Galizia. Aħna se ntemmu r-rappurtaġġ hawn. Grazzi talli segwejtuna!
Christoph Schwaiger
15:18 Bugeja għadu qed jixhed wara bibien magħluqa.
Christoph Schwaiger
15:02 Il-liġi tgħid li għandu jkun hemm kumitat magħruf bħala l-Kumitat tas-Sigurtà. Dan għandu jkun magħmul mill-PM, mill-Ministru responsabbli għas-Servizz Sigriet, mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, u mill-Kap tal-Oppożizzjoni. Dan il-kumitat jagħmel rapport annwali.

Il-kumitat jista’ jieħu deċiżjonijiet meta jkun hemm mill-inqas tnejn mill-membri tiegħu preżenti.
Christoph Schwaiger
14:51 X’tgħid il-liġi?

Il-liġi tgħid li s-Security Service jkun taħt il-kontroll ta’ kap appuntat mill-Prim Ministru.

Il-Kap għandu jħejji rapport annwali dwar xogħol is-servizz. Ir-rapport jingħata lill-PM.

Il-membri tas-Servizz jiġu appuntati mill-Kap. Dawn għandhom jinkludu fost l-oħrajn uffiċċjali pubbliċi, membru tal-Forzi Armati ta’ Malta, membru tal-Korp tal-Pulizija, membru ta’ prescribed body jew xi kuntrattur tal-gvern, u direttur ta’ xi korp imwaqqaf mil-liġi.

L-ebda tip ta’ komunikazzjoni ma tista tiġi interċettata sakemm mhux b’mandat iffirmat mill-Ministru konċernat.
Meta jaħseb li hemm bżonn, il-PM jista’ jeżerċità kull poter li l-liġi tagħti lill-Ministru konċernat.

Il-PM għandu jaħtar Kummissarju. Dan għandu jgħasses fuq dak li jagħmel il-Ministru. Il-Kumissarju għandu jħejji rapport annwali dwar il-qadi ta’ dmirijietu. Għandu wkoll jinvestiga ilmenti dwar is-Servizz tas-Sigurtà.
Christoph Schwaiger
14:50 Il-Kap tas-Servizz tas-Sigurtà għadu qed jixhed fil-magħuq. Intant naraw x'tgħid il-liġi.
Christoph Schwaiger
14:25 Il-Bord jordna lill-ġurnalisti joħorġu mill-Awla. Bugeja jkompli jixhed fil-magħluq.
Christoph Schwaiger
14:23 Il-Bord jitlob lil Bugeja jwieġeb fil-magħluq
Christoph Schwaiger
14:23 Azzopardi jistaqsi lil Bugeja Jistax jgħid kienx jiltaqa’ fil-Berġa ta’ Kastilja ma’ Keith Schembri.
Christoph Schwaiger
14:22 Mario Cutajar huwa s-Segretarju Permanenti Ewlieni. Skont l-avukat Jason Azzopardi, il-liġi ma tgħidx li dan għandu jkun preżenti għal-laqgħat b'rabta mal-MSS. Bugeja jgħid li sa fejn jaf hu l-liġi tgħid il-kontra.
Christoph Schwaiger
14:22 "Mario Cutajar qiegħed hemm meta mhux suppost," Jason Azzopardi
Christoph Schwaiger
14:21 Il-Ministru għall-Intern kien ikun preżenti wkoll
Christoph Schwaiger
14:21 Bugeja jgħid li Mario Cutajar attenda Security Committee Meetings
Christoph Schwaiger
14:20 Bugeja jgħid li mhux bilfors jinformaw lill-Kummissarju b’xi informazzjoni li jiġbru. Jaħdmu ma’ diversi sezzjonijiet tal-Pulizija.
Christoph Schwaiger
14:19 Bugeja jgħid li jekk ikun hemm ċittadin li jkun taħt theddida, l-MSS tieħu passi dwar dan. Jgħid li din l-informazzjoni tista’ tiġi minn barra jew tista’ tirriżulta minn stħarriġ tal-MSS.
Christoph Schwaiger
14:18 Bugeja jgħid li jekk ikun il-każ jista’ jgħaddi rapport lill-Pulizija.
Christoph Schwaiger
14:18 Bugeja jgħid li kull informazzjoni li tasal għand l-MSS tiġi evalwata. Meta jitlob li jsir interception ta’ telefonati jagħmel punti dwar x’informazzjoni tkun inġabret.
Christoph Schwaiger
14:16 Bugeja jgħid li rapport dettaljat jiġi ppreżentat lis-Security Committee. Ismiijiet ma jkunux elenkati f’dan ir-rapport.
Christoph Schwaiger
14:16 Jgħid li hemm is-security committee li jinkludi l-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni fost oħrajn. Hemm kumitat ieħor immexxi minn Imħallef li kull sena jagħmel rapport ġenerali dwar il-ħidma tal-MSS.
Christoph Schwaiger
14:14 Irid li l-proċedura ta’ kif jaħdem l-MSS jiġi spjegat fil-magħluq.
Christoph Schwaiger
14:13 Bugeja jgħid li jikkoperaw mad-Dwana u mal-Forzi Armati fost l-oħrajn.
Christoph Schwaiger
14:12 Jgħid li l-MSS għandha ċertu kapaċitajiet li entitajiet oħra m’għandhomx.
Christoph Schwaiger
14:12 Jgħid li xogħlu huwa li jara li l-MSS tipproteġi s-sigurtà nazzjonali kontra terroriżmu, spjunaġġ, u kriminalità organizzata.
Christoph Schwaiger
14:10 Jgħid li ilu direttur ħames snin. Beda f’Diċembru 2014.
Christoph Schwaiger
14:09 Jibda jixhed Joseph Bugeja – il-Kap tal-MSS
Christoph Schwaiger
14:09 Merħba għar-rappurtaġġ LIVE mill-Qorti
Christoph Schwaiger

It-Tnejn li għadda xehed l-eks Direttur tal-aġenzija tal-Gvern ta’ kontra l-ħasil tal-flus.

X’qal Manfred Galdes fix-xhieda tiegħu?

  • Galdes jgħid li kienet “suspettuża l-affari” kif ma ngħatawx riżorsi lill-FIAU meta beda jiġi investigat Keith Schembri
  • Il-PEPs li ġew investigati fl-informazzjoni li għadda lill-Kummissarju kienu fil-Gvern
  • Ma ntużatx il-proċedura normali minħabba ‘min’ kien involut fil-każ
  • Ħass li dak li kellu jsir ma kienx qed isir u ma kienx hemm bizzejjed rizorsi
  • Hemm każijiet tal-FIAU li ma ħarġux fil-pubbliku
  • Impjegati fl-FIAU kienu jużaw il-blogg ta’ Daphne biex jiġbru informazzjoni
  • Kien hemm biżżejjed informazzjoni biex il-Pulizija tinvestiga
  • Darba kien hemm min prova jinfluwenzah direttament u darbtejn influwenza indiretta

“Il-Kap taċ-Ċivil ilu Segretarju tal-Kumitat tas-Sigurtà mill-2001”

Wara li ntemmet is-seduta,l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni ħareġ stqarrija.

Fl-istqarrija ntqal li l-Kap taċ-Ċivil u s-Segretarju tal-Kabinett ilu jservi bħala Segretarju tal-Kumitat tas-Sigurtà sa mis-sena 2001 fuq nomina u approvazzjoni tal-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Eddie Fenech Adami.

“Mill-2001 sal-2004, il-Kap taċ-Ċivil ta’ dak iż-żmien is-Sur JR Grima kien iservi bħala Segretarju tal-Kumitat tas-Sigurtà. Bejn l-2004 u l-2013, il-Kap taċ-Ċivil ta’ dak iż-żmien Dr Godwin Grima kien iservi bħala Segretarju tal-Kumitat tas-Sigurtà.”

“Mill-2013 ’l hawn, il-Kap taċ-Ċivil preżenti Mario Cutajar assuma l-pożizzjoni ta’ Segretarju tal-Kumitat tas-Sigurtà u f’kull seduta li attenda għaliha dejjem kien preżenti l-Kap tal-Oppożizzjoni.”

L-Uffiċċju ppubblikata l-minuta li permezz tagħha l-Prim Ministru Fenech Adami fl-2001 approva li s-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li allura kien il-Kap taċ-Ċivil, ikun is-Segretarju tal-Kumitat tas-Sigurtà.

“Minn dakinhar ’il hawn il-Kap taċ-Ċivil dejjem serva bħala Segretarju tal-istess Kumitat tas-Sigurtà,” qal l-Uffiċċju.