Filmat: Jitnieda ċentru tal-iswabbing; tim apposta għal min ma jsuqx

LIVE miċ-Ċentru tal-Iswabbing tal-COVID-19Aktar dettalji: https://bit.ly/3aLKMHU

Posted by Newsbook.com.mt on Tuesday, March 10, 2020

LIVE miċ-Ċentru tal-Iswabbing tal-COVID-19Aktar dettalji: https://bit.ly/3aLKMHU

Posted by Newsbook.com.mt on Tuesday, March 10, 2020

Illum infetaħ ċentru li se jintuża għall-iswabbing tan-nies minħabba l-COVID-19. Għal dawk il-persuni li ma jistgħux imorru bil-karozza privata tagħhom hemm tim mobbli apposta.

Is-Supretendent għas-Saħħa Prof. Charmaine Gauci spjegat li dan iċ-ċentru mhux se jkun drop-in centre. Wieħed ikollu bżonn referenza mill-helpline tal-111 jew mit-tabib tal-familja tiegħu biex jidħol fiċ-ċentru li jinsab f’Ħal Farruġ.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fiċ-ċentru, Gauci spjegat li l-awtoritajiet qed ibiddlu l-mudell ta’ kif jagġmlu l-iswabbing peress li qed tiżdied id-domanda.

Saħqet li huwa importanti li min ikun sejjer iċ-ċentru jmur bil-vettura privata tiegħu. Għall-anzjani, it-turisti, u nies oħra li ma jkunux jistgħu jmorru lejn iċ-ċentru waħedhom hemm tim ta’ professjonisti apposta li jmur id-dar jew il-lukanda tagħhom għall-iswabbing.

It-testijiet se jkomplu jsiru għal dawk il-persuni li jkollhom sintomi ta’ mard respiratorju li kienu f’xi pajjiż milqut mill-COVID-19.

Fi kliem Prof. Gauci ċ-ċentru tal-iswabbing ta’ Ħal Farruġ huwa aċċessibbli għan-nies filwaqt li mhuwiex qrib ħafna tal-pubbliku. Spjegat li ċ-ċentru huwa armat bil-bżonnijiet kollha u b’sistemi tal-kontroll tal-infezzjonijiet. Dan biex il-ħaddiema u l-pazjenti jkunu protetti. It-test għall-virus se jibqa’ jsir f’Mater Dei.

Fejn qiegħed iċ-ċentru?

Gauci qalet li s’issa hawn erba’ każijiet ikkonfermati tal-coronavirus f’Malta.

Charmaine Gauci rringrazzjat lill-FSWS għall-għajnuna tagħha biex jinstab post għal dan iċ-ċentru.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn